HREJJEF MIN IZNIK !!! -  Victor Degiovanni

Zminijietna

 

Illum Elf sittmija u wiehed tmenin sena wara jidher li qed ikum hemm tkomplija, ghal hrejjef li hargu minn Iznik, fis-sena 325. Iznik li illum hija belt fit-Turkija, dak iz-mien  din il-belt kiniet maghrufa bhala Nicea, li kienet taghmel parti mill-imperu Ruman. Kien hawnekk li l-Imperatur pagan Konstantinu ghajjat koncilju ta’ l-isqfijiet, bi skop li jgib qbil u ghaqda, bejn id-diversi settet  kristjani li kienu nibtu u kienu fit-total kollhu taghhom saru  l-aktar religjon influwenti fl-Imperu Ruman. L-Avennimenti ta’ dan is- sinodu kollhom influwenza kbira kemm fl-istorja tal-kristjanezmu u kif ukoll ta’ dik Ewropeja. Min ma qabiliex dak inhar gie ddikjarat eretiku u gie ppersegwitat.  Illum dawn il-hrejjef  qedhin jigu rrepetutti, rajhnihom u smajnihom fuq il-medja tal-Punent kollhu inkluz fid-dinja l-gdida, li dak inhar kienet ghada ma gietx skoperta. Bhal xi kor min xi tragedja griega  qed  ikun b’ton wiehed jattaka il-film “The Da Vinci Code”, u l-awtur tal ktieb li minnu ittiehed is-suggett ta’ dan il-film.

Wiehed ma jistghax  ma jindunax kemm qed tkun ingusta u bazwija din il-kritika, specjalment fil-konfront ta’ Dan Brown, l-awtur  tal-ktieb. Bhal li kieku dan it-tali ‘vvinta l-fatti storici li jidrhu fil-ktieb, bhali kieku dan kien l-awtur ta’ l-isfortuna taghhom, ghaliex certi fatti storici qed johorgu fil-berah, u certi zbalji u dnubiet qedhin jinkiexfu Id Dnub ta’ Dan Brown, huwa li kiteb thriller tajjeb li jzommok taqrah, u tieghu qed iddahal kemxa flus. Specjalment issa li hareg dan il-film, li bl-isforzi li saru kontrih qiehed jikseb success, ghaliex il-publiku qiehed immur jara b’ghajnejh, sabiex ikun jaf ghaliex tqajjem dan il-kjass kollhu.

Dan Brown ma kienx l-awtur tal-fatti li huwa uza bhala sfond storiku, anzi dejjem ghamel mezz sabiex jikkwotta min fejn gab dawn il-fatti. L-attakk frontali qiehed issir kontra dan l-individwu biss, u kontra hadd aktar, kull ma qiehed jinstema jew jinkiteb hu, li Dan Brown gideb meta qal hekk , u Dan Brown kien zbaljat meta qal xi haga ohra..L-Awturi l-ohra li ghamlu ir-ricerka u kitbu il-kotba li minnhom Dan Brown ha s-sorsi ghal-isfond storiku, intesew ghal-kollox.

Ta min jinnota l-malizja li intuzat min hafna mn dawn l-kritici. Dawn ghafsu hafna sabiex jippruvaw igiddbu it-tezi li Gesu u Marija Madalena kienu mizzewga, li ma hemmx prova kemm naha jew ohra. Pero jibqa l-fatt li din it-tezi hija plawsibli hafna. Dawn il-kritici b’malizja kbira naqsu bil kbir milli jsemmu x’verament gara fis-sena 325 gewwa  Niceja  Meta l-Imperatur Ruman li kien ghadu Pagan Konstantinu mexxa koncilju fejn hemmekk giet ifformulata it-tejorija tat-trinita u fejn Gesu gie formalment elevat ghad-divinita, b’vot mill isqfijiet prezenti..

Kien kien pass ferm bil-ghaqal li film “The Da Vinci Code” thalla jintwera u ma inzammx mic-censuri kif riedu tal-ANR u fundamentalisti ohrajn. Kontra ma qed jintqal dian il-film huwa wiehed pozittiv ghaliex qed ippoggi mistoqsijiet pertinenti u sejjjer inahhi l-ghanqbut min hafna imhuh.. Tajjeb li kieku dawn mistqsijiet jitwiegbu, min dawn il-kritici, minflok ma joqoghdu jistahbew wara l-awra tal-misteri. Ta’ min jghid hawn li kemm ir-religjon Kristjana u kif ukoll ir-religjon Izlamika huma m’nisslin mir-religjom Gudajka. Ikun tajjeb hafna li llum fis-seklu Wiehed u ghoxrin jispjegawlna, kif ir-religjon kristjana spiccat wahda politejista, meta kemm ir-religjon Izlamika, u dik Gudajka li huma monotejisti.

Articles Main Page