Ghalfejn tilef il-Partit Laburista? - Michael Briguglio

Zminijietna Harga April – Gunju 2008

 

Taht it-tmexxija ta’ Alfred Sant, il-Partit Laburista fetah idejh ghall-ekonomija tas-suq hieles fi hdan sfond socjal-demokratiku. Il-Partit Laburista beda jemfasizza l-importanza tas-settur privat bhala mutur ta’ l-ekonomija, liema settur privat kien assenti f’oqsma varji taht Gvernijiet Laburisti fis-sebghinijiet u fit-tmeninijiet, izda li kien prezenti sew taht amministrazzjonijiet Nazzjonalisti sussegwenti. Izda l-Partit Laburista taht Sant baqa’ jemfasizza principji materjali bhall-tkabbir ekonomiku industrijali u welfare state b’sahhtu.

Taht Sant, il-Partit Laburista ipprova wkoll jinkorpora l-klassi tan-nofs fl-istrategiji tieghu. Fl-elezzjoni tal-1996, din l-istrategija hadmet, fejn il-Partit Laburista ipprogetta lilu nnifsu bhala partit modern u moderat u bhala partit ghac-cittadini kollha. F’dan il-kuntest, il-Partit Laburista ma’ baqax ‘mizzewweg’ mal-General Workers Union, izda r-relazzjoni bejn dawn iz-zewg pilastri tal-moviment tal-haddiema baqghet wahda b’sahhitha.

Il-Gvern Laburista ta’ bejn 1996 u 1998 ma rrnexxilux ikun wiehed egemoniku, specjalment ma’ dawk li kienu mdorrijin jghixu f’socjeta’ relattivament komda u stabbli. Il-mizuri ta’ awsterita’ li ha l-Gvern Laburista biex itaffi ghad-deficit massiv li wiret aljenaw bosta votanti mill-klassi tal-haddiema u mis-self-employed. Il-kwistjoni Dom Mintoff ma ghenet xejn f’dan il-kuntest.

Bejn l-1998 u l-2003, il-Partit Laburista oppona d-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, u pprogetta lilu nnifsu bhala t-tarka tal-haddiem u ta’ l-interess nazzjonali. Il-proposta Laburista tal-‘Partnership’ ma rebhietx l-imhuh tal-maggoranza tal-Maltin, specjalment fost dawk li gejjin minn kategoriji varji tal-klassi tan-nofs u taz-zghazagh. Sadanittant, permezz ta’ l-UE,  il-Partit Nazzjonalista kellu progett egemoniku li rega’ wassal ghal rebha elettorali ohra.

Wara t-telfa elettorali tal-2003, jidher li l-Partit Laburista ipprova juza strategija inklussiva bhal tal-1996. Apparti Alfred Sant, sar tibdil shih fit-tmexxija. Fil-kampanja elettorali ghall-elezzjoni tal-2008 il-Partit Laburista emfasizza l-htiega ghall-bidla wara kwazi 20 sena ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti. Il-Partit emfasizza l-valuri tax-xoghol, harsien u dinjita’, fejn emfasizza valuri materjali bhall-gholi tal-hajja liema valuri jinsabu quddiem nett fl-aspirazzjonijiet tal-Maltin, hekk kif jixhdu studji socjologici differenti. Il-Partit Laburista emfasizza wkoll il-htiega ta’ tmexxija serja u nadifa, u l-htiega li l-interess nazzjonali jigi difiz fi hdan l-Unjoni Ewropea. Izda ghal darba ohra il-Partit Laburista ma rnexxilux jerbah, b’telfa minima ta’ 1,580 vot.  Alfred Sant irrizenja b’mod irrevokabbli wara din it-telfa.

Ragunijiet tat-Telfa

X’kienu r-ragunijiet ewlenin li wasslu ghal telfa Laburista fl-2008?

Alfred Sant

Alfred Sant ghandu bosta merti fil-Partit Laburista. Naddaf lill-Partit mill-elementi vjolenti, dahhal ideat godda fil-partit u fl-ahhar elezzjoni wettaq kampanja civili u onesta. Izda fl-istess hin, taht it-tmexxija ta’ Sant, intilfu bosta attivisti validi mill-Partit Laburista. Ghall-kuntrarju tal-1996, Sant fl-2008 ma rnexxilux jirbah l-appogg ta’ setturi varji tal-media indipendenti u tas-socjeta’ civili. Irrispettivament mill-verita’, bosta votanti baqghu bl-idea li ‘ma tistax tafdah’ u li hu kontra l-Unjoni Ewropea. Fuq kollox, f’ghajnejn bosta Maltin, Sant deher nieqes mill-karizma ta’ l-avversarju ewlieni tieghu, Lawrence Gonzi, u deher ukoll inkonsistenti minhabba u-turns f’kwistjonijiet varji. Jiidher ukoll li Sant ma kellux backing professjonali u sofistikat tajjeb daqs dak li kellu Lawrence Gonzi.

Il-Klassi tal-Hadddiema

Il-Partit Laburista ghamel sew li emfasizza kwistjonijiet bhall-gholi tal-hajja, il-housing u x-xoghol prekarju, liema kwistjonijiet jolqtu fil-laham il-haj lill-bosta haddiema. Fl-istess hin, izda, il-Partit Laburista ma kienx car fil-proposta tieghu tas-surcharge, u l-proposta dwar it-tnehhija tat-taxxi fuq l-overtime qajmet bosta dubji, inkluz fost haddiema li jappoggjaw lill-Partit Nazzjonalista.  Jidher b’mod car li l-Partit Laburista jgawdi l-ikbar appogg mill-klassi tal-haddiema, izda fl-istess hin il-Partit ghandu jifhem ahjar li fi hdan din il-klassi hemm gruppi u kategoriji differenti li mhux bilfors ghandhom l-istess kundizzjonijiet ta’ xoghol jew aspirazzjonijiet. U mhux il-haddiema kollha jidentifikaw mal-General Workers’ Union, minkejja ix-xoghol kbir u ammirevoli li taghmel din il-union ghall-klassi tal-haddiema.

Il-Klass tan-Nofs

Bhal m’hu l-kaz fil-klassi tal-haddiema, jezistu bosta gruppi u kategoriji fil-klassi tan-nofs. Dawn jinkludu fost ohrajn is-self-employed, il-professjonisti u l-haddiema amministrattivi, liema kategoriji minn daqqiet ikunu iktar vicin il-klassi tal-haddiema u minn daqqiet ikunu iktar vicin il-klassijiet dominanti. Jista’ jkun li bosta persuni f’dawn il-kategoriji varji kellhom aspirazzjonijiet iktar gholja u specifici minn dawk li pprogetta l-Partit Laburista. Fost kategoriji ‘godda’ fi hdan il-klassi tan-nofs jezistu aspirazzjonijiet ‘post-materjalisti’ f’kwistjonijiet bhall-ambjent u l-espressjoni individwali, liema aspirazzjonijiet ma tantx inghataw importanza mill-Partit Laburista.

Iz-Zghazagh

Il-vot taz-zghazagh huwa fattur ewlieni li jista’ jiddetermina elezzjoni generali. Iz-zghazagh, filwaqt li huma grupp distint, fl-istess hin huma karatterizzati minn differenzi minhabba l-klassi socjali, sess, twemmin politiku, mod ta’ l-ghixien, livell edukattiv u fatturi ohra. Il-Partit Laburista ma rnexxilux ikun vicin l-aspirazzjonijiet ta’ bosta zghazagh, kemm minhabba l-eku ta’ kwisjtonijiet bhas-shubija fl-UE, kif ukoll minhabba li kien kwazi assenti ghall-kollox mill-media li tattira liz-zghazagh bhall-internet. Minkejja li l-Partit qajjem xi kwistjonijiet li jaffettwaw liz-zghazagh, xorta wahda ma rnexxilux iwassal il-proposti tieghu sew. Il-fatt li xi proposti kienu vagi ma tantx ghenet f’dan ir-rigward. Fattur iehor hu li l-Partit Laburista ma rnexxilux ipingi vizjoni edukattiva bl-istess mod bhal ma’ ghamel il-Partit Nazzjonalista. Il-kwistjoni ta’ l-istipendji zgur li hadmet kontra l-Partit Laburista ukoll mal-votanti zghazagh.

Il-Floating Voters

Huwa difficli li tghid ezattament min huma l-floating voters. Izda, jidher li l-Partit Laburista ma rnexxilux jirbah lura numru sostanzjali ta’ votanti li rebah fl-1996. L-esperjenza ta’ Gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 waslet biex numru ta’ votanti li taw cans lil Sant, ma regghux tawh cans fl-elessjonijiet sussegwenti.

L-Industriji

Il-Partit Laburista ghamilha cara li ser jaghti importanza kbira lill-industriji privati, f’oqsma bhall-manifattura u t-turizmu. Izda jidher li l-Partit Laburista ma kienx ippreparat daqs il-Partit Nazzjonalista fil-proposti tieghu, specjalment minhabba li l-Partit Nazzjonalista offra pakkett iktar ‘stabbli’ minn dak Laburista. Proposti Laburisti bhal dik ta’ l-overtime jidhru li iktar hawdu l-imhuh milli taw nifs gdid. Izda minnnaha l-ohra, wiehed ma jistax jistenna li l-Partit Laburista ghandu joghgob lill-Alla u lix-xitan fl-istess hin. Partit tax-Xellug isibha ferm aktar difficli li jattira lejh lill-esponenti ta’ l-industrija, liema esponenti igawdu minn kapital ekonomiku u apparat bhall-medja biex iwasslu l-messagg taghhom.

Is-Socjeta’ Civili

Il-Partit Laburista ghamel sew li kkonsulta b’mod wiesgha ma’ ghaqdiet tas-socjeta’ civili fil-manifest tieghu ‘Bidu Gdid’. Izda fl-istess hin kien hemm bosta kontradizzjonijiet li urew jew arroganza minnnaha tal-Partit jew inkella nuqqas ta’ gharfien strategiku fit-tnedija tal-proposti. Per ezempju, jidher li l-Partit Laburista kien maqtugh minn bosta ghaqdiet ambjentali meta baqa’ jippersisti fuq proposti tassew qerrieda bhall-dik tal-koros tal-golf. Il-Partit Laburista naqas milli jitkellem b’mod car dwar id-divorzju u minflok inheba wara dak li huwa sejjah nuqqas ta’ dibattitu pubbliku. Fl-edukazzjoni, il-Partit Laburista ghaggel wisq fil-proposta tar-reception classes u injora l-ghajta ghal edukazzjoni iktar komprensiva. Il-Partit ma weriex apprezzament lejn ix-xoghol ta’ xi ghaqdiet meta injora stediniet ghall-dibattiti, bhal m’hu l-kaz tad-dibattiti pubblici ta’ Zminijietna – Lehen ix-Xellug, fejn il-Partit naqas milli jibghat rapprezentant iktar minn darba, ghall-kuntrarju tal-Partit Nazzjonalista.  

Il-Media

Wiehed mill-ikbar problemi li kellu l-Partit Laburista hija r-relazzjoni mal-media. Ibda biex, il-media tal-Partit Laburista, minkejja li fiha tinkorpora xi esponenti b’talent kbir, fuq livell generali ma rnexxiliex tikkompeti ma’ dik indipendenti jew Nazzjonalista fil-prodott taghha, kemm fuq livell tekniku kif ukoll fuq livell ta’ kontenut. F’dak li ghandu x’jaqsam mal-media indipendenti, il-Partit Laburista kien zvantaggjat hdejn il-Partit Nazzjonalista, minhabba li dan ta’ l-ahhar inghata trattament ferm ahjar. Minkejja dan il-fatt, izda, il-Partit Laburista missu ha atitudni iktar pozittiva u mhux, per ezempju, li irrifjuta li jippartecipa f’xi programmi televizivi. Barra min hekk, il-Partit Laburista kellu ghodod li fihom seta jikkompeti ferm ahjar – bhall-internet, izda m’uzax bizzejjed din il-facilita’.

Wisq negattiv, wisq kunfidenti

Fatturi ohra li ma ghenux biex il-Partit Laburista jirbah l-elezzjoni kienu li l-Partit Laburista kellu strategija ibbazata wisq fuq ‘negative campaigning’ – jigifieri, li jattakka l-ghadu, fl-ahhar gimghat qabel l-elezzjoni. Il-Partit ghazel li jiffoka wisq fuq il-koruzzjoni izda fl-istess hin ma mbutax il-proposti tieghu bizzejjed, u spicca biex waqa’ fin-nassa strategika Nazzjonalista fejn iddiskuta biss proposti bhar-reception class u pprova jiddefendi zbalji li kellu fil-manifest tieghu stess. Il-Partit Laburista jidher li ha kollox ‘for granted’ ghas-semplici fatt li l-Partit Nazzjonalista kien ilu kwazi 20 sena fil-Gvern. Barra minn hekk, il-Partit ma wera l-ebda rimors ghal decizzjonijiet li ha li darsu lil hafna votanti fis-snin li ghaddew. Jekk xejn dan kellu jhajjar lill-MLP biex jifhem ghalfejn il-PN irnexxielu jibqa’ egemoniku, b’appogg konsistenti tal-maggoranza tal-Maltin. Izda minflok, il-Partit Laburista bata’ minn kunfidenza zejda.

Il-Futur

X’ghandu jaghmel il-Partit Laburista biex jirbah l-elezzjoni li jmiss? Ovjament din tehtieg analizi komprensiva, izda xi affarijiet li nipproponi li ghandhom jittiehdu b’serjeta’ kbira sabiex il-Partit jimbarka fuq vjagg rebbieh u egemoniku jinkludu li l-Partit Laburista (1) jaghti importanza kbira lir-ricerka socjologika, ekonomika, ekologika u politika fost ohrajn; (2) jelegi tmexxija b’ karizma izda soda u professjonali; bi principji cari izda li lesta tilqa’ proposti kemm interni kif ukoll esterni; (3) jigi ggwidat minn principji cari li jiffokaw fuq il-gustizzja socjali, l-ugwaljanza, l-efficjenza, is-sostenibilita’, liema principji ghandhom jemfasizzaw l-importanza ta’ l-interess komuni filwaqt li jaghtu spazzju lill-individwi u l-familji differenti biex jilhqu l-aspirazzjonijiet taghhom; (4) ikun modern u progressiv izda li jirrikonoxxi r-realtajiet tradizzjonali Maltin;  (5) juza diskors car u jkollu prodott komunikattiv u tal-media politika li jappella aktar ghall-aspirazzjonijiet kemm komuni u kif ukoll partikolari tal-masses; (6) ma jippruvax ikun iktar Nazzjonalist mill-Partit Nazzjonalista; (7) juri li hu Gvern alternattiv b’vizjoni cara li thares lejn ix-xellug, specjalment fid-dawl ta’ riformi neo-liberali taht Gvern Nazzjonalista li x’aktarx iwassalu ghal iktar inugwaljanza fis-socjeta’ Maltija; (8) jipprova jkun iktar proposittiv milli negattiv; (9) ma jaghmilx zbalji li facilment jistghu jigu evitati jekk it-tmexxija tkun preparata professjonalment; (10) ikun iktar inklussiv u inqas reklussiv, mat-tessarati u ma’ fazzjonijiet interni differenti; ma dissidenti u eks-Laburisti; ma nies li ma jhossuhomx affiljati ma xi Partit jew iehor, u l-ahhar u mhux l-inqas, ma ghaqdiet tas-socjeta’ civili.

 

Articles Main Page