Il-Kapitalizmu Jisfruttak u Jzebilhek - Alfred Consiglio

Zminijietna Harga April – Gunju 2008

 

Matul is-snin 50 u l-aħħar tas-snin 60 kienet evoluta analiżi l-aktar profonda u ta’ influwenza kbira tas-soċjeta` moderna.  Għalkemm jidher li issa hija l-eqqel tat-twarrib għal intelletwali pretenzjużi li jgħaddu osservazzjonijiet referenzjali lejn is-sitwazzjoniżmu, ftit ġenwinament japprezzaw it-tqanqiliet rivoluzzjonarji distintivi ta’ dawk l-idejat.  Ta’ spiss kritikati minħabba lingwa adattata u kunċetti astratti, dawn l-idejat, madankollu, għandhom rilevanza tremenda llum, forsi aktar minn qabel.

Is-sitwazzjoniżmu influwenza, u kien influwenzat minn anarko-sindikaliżmu.  Fi “Spectacular Times” Larry Law innota li “r-rimedji offruti mis-Sitwazzjoniżmu Internazzjonali kienu meħudin mill-istorja tal-qawmien tal-ħaddiema awtonomi u, minkejja d-dikjarazzjonijiet tagħhom għal kuntrarju, misruqin mit-teoriji u esperjenza ta’ anarko-sindikalisti”.

Jirreżistu xi attentati biex jitwarrbu l-idejat tagħhom, is-sitwazzjonisti emfasizzaw fuq attivita` reali ħajja, kontinwament jesperjenzaw u jiskopru ruħhom mill-ġdid kontra l-preferenza lejn idejoloġiji statiċi riġidi.  B’hekk is-sitwazzjonizmu huwa miftuħ sa ċertu punt għal interpretazzjoni.  L-ideja ċentrali li ssaħħu, madankollu, hija li l-ħaddiema huma sistematikament sfruttati mill-kapitaliżmu, kemm fix-xogħol u l-ħin ħieles.  Biex jilliberaw ruħhom minn dan, solidarjeta`, organizazzjoni u fl-aħħarnett li jieħdu kontroll tal-produzzjoni huma neċessarji biex ikollna soċjeta` ġdida.

Il-limitazzjoni osservata ta’ dan hija li kollettiviżmu liberu, biex torganizza ħaddiema bħala ħaddiema, tiżgura biss kontinwazzjoni ta’ xogħol kif definit mill-kapitaliżmu, biex b’hekk naslu lejn soċjeta` ħielsa.  Dan mhux li tikkollettiva lill-McDonalds, Coca Cola, eċċ.  Rivoluzzjoni għanda tidher bħala proċess dinamiku kontinwu ta’ tiswira ta’ relazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u interpersonali.

F’soċjetajiet moderni ħafna nies ma għadhomx jgħixu f’faqar assolut jew iqattu tnax-il siegħa kuljum mgħaddsin fil-ħmieġ u l-fogi ta’ fabbriki, u dan grazzi l-aktar minħabba l-moviment tal-ħaddiema matul dawn l-aħħar mitt sena.  Iżda minflok ma huma msawwta minn ripressjoni selvaġġa fid-dieher, ħafna qegħdin ikunu mjassrin bil-faqar tal-ħajja ta’ kuljum.

Il-kapitaliżmu jissuġġettahom lejn veduta mgħawġa tar-realta` permezz ta’ montaġġ ivvintat bi ħsieb ta’ spettakli jippromwovu konsum, aljenazzjoni soċjali u passivita`.  L-impressjonijiet spettakulari huma sostituti fqar għar-realta`, jaqdu l-ħtieġa tal-mexxejja tagħna billi jċekknu lilna għal spettaturi u jirrinforzaw kontinwament il-valuri, strutturi u relazzjonijiet tal-poter li l-kapitaliżmu għandu tant għal qalbu.

L-ispettaklu kapitalista bil-makkinarju enormi tiegħu ta’ reklamar jitmana wegħdiet vojta u provvista bla qies ta’ affarijiet tal-konsumatur bħala l-qofol biex jissodisfa x-xewqat tagħna.  Li l-maġġoranza ta’ dawn l-oġġetti huma neqsin mill-karetteristiċi ta’ ħajja dejjem tinbidel u murijin bi stampi jleqqu u b’fama ta’ ċelebrita`, ftit jimporta; il-konsumatur l-aqwa li m’għandux sodisfazzjon, jargumentaw il-kapitalisti.

Per eżempju, hija komuni għal figura tal-mara murija f’magazin tan-nisa li tkun ta’ qadd żgħir u sider akbar b’xejra ma’ l-ideal ipproġettat.  Dan l-ideal huwa rinforzat aktar bil-moda, televixin u reklamar.  In-nuqqas ta’ sodisfazzjon jirriżulta fi u jġagħal infieq fuq medda ta’ prodotti u sevizzi minn kosmetiċi eżorbitanti sa kirurgija rikostruttiva maġġura fit-tfittxija għal perfezzjoni elusiva.  Din l-iskuntentizza manifatturata tbiegħ litteralment miljuni ta’ oġġetti għal konsum.  Li l-prezz soċjali jqum miljuni ta’ miljuni ta’ dejn konsumitsta u sentiment prevalenti ta’ insuffiċjenza huwa rrilevanti għal kapitaliżmu.  Qliegħ għal ftit u l-ħtiġiet tas-suq huma l-prijoritajiet l-aktar irreżistibbli.

Sfruttati kemm bħala produtturi u kemm bħala konsumaturi, aħna nixtru lura dak li nipproduċu waqt ix-xogħol.  Il bogħod milli huwa liberu il-ħin ħieles tagħna huwa nvażat dejjem aktar b’ influss bla tmiem ta’ oġġetti – Coca Cola, Big Macs, TVs, DVDs u kull kwalita` ta’ apparat u ħwejjeġ tad-ditta.  Attivitajiet ta’ divertiment bir-regoli tagħhom u l-effetti mbassrin idgħajjfu l-kreativita` naturali u immaġinattiva tagħna.  Iżda l-ispettaklu m’hux illimitat biss li jippromwovi l-paga u l-konsumeriżmu.  Kull rokna ta’ ħajjitna hija kkontaminata bih.

Elezzjonijiet politiċi, per eżempju, jitmgħuna l-illuzjoni ta’ għażla u kontroll fuq min imexxina.  Fir-realta`, id-differenzi bejn il-partiti ewlenin huma negliġibbli.  Kollha jippromwovu l-kapitaliżmu u ekonomija tas-suq.  Li dawn jikkawżaw inġustizzja soċjali tal-biża u l-qerda mgħaġġla tan-natura hija mmaterjali.  Nistgħu nivvotaw għal min irridu kull ħames snin iżda l-konkluzzjoni hija li l-gvern huwa tajjeb intrinsikament u li japprova relazzjonijiet soċjali fl-interess ta’ elit żgħir.  Ma nistgħux ma nivvotaw għal ħadd. Minkejja l-apparenza, “għażla” twassal għal riżultat ta’ konkluzzjoni ddeterminata.

Demokrazija vera tinvolvi ħelsien minn sfurzar u sfruttar u l-abbilta` li neżerċitaw għażla u kontroll fuq id-deċiżjonijiet kollha li jaffetwaw il-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Articles Main Page