“Il-Haddiema u l-Elezzjoni Generali”-
Rapport dwar Diskussjoni organizzata minn Zminijietna

Zminijietna Harga April – Gunju 2008

 

Id-diskussjoni dwar l-isfruttar tal-haddiema fl-Ekonomija Informali f’Malta sehhet fis-16 ta’ Frar 2008, ftit granet qabel l-elezzjoni generali, u kienet il-tmienja mis-sensiela ta’ diskussjonijiet pubblici dwar temi politici u socjali li qed jigu organizzati minn Zminijietna.

F’din id-diskussjoni, il-kelliema kienu David Agius (Partit Nazzjonalista), Mario Mallia (Alternattiva Demokratika), Charles Attard (Azzjoni Nazzjonali), David Pisani (Zminijietna – Lehen ix-Xellug),  Tony Zarb (General Workers Union), Gejtu Vella (Union Haddiema Maqghudin),  (GRTU) u Saviour Rizzo (Centre for Labour Studies –Universita’ ta’ Malta). Id-diskussjoni giet immexxijja mill-gurnalist James Debono. Il-Partit Laburista ma baghatx kelliem ghad-diskussjoni, minkejja li kien mistieden jaghmel dan.

Saviour Rizzo qal li f’din l-elezzjoni generali jidher li l-haddiem m’huwiex prominenti. Il-haddiema illum huma iktar affluenti, u dan grazzi ghall-unjins tal-haddiema. Izda fl-istess hin, illum jezisti hafna xoghol riskjuz u atipiku. Bosta  haddiema li qeghdin fuq fixed-term contract ghandhom nuqqas ta’ sigurta’. Filwaqt li f’pajjizna xoghol ta’ din it-tip isir permanenti wara 4 snin, f’pajjizi ohra dan isehh wara sena jew sentejn. Haddiema li huma registrati bhala self-employed ukoll ghandhom nuqqas ta’ sigurta. “Ghalhekk, il-haddiema kollha ghandhom bzonn il-protezzjonim u diregolarizazzjoni ghandha tigi opposta”

Rizzo sahaq li Malta ma tistax tibqa’ tikkompeti b’pagi tat-tielet dinja. Ghall-kuntrarju, hemm bzonn ta’ iktar impiegi b’valur mizjud gholi, zieda fil-paga minima, u iktar tahrig ghall-hadddiema. Ghandu jigi studjat ukoll il-kuncett ta’ flexicurity kif ukoll jinstab balanc bejn ix-xoghol u l-hajja ta’ kuljum. Saviour Rizzo sahaq ukoll li f’Malta tinhtieg ukoll id-demokrazija industrijali. 

Tony Zarb qal li l-haddiema ghandhom jirriflettu fuq dak li sar f’dawn l-ahhar snin. Huwa qal li huma l-haddiema huma r-rizors li bena l-pajjiz, u flimkien mal-familji taghhom li jiddeterminaw ir-rizultat elettorali. Fost affarijiet ohra, “ll-haddiema esperjeznaw tnaqqis fil-purchasing power, tnaqqis fil-btajjel pubblici u zieda b’xoghol b’kuntratt – gieli anke xahar b’xahar”. Zarb fakkar ukoll li f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ sahha u sigurta’ fuq il-post tax-xoghol, lanqas it-tenders tal-Gvern ma jipprovdu dwar dawn it-tip ta’ kundizzjonijiet.

Zarb irrefera ghall-memorandum li l-GWU baghatet lill-partiti politici, li jishaq li l-gvern ghandu jiggedded billi jkun efficjenti u kontabbli. Qal li t-tarznari jistghu jigu vijabli, il-partecipazzjoni tan-nisa fuq il-post tax-xoghol ghandha tizdied permezz ta’ riformi bhall-introduzzjoni ta’ childcare centres, u li l-faqar u l-inugwaljanza ghandhom jigu kkonfrontati. Semma wkoll il-htiega ta’ politika ambjentali sostenibbli. Dan ghaliex “il-haddiem huwa bniedem shih, mhux fuq il-post tax-xoghol biss”. Zarb ikkonkluda billi appella lill-partiti biex joqghodu attenti ghal dak li jwieghdu, u li l-GWU lesta li tahdem ma Gvern li jirrispetaha.

Ghal mistoqsija ta’ James Debono dwar il-fatt li l-unjins illum qed jitkellmu ukoll dwar kwistjonijiet li m’humiex direttament relatati max-xoghol, Gejtu Vella qal li l-haddiem irid jigi meqjuz fit-totalita’ tieghu, f’kwistjonijiet bhal dawk ambjentali. Huwa sahaq li spicca z-zmien ta’ ‘ahna’ u ‘huma’ f’dan il-pajjiz zghir. “Spicca z-zmien tat-taptip fuq id-dahar mill-politici”. Vella wiegeb ukoll ghal mistoqsija ta’ James Debono dwar il-htiega ta’ kunsill tal-unjins, fejn qali li din ghandha ssir biss meta l-unjins huma lesti ghal dan, u dan m’ghandux ikun process mghaggel. Ma’ dan qabel ukoll Tony Zarb li qal li “rridu nitilghu is-sellum skala skala”.

Gejtu Vella tkellem ukoll dwar iz-zieda fil-pagi, fejn qal li din ghandha tigi akkumpanjata minn zieda fil-produttivita’. “Il-globalizazzjoni qed ikollha effett fuq l-gholi tal-hajja. Ghalhekk jehtieg patt socjali u glieda kontra abbuz bhall-isfruttar tal-part-timers li huma mgieghla jirregistraw bhala self-employed”.

Fit-twegiba tieghu ghall-mistoqsija ta’ James Debono dwar realtajiet bhan-nuqqas ta’ sigurta’ ghall-haddiema, David Agius qal li hu fatt pozittiv li f’din l-elezzjoni, il-qghad mhux qed jissemma hafna, ghax in-numru ta’ nies qeghda huwa wiehed baxx. “Hu veru li nholoq hafna xoghol part-time izda fl-istess hin il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qieghed jitkellem fuq it-tip ta’ investiment li pajjiza qieghed jattira, bhal m’hu dak tal-Luftahansa Teknik, Smart City, l-espansjoni ta’ ST Microelectronics u ta’ De La Rue u l-call centres ta’ l-HSBC”.

Agius semma riformi bhal dik li tinkoragixxi n-nisa jidhlu fid-dinja tax-xoghol billi jgawdu minn ezenzjoni ta’ taxxa fl-ewwel sena. Semma l-importanza ta’ l-edukazzjoni u t-tahrig u ppronunzja ruhu favur l-involviment ta’ l-unjins tal-haddiema f’korsijiet universitarji. Agius wera l-ottimizmu tieghu li fil-futur, istituzzjonijiet differenti ser jikkompetu ghall-haddiema fuq il-bazi ta’ xoghol li joffru.

Fl-interventi tieghu, Mario Mallia qal li l-kwalita’ tal-hajja hija karatterizzata minn fatturi ekonomici, sostenibilita’ ambjentali u gustizzja socjali. Qal li l-Alternattiva Demokratika tipprova tghaqqad dawn it-tlett elementi. Ezempju ta’ dan huwa l-emfazi fuq l-importanza tal-hin hieles.

James Debono saqsa lill-Mallia dwar jekk jarax kontradizzjoni fil-fatt li l-AD qed tipproponi tnaqqis fir-rati ta’ taxxi ghal dawk b’paga gholija, izda Mallia wiegeb li l-AD qed tibbilancja din il-proposta bil-proposta ta’ taxxi fuq il-profitti tal-banek u permezz ta’ proposti socjali bhall-irduppjar tal-leave tal-maternita’, fejn dik ta’ Malta hi l-iktar baxxa fl-UE. Mario Mallia qal li kwistjonijiet bhall-housing u c-childcare huma importanti, l-istess bhal m’hi importanti il-kwistjoni dwar bzonn ta’ zieda fil-paga minima.

Minn naha tieghu, Charles Attard qal li Azzjoni Nazzjonali hija partit favur il-business u li l-manifest taghha huwa indirizzat primarjament ghal min ihaddem. “Jekk m’hemmx sid, m’hemmx xoghol”, sahaq Attard biex jemfasizza li t-tkattir tal-kummerc, u Gvern izghar, iwasslu ghal iktar xoghol. Ma dan sahaq li f’Malta m’hawnx problema ta’ qghad. Attard esprima l-qbil li xoghol bhal dak part-time jigi regolat, u qal ukoll li AN hija favur sistema ta’ taxxa flat-rate, fejn it-taxxa korporattiva u t-taxxa fuq id-dhul ghandhom gradwalment jonqsu ghal 18%. Attard sahaq li hemm bzonn li jkun hawn iktar flus fil-but, u fost affarijiet ohra semma l-proposta favur ribass ta’ taxxa ghall-mara tad-dar u favur li l-Gvern jaghmel tajjeb ghall-ewwel Lm10,000 (Euro 23,300) fuq self ghax-xiri ta’ l-ewwel propjeta’.

Attard tkellem favur permessi ta’ xoghol temporanju ghall-haddiema barranin, izda mhux ghall-immigranti illegali. Dwar l-edukazzjoni, huwa sahaq li AN hija favur kulleggu tematici u specjalizzati. Kemm Attard kif ukoll David Agius irribattew l-argument ta’ Mario Mallia favur taxxa fuq il-banek billi qalu li dan igerrex l-investiment u jzid il-pizijiet fuq il-haddiema per ezempju permess ta’ rati ta’ self iktar gholjin. 

David Pisani tkellem dwar temi principali f’din l-elezzjoni generali skond Zminijietna – Lehen ix-Xellug. “Dawn jinkludu x-xoghol u l-gholi tal-hajja”. Qal li jezistu zewg tipi ta’ tkabbir ekonomiku, jigifieri dak spekulattiv li johloq xoghol prekarju u dak  li johloq xoghol b’kundizzjonijiet tajbin. Pisani qal li f’Malta certu drittijiet bhas-shubija f’unjin u d-drittijiet tal-part-timers m’humiex qed jigu infurzati.

Pisani tkellem ukoll dwar l-importanza tal-welfare state, hu qal li dan ghandu jkun ibbazat mhux biss fuq beneficcji izda wkoll fuq kwistjonijiet bhall-edukazzjoni u t-tahrig. Semma l-importanza ta’ kwistjonijiet ohrajn li jaffetwaw il-haddiema, fosthom il-housing u l-bzonn li l-familja tinghata defenizzjoni iktar wiesgha mill-istat, fejn familji bhal dawk f’koabitazzjoni jigu rikonuxxuti mill-istat. Pisani irribatta ghall-argument ta’ Gejtu Vella dwar iz-zieda fil-pagi u l-produttivita’ fejn qal li zieda fil-pagi huwa dritt socjali fil-kuntest tax-xoghol li qed jaghmlu haddiema.

F’din id-diskussjoni kien hemm bosta interventi mill-pubbliku. Mario Mifsud (Zminijietna) qal li l-Marxizmu jitkellem dwar l-isfuttar fil-hajja ta’ kuljum, u li ma nistghux naharbu minn dawn ir-realtajiet specjalment fid-dawl tal-globalizazzjoni unversalizzata. Michael Briguglio (Zminijietna) qal li t-tkabbir ekonomiku jehtieg zieda fil-pagi tal-haddiema, ghax wara kollox, il-pagi huma fattur ewlieni fil-prodott gross domestiku. Alfred Vella (Zminijietna) qal li jehtieg djalogu, laqghat u seminars sabiex l-unjins tal-haddiema jistghu isibu valuri komuni bil-ghan li jigi ffurmat kunsill ta’ l-unjins.

Twanny Agius qal li l-haddiema anzjani ghandhom jigu inkuraggiti li jahdmu ghaliex dan itihom dinjita’ u ghalhekk jaqbel ma’ zieda fl-eta’ tal-penzjoni sa l-eta’ ta’ 65. John Zammit (Alleanza Liberali) qal li zieda fl-eta’ tal-pensjoni sa 65 tista’ ggib problemi ghal nies b’obbligi tal-familja. Qal ukoll li z-zieda ta’ l-gholi tal-hajja li ta’ l-Gvern fl-ahhar bagit kienet wahda mizera u ma tkoprix ghaz-ziediet fil-prezzijiet u ghas-surcharge fuq id-dawl u l-ilma. Charles Aquilina (Ghaqda Drittijiet ta’ l-Irgiel) qal li hafna haddiema ma jistghux ikampaw mal-prezzijiet gholja, u qal li minn mindu Malta dahlet fl-UE, id-drittijiet tal-haddiema intesew.

Articles Main Page