AWTONOMIJA, SOLIDARJETA’, RESPONSABILITA’ - Michael Briguglio

Zminijietna

 

F’konferenza tal-Greens tal-Mediterran li sar f’Malta f’Novembru, spikkaw l-interventi ta’ Alain Lipietz, membru parlamentari Ewropew tal-Hodor ta’ Franza u ekonomista prominenti.

Lipietz qal li t-titlu tal-konferenza, “Ekologija, Innovazzjoni, Xoghol”, kien wiehed tassew f’waqtu ghall-Hodor. Dan ghaliex il-protezzjoni ambjentali johloq ix-xoghol u jwassal ghal teknologiji godda. Qal ukoll li ghall-Hodor, l-innovazzjoni ghandha thares l-interess komuni.

Alain Lipietz saqsa, “Kif nistghu nikkombinaw il-valuri ekologici ma’ l-ekonomija?”

Hawnhekk, Lipietz semma tliet kuncetti li huma essenzjali ghal politika tal-Hodor.

L-ewwel, l-AWTONOMIJA, kemm ta’ min jipproduci u anke ta’ komunitajiet lokali li jistghu jigu mhedda minn min irid jahtaf il-gid komuni ghal interess privat. Ghalhekk, wiehed ghandu jsaqsi: Min jiddeciedi dwar il-metodi u r-relazzjoni tal-produzzjoni?

It-tieni, is-SOLIDARJETA’, fejn l-ugwaljanza tkun ghan politiku. Hadd m’ghandu jigi abbandunat. Hawnhekk Lipietz irrefera ghall-immigrazzjoni irregolari, li hi rizultat ta’ dinja ta’ inugwaljanza.

It-tielet, ir-RESPONSABILITA’. Dan il-kuncett, spjega Lipietz, twieled mill-hsieb politiku tal-Hodor, ghall-kuntrarju taz-zewg kuncetti l-ohra, li twieldu fis-sekli 18 u 19 mill-hsieb politiku Liberali u Socjalista.  “Ahna responsabli ghall-generazzjonijiet tal-futur”, sahaq Lipietz. Ghalhekk, l-politika ekologika hija vitali ghal zminijietna.

Skond Lipietz, il-valuri ta’ l-Awtonomija, Solidarjeta u Responsabilita’ jistghu iwasslu ghall-innovazzjoni.

Hawnhekk Lipietz irrefera ghall-problema tal-patents li qed iwasslu ghac-cahda tal-gid komuni. Ezempju ta’ dan u dak fejn komunitajiet lokali qed jispiccaw jigu mcahhda minn wirt komuni ta’ hafna generazzjonijiet. Kumpaniji kbar qed japproprijaw dan il-wirt (bhall-metodi u skoperti agrikoli) permezz ta’ patents u qed jimponu metodi agrikoli bhall-dik tal-GMOs (Genetically Modified Organisms) fuq il-bdiewa. Dan qed iwassal ghal nuqqas ta’ awtonomija, ghall-isfruttar u ghad-dipendenza fuq kumpaniji multinazzjonali. Ghalhekk, hemm bzonn ta’ solidarjeta’ ma’ dawn il-komunitajiet kif ukoll politika responsabbli lit hares l-interessi komuni tal-generazzjonijiet ta’ llum u t’ghada.

“L-innovazzjoni m’ghandiex issir propjeta’ privata ta’ kumpaniji multinazzjonali jew istituzzjonijiet privati ohrajn. L-ekologisti jopponu dan,” sahaq Lipietz.

Lipietz qal li tezisti sfida ohra ghas-snin li gejjin. Ghandhom jinstabu metodi ta’ kif jigi ippremjat minn jippartecipa fl-innovazzjoni. “Ghandna nharsu lejn dan ukoll”, ikkonkluda Lipietz.

F’intervent iehor, Alain Lipietz qal li fid-dinja globalizzata, hemm zewg metodi kif tikkompeti: Jew permezz ta’ iktar sfruttar, jew inkella permezz ta’ iktar kapital uman, produttivita’ u taghrif. Huwa sahaq li dawn iz-zewg fatturi jistghu jigu kkombinati – bhal m’hu qed jigri fl-Indja, izda aktarx dan iwassal ghall-instabilita’. “Fl-ahhar mill-ahhar trid taghmel ghazla”, jghid Lipietz, li jiffavorixxi t-tieni triq.

Huwa jitkellem dwar il-mudell Skandinavu li hu karatterizzat minn investiment qawwi fl-edukazzjoni u minn livelli gholjin li jipprotegu lill-haddiem f’kuntest ta’ kompettitivita’ ibbazata fuq l-gherf.

Lipietz sahaq li l-Hodor jappogjaw il-miri ta’ Lisbona li jenfasizzaw il-bzonn ta’ ekonomija ibbazata fuq l-gherf. Izda dawn il-miri fihom numru ta’ nuqqasijiet f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-implimentazzjoni u r-responsabilita’.

“Il-miri ta’ s-Summit ta’ Lisbona kellhom kunsens centru-xellugi, u dan kien karatterizzat mill-Kunsill Ewropew l-iktar xellugi li qatt kien hemm. Dawn il-miri socjo-ekonomici kienu kumplimentati mill-miri ekologici ta’ s-Summit ta’ Goteborg”.

“Izda llum fl-Ewropa hemm dominanza tal-lemin, u l-miri ta’ Goteborg qed jigu irtirati. Ahna l-hodor nafu li l-ekologija hija vitali ghall-ekonomija”.

Il-Hodor – l-istess bhall-moviment xellugi kollu - ghandhom sfidi kbar quddiemhom. Il-valuri li jishaq fuqhom Lipietz – Awtonomija, Solidarjeta’ u Responsabilita’ – jistghu iservu bhala gwida ghal min ihares il-quddiem ghal dinja iktar gusta u sostenibbli. 

Articles Main Page