Dmir il-Media f`Demokrazija - Apert - Birkirkara  

Zminijietna

 

Gurnalizmu politikament indipendenti ta kwalita u verament hieles, huwa necessarju f`demokrazija biex izomm sorveljanza effettiva fuq l-aspetti socjali, ndustrijali, ambjentali, ekonomiku, u politiku, ta l-istat demokratiku.                                                          

Sfortunatament l-istat demokratiku f`Malta mhux sorveljat minn gurnalizmu ta dan il-livell, ghax ir-rapportaggi huma generalment zbilancjati politikament favur partit wiehed tal-lemin. Dan l-ghelt ghandu l-gheruq fil-fatt li pubblikazzjoni ta gazzetta jew l-operat ta stazzjon tar-radio/TV iqumu flejjes kbar, li dizgrazzjatament ma jinstabux fl-istess ammont ghand kull organizazzjoni li ghandha dritt daqs haddiehor li twassal il-messagg taghha bil-media. Ghalhekk il-media miktuba u mxandra tistrieh hafna fuq ir-reklamar u sponsorships mill-komunita tan-negozju u l-agenziji kummercjali ghal finanzjament.  Dan jghodd mhux ghal Malta biss, imma ghal kullimkien, inkluz ghal agenziji l-kbar intern-azzjonali tal-ahbarijiet, li huma propjeta ta miljunarji u/jew ta certi pupazzi ta gvernijiet setghana. B`hekk ix-xaqliba gurnalistika favur il-lemin hija orkestrata fuq dimenzjoni dinjija. Pero f`pajjizna b`media limitata u relattivament ftit gurnalisti, l-izbilanc kontra x-xellug jinhass u huwa effettiv ferm izjed minn fejn hemm abbundanza ta agenziji u mijiet t`eluf ta gurnalisti. Kulhadd jaf li f`Malta l-fondi ghal media jaslu mis-settur ta cittadini li fil-maggoranza jappogga u anke jsostni lill-partiti politici tal-lemin, partikolarment lil-akbar wiehed fosthom. X`ma jkunux zbilancjati favur l-akbar partit lemini, r-rapporti u l-interpretazzjonijiet tal-grajjiet fl-ahbarijiet, fil-media ndipendenti taghna !

Din il-falsita fniet l-espressjoni hielsa u qeghda tikkorrompi hsieb il-massa. Il-prim ministru rikeb fuqha u aggravaha meta beda moda gdida li jaghzel hu nnifsu lill-gurnalisti anke ndipendenti, li jattendu biex jirrapportaw laqghat u diskorsi tieghu. Xi ministri qeghdin jiddiskriminaw ukoll bl-istess mod meta jintalbu taghrif ghal pubblikazzjoni mill-gurnalisti. Din l-attitudni tifred lill-gurnalisti u tikkarga l-izbilanc fir-rapporti politici tal-preferuti.

Din id-diskriminazzjoni ta dehra nnocenti setghet xpakkat l-innocenza ta min ghamel attakki fizici u vjolenti fuq cameraman u reporter, li marru jinterviztaw lill-prim f`kazin tal-partit tieghu. Id-diskriminazzjoni u l-izbilanc pro-lemin imgebbda sat-tarf fundamentalista, seta ncita l-attakk bil-ponnijiet u bis-saqajn, li sar fuq zewg prezentaturi tal-istazzjon xellugi fuq il-fossos tal-Furjana, f`attivita politika tal-indipendenza. Waqt li ghal dan l-agir tal-gvern u tal-politici u/jew politikanti pprotestaw il-gurnalisti vittimizzati, rari kellna xi reazzjoni ta solidarjeta maghhom mil-ghaqda tal-gurnalisti jew mill-gurnalisti preferuti mil-establishment.

Dan l-atteggament ta x`jimportani, jikkuntrasta ferm ma l-azzjoni mmedjata li hadet l-ghaqda tal-gurnalisti fiz-zewg kazi ta attentati ta hruq, li saru dan l-ahhar fuq propjeta ta xi gurnalisti mil-indipendenti li m`humiex mill-grupp li jiddiskriminaw kontrihom l-esponenti tal-partit fil-gvern. Ghaliex ma ntwerietx l-istess solidarjeta mal-gurnalisti l-ohra li kienu aggrediti u anke msawta? Dan jindika xi firda fost il-gurnalisti, li tkompli tippressa l-izbilanc f`pika li tgharraq aktar lid-demokrazija mzegilga taghna? Possibbli l-maggoranza tal-gurnalisti tappogga din il-qaghda li tiddisprezza l-professjoni taghhom? Jew forsi certi ilsna u pinnen jitqalu taht il-poteri tal-finanziera tal-media, u taht il-pressjoni tal-grazzji politiko-kummercjali?

Dan it-tip ta gurnalizmu ghandu mplikazzjonijiet politici anti-demokratici profondi. Veru fenomenu nteressanti kif gens maqsum politikament kwazi ezatt nofs bin-nofs, qieghed effettivament isostni din il-media zbilancjata izjed minn 75% favur il-lemin u kontra l-kumplament. Dan l-izbilanc jezizti generalment bejn il-linji u spiss ukoll sfaccatament, fuq firxa wiesa tal-media li tissejjah indipendenti. Aghar minn dan, ghandna s-sagrilegg statali li jikkommetti l-gvern tal-gurnata li ndirettament jinfluwenza zbilanc favorieh fix-xandir nazzjonali. Is-socjeta m`ghandiex hlief oggezzjoni passiva ghas-sagrilegg tal-gvern, u mhix qed tesprimi b`mod effettiv id-dizapprovazzjoni taghha mal-komunita tan-negozju li tiffinanzja l-gurnalizmu ngust.
                                                             
l-izbilanc li jiddiskrimina d-dritt tal-espressjoni gurnalistika hielsa u l-jedd tar-rapporti awtentici u ta kummentarji gurnalistici nvestigattivi fuq avvenimenti kurrenti, qed isewwes il-kolonna nformattiva tad-demokrazija, u jnawwar l-aqwa don uman ta l-intellet, b`taghrif propagandistiku li jahsel l-imhuh u jissuggettahom ghall manipulazzjoni minn min jikkapparra u juza l-media b`dan il-mod.  Dan l-ghelt fundamentali mhux qed jigi newtralizzat jew ikkorregut mis-sistema edukattiva taghna, u qed jithalla jghezzez l-aspetti socjali, ndustrijali, ambjentali, ekonomici, u politici, tal-istat demokratiku.

Kif tista tkun stabbilita demokrazija fis-sod fuq dawn il-kolonni demokratici mdghajfa b`dan l-ghelt sewwies?

Articles Main Page