HAMSIN SENA TA’ QERQ U NGANN - Victor Degiovanni

Zminijietna

 

F’dawn il-granet li ghadhom kemm ghaddew gie `ccelebrat il-hamsin anniversarju mit twaqqif tat-Trattat ta’ Ruma , fejn b-rizultat ta’ dan  il-ftehim, giet iffurmata l-Komunita Ekonomika Ewropeja  li kienet maghrufa ahjar bhala is-suq kommuni. Min dan il-bidu ssawwar dak  li llumm tissejjah l-Unjoni Ewropeja. Li miexi lejn stat Federali ta’  “ L-Istati Uniti ta’ l-Ewropa” jekk ahna nergaw inhallhom jingganawna.

Stati uniti ta’ l-Ewropa mhuwiex kuncett gdid, imma ghandu l-gheruq tieghu fil-Germanja Nazista ta’ Hitler. Wara it-Tieni Gwerra Dinjija li gabet qawmien gdid tal-haddiema fl-Ewropa tal-Punent. Il-Klassi li tahkem li dejjem kienet leminija fil hsieb politiku taghha riedet soluzzjoni ta’ malajr, imma b’ghan wahdani ta’ hegemonija kompleta. Ghalhekk inqdiet b’nies leminin bhal Robert Schumann u Konrad Adenuer sabiex twaqqaf il-krizi li kellha tiffacja is-sistema kapitalista f’sitwazzjoni fejn kellhek lill Franza u l-Italja, it-tnejn b’Partit Kommunista kbir, li ghalkemm ma setawx ikunu fil-poter minhabba li l-Ewropa tal-Punent kienet spiccat  that il-madmad  ta’ l-Istati Uniti  b’rizultat tat-Trattat ta’ Yalta. Il-Germanja wara l-gwerra spiccat maqsuma f’zewg stati separati il-Germanja federali taqa taht li sfera ta’ nfluwenza ta’ l-Istati Uniti u Republika Demokratika tal-Germanja taht li sfera ta’ nfluwenza ta’ l-Unjoni Sovjetika. F’dan ix-xenarju gie ffurmat is-suq kommuni sabiex jissalvagwardja is-sistema kapitalista, bi skapitu ghal-interessi tal-haddiema.

F’ Malta l-Partit Nazzjonalista min zmien il-gvern ta’ wara l-indipendenza, b’Gorg Borg Olivier bhal Prim Ministru dejjem kellhom ambizzjonijiet sabiex jissihbu. L-ewwel fis-suq komuni u wara fil-bidu ta’ snin Deghsin meta din il-komunita inbiddlet min suq komuni ghal Unjoni Ewropeja. Il-Gvern Nazzjonalista taht ghamlu  l-ewwel attentat serju sabiex  Malta issier membru shih. Dan l-attentat fall a u gie midfun bir-rizultat ta’ l-elezzjoni ta’ l-1996 fejn il-PN sefa tellief. Il-poplu Malti sa dakinhar kienet fil-maggoranza kontra li Malta tissiheb, ghaliex kienet tifhem li kien hemm hafna x’jintilef b’din is-shubija, imma din l-opinjoini giet mibdula u fl-2004 maggoranza zbaljatament iffuvirit shubija shiha fl-Unjoni Ewropeja  x’gara f’dan l-ispazju ta’ tmien snin?

Qerq u ngann li huwa it-trade mark ta’ l-Unjoni Ewropeja hadem fuq il-maggoranza tal-poplu Malti bhal ma hadem fuq il-poplu Svediz, dak Daniz, Irlandiz u bosta ohrajn. L-ewwel haga li toghrqoq ghajnejk fuq il-fatt, li dawn ma joqodghux ghar-rieda tal-popli. Ezemju car ta’ dan huwa il-mod kif jagixxu meta jgarbu telfa f’referenda. Jaraw ghaliex il-poplu ivvota kontra. Sena wara issejhu referendum iehor din id-darba jaghtu koncessjonijiet, sabiex il-poplu jivvota fil-maggoranza favur.  Dawn il-koncessjonijiet jigu mehuda lura wara li l-Unjoni Ewropeja tkun hadet dak li riedet. Fattur iehor li jaghmel lill din l-assocjazzjoni dittatorjali huwa l-fatt lid-decizzjonijiet jigu mehuda min indiviwdi li ma jkunux eletti mill-poplu, il-politikanti isservu biss ta’ “ rubber stamp”

Nigu ghal-Malta kellna indhil viljakk min Gunther Verhoegen fuq l-istazzjon televisiv nazzjonali, fejn dan il-bassa wasal sabiex hedded lid-deputat Mexxej tal-Partit ta’ l-oppozizzjoni, il-Partit Laburista. Ma nemminx li David Casa kien naïve, meta ghamel daq id-diskors fil-parlament ewropew, imma induna dak inhar li Gvern Malti gie ttradut, l-ewwel qalullu li kienet facli li tintalab u tinghata deroga dwar il-kacca fir-rebbiegha, u issa l-Unjoni Ewropeja qed turi l-wicc veru taghha dak ta’ qerq u ngann. Kemm sejrin indumu ma nintebhu? Meta sejrin nibdew it-tieni glieda tal-helsien min dawn il-hakkiema qarrieka.

Articles Main Page