Il-Fus Politiku tar-Rota tal-Hajja - Apert - Birkirkara

Zminijietna

 

Bis-sahha finanzjarja taghhom, nies tal-flus kbar isibu xi metodu kif jiffinanzjaw partit politiku b`tali mod, li jkunu jistghu jinfluwenzaw l-iggvernar tieghu meta fid-deher ikollu l-poter f`idejh. Meta jfallu f`dan, issib minnhom min jittanta jirrikatta lill-gvern tal-partit l-iehor bi problemi, billi per ezempju jissensja haddiema mil-azjendi tieghu jew johloq skarsezzi artificjali ta prodotti li jipproduci jew jinporta. Allahares il-maggoranza tal-kumplament tal-popolazzjoni, ma tappoggax bil-mezzi limitati taghha, lill-partit li jrazzan il-hakma ndiretta ngusta ta dak l-elit fuq is-socjeta kollha.

Din is-sistema hija prattikata kwazi kullimkien. Ghalhekk irrispettivament mil-ismijiet taghhom, il-partiti politici fid-dinja kollha jinqasmu f`zewg blokki ewlenin. Wiehed tal-partiti appoggati finanzjarjament minn dawk in-nies tal-flus, li ovvjament iharsu l-interessi taghhom qabel kollox. Dawn isibuhom bhala tal-lemin. Il-blokk l-iehor tax-xellug jikkonsisti minn partiti ta twemmin socjalista, li jgawdi l-appogg tal-massa tal-haddiema ta ftit mezzi, u li naturalment ghalih jigu l-ewwel l-interessi tal-kotra.

Hawn ta min jaghmel parentesi biex niftakru li minbarra l-izvantagg finanzjarju, x-xellug konceput minn idejat riformisti,spiss ibati bid-difett ta firdiet fi hdanu fuq l-istrategija, jew il-metodi u z-zmien tal-implementazzjoni u t-tul tal-perjodu tal-applikazzjoni, tal-principji li jemmnu fihom ix-xellugin kollha. Minn dawn id-differenzi jimbtu qasmiet li sikwit jiehdu xehta permanenti, li tisparpalja l-front xellugi u taghti il-poter fuq platt lil-lemin, li rari jew qatt ma juri firdiet fil-berah. In fatti l-lemin huwa maghruf li akkost ta kollox jahbi kull inkwiet intern tieghu ghar-rebh tal-poter legizlattiv, li ghal min jiffinanzjah jigi qabel kollox. Dawn it-tendenzi taz-zewg nahat flimkien ma l-gherq finanzjarju li jkabbar x-xaham u l-PR, jiddeterminaw l-alternanza tal-poter zbilancjata favur il-lemin, minkejja li l-appogg materjali tieghu gej mil-minoranza elitista tal-flus.

Bla ma nohorgu l-barra minn xtutna, nistghu naraw dan l-istat ta fatti mil-ahhar sittin sena ta storja politika Maltija. Sa nofs is-seklu ghoxrin, il-kotra kienet inkoragguta tghix bhal dudu f`caghqa. Ma kellhiex xoghol fiss, u minhabba nuqqas ta mezzi familji kbar kienu jghixu f`gabubi, b`hafna ahwa jorqdu bhas-sardin fuq xulxin. Lanqas ma kellhom mezzi biex jitimghu, jedukaw, ilibbsu, u jiehdu hsieb sahhet il-familja. Il-kotra ma kellha ebda sors ta dhul wara li ma tibqax tiflah tahdem. Il-hajja fqira tal-maggoranza kienet issir mizerabbli fix-xjuhija.

It-triq tal-progress tal-kotra infethet mil-ewwel gvern laburista Malti, li fl-1948 ghamel l-edukazzjoni obbligatorja u dahhal il-penzjoni tax-xjuh mhux kontributorja. F`nofs is-snin hamsin ghamel il-ligi tas-sigurta nazzjonali, li tiggarantixxi penzjoni lil-haddiema kollha ma l-eta ta 61 sena. Dak il-progress ha skoss fis-snin sittin, meta gvern tal-PN kien kwazi falla l-fond tas-sigurta nazzjonali (NI), u kkalpesta d-drittijiet tal-haddiema sal-punt li ried inehhi d-dritt tal-istrajk b`ligi, li titfa l-habs lit-trejdunjonisti li jordnaw azzjoni ndustrijali. Ma dak il-gvern kienu marru tajjeb l-ispekulaturi ta l-art, u l-kuntrabandisti li kellhom libertinagg iwasslu l-kuntrabandu sahansitra sal-bottegin tal-parlament.

Fis-snin sebghin, bil-kollaborazzjoni laburista mal-GWU, saret il-ligi ndustrijali u gew stabbiliti pagi u kundizzjonijiet tax-xoghol decenti li taw id-dinjita lill-haddiema. Imbena bastjun ta assi statali u tkabbret l-ekonomija nazzjonali, li fuqhom il-labour kompla jtejjeb kontinwament il-livell tal-hajja tal-kotra bli skemi li holoq ta stipendji fl-edukazzjoni terzjarja, u tas-servizzi statali tas-sahha bla hlas, u bil-pjan ta housing socjali li mela Malta b`oqsma ta djar (housing estates) moderni. Dik il-mixja progressiva tal-kotra twaqqfet mill-gvern tal-PN fil-bidu tas-snin disghin, u bdiet tigi sforzata lura b`ritmu mghaggel mad-dhul tas-seklu 21.

Fi kwazi ghoxrin sena fil-poter, tal-PN zvojtaw il-kaxxa ta Malta u ghabbewna b`2 biljun lira dejn nazzjonali. Harbtu ghal darba ohra l-fond tal-penzjoni billi ghamlu fuqu nefqiet ta oqsma ohra governattivi. Bieghu bicca bicca l-patrimonju tal-assi statali, bil-konsegwenzi li tlifna ghal dejjem il-profitti finanzjarji u s-sigurta nazzjonali li kienu jirrendulna. Regghu kkalpestaw id-drittijiet tal-haddiema, u arrestaw lill-mexxejja tal-GWU li ddefendewhom. Stradikaw l-iskemi socjali tas-sahha edukazzjoni u housing. Fuq din il-ferita li fethu lill-haddiema, ziedu l-melh bit-taxxi esagerati li vvintawlhom fuq il-fdal tal-pagi diga mikula mill-prezzijiet joghlew fis-suq libertin li jahilfu bih tal-lemin.

Din il-politika ta zarmar tal-istat socjali (Welfare State) u tal-privatizzar tal-ghejjun li jirrendu sigurta nazzjonali u profitti lil-istat, maghguna mat-taxxi ndiretti u mad-djun f`infieq kapriccjuz fuq l-operat tal-gvern u fuq progetti fazulli, ghamlet ferm aktar sinjuri lin-nies tal-flus li jappoggaw lil-PN, waqt li tefghet 50 lura lill-kotra. Din hija l-istorja ta kif ir-rota tal-hajja daret kontra l-interessi tal-massa kull darba li bil-propaganda finanzjata min-nies tal-flus, il-maggoranza vvotat ghall gvern lemini nazzjonalista. Il-kotra meta se taghraf dan ic-ciklu tal-progress u rigress fil-kwalita tal-hajja taghha, u tiddeciedi li ma tibqax iddawwar ir-rota hija stess kontra l-interessi taghha ?

Articles Main Page