Indymedia Malta - Michael Briguglio jitkellem ma’ John u Paula Axiak

Zminijietna

 

Ghal bosta attivisti madwar id-dinja, l-Indymedia huwa mezz ta’ kif tista’ tigi trazmessa s-solidarjeta’ ghal dinja ahjar. L-Indymedia tahdem permezz ta’ l-internet u xxandar ahbarjijiet li forsi ma jkunux inghataw importanza minn xi forom ta’ media ohra. Hafna drabi dawn l-ahbarijiet ikunu dwar forom ta’ ingustizzja madwar id-dinja u dwar attivizmu ta’ bosta popli, gruppi u individwi.

F’dawn l-ahhar xhur, Indymedia saret attiva f’Malta wkoll permezz tad-dedikazzjoni ta’ grupp ta’ zghazagh li qed jaghtu hafna hin ghal din l-inizjattiva. Tkellimt ma John Axiak u Paula Axiak dwar Indymedia Malta.

Qabel xejn tlabt spjegazzjoni ta’ x’inhu r-rwol ta’ l-Indymedia fis-socjeta’. “L-Indymedia hija network ta’ organizzazzjonijiet tal-media iffurmati biex jagħtu rappurtaġġ għal-aħbarijiet li jew ġew injorati mill-media tradizzjonali jew irrappurtati deliberament b’mod ħażin sabiex ma tinxteridx il-verità, peress li din tkun tmur kontra l-interessi tal-“corporate media” jew il-kapitalisti li jmantnuhom. Dan in-network ta’ organizzazjonijiet ġie stabbilit fl-1999 meta diversi ġurnalisti, għaqdiet tal-media u attivisti, ingħaqdu flimkien biex jagħtu coverage tal-protesti kontra World Trade Organization (WTO) li saru fi Seattle fl-iStati Uniti. Iċ-ċentru f’ Seattle kien newsroom għall-ġurnalisti li kienu jaġġornaw il-website ta’ l-Indymedia kull ftit minuti bl-aktar aħbarijiet riċenti.”

John u Paula qalu li hemm bosta kwalitajiet li ghenu sabiex Indymedia tigi globalizzata. Emfassizaw li hija diċentralizzata u kull grupp fi hdana huwa awtonomu, jigifieri, li l-ebda grupp ta’ l-Indymedia ma’ jistà jieħu deċizjonijiet għall-grupp ieħor, irrispettivament mil-liema grupp hu. Id-deċiżjonijiet jittieħdu bi qbil (consensus) u mhux xi persuna jew grupp jimponu r-rieda tagħhom fuq l-oħrajn. Il-kontenut huwa open publishing. Jiġifieri li ma teżistix copyright fuq l-aħbarijiet li huma pubblikati. Barra min hekk, kull persuna tistà tipparteċipa fix-xogħol ta’ l-Indymedia u huwa verament faċli sabiex wieħed jippublika rappurtaġġ fuq is-siti tan-network.

“ Il-proċess ta’ x’qed jiġri fl-Indymedia huwa kompletament transparenti. Kull min hu interessat f’xi parti mill-Indymedia jista’ jara x’qed jigri f’kull working group billi jżur lists.indymedia.org.

Huma emfassizaw ukoll is-solidarjeta’ li tezisti bejn il-membri u gruppi differeenti fi hdan l-Indymedia. L-isem Indymedia donnu qed jishaq li din l-organizazzjoni hija indipendenti. Izda Indipendenti min xiex? “Eżattament. Il-ftit regoli li jeżistu bejn l-organizzazjonijiet ta’ l-Indymedia jassiguraw li n-network qatt ma’ hu ser jkun influenzat mill-interessi tal-korporazzjonijiet jew ta’ partit politiku. Punt fundamentali għall- kull għaqda lokali tal-indymedia huwa li din ma’ tkunx għal-profit u dan jassiġura li qatt mhu ser jiġu ippublikati aħbarijiet li ma’ jgħidux il-verità sħiħa minħabba l-biża ta’ boycott mingħand l-korporazzjonijiet. Regola oħra hija li l-Indymedia għanda tkun raprezentattiva, fis-sens li l-membri tagħha ma għandhomx jkunu kollha ta’ l-istess opinjoni politika.”

Bhala eżempju ta’ dan, John u Paula tkellmu dwar l-Indymedia Palestinjana ta’ tlett snin ilu, fejn jidher li din l-organizzazjoni kienet magħmula minn individwi li kollha kienu membri ta’ organizzazjoni politika fil-Palestina u l-aħbarijiet ippublikati kienu kollha biased lejn l-opinjonijiet poltiċi ta’ dan il-grupp. “Din l-għaqda, minħabba l-bias tagħha ġiet mkeċċija minn network. Riċentament infetħet applikazzjoni ġdida sabiex tiġi iffurmata Indymedia Palestinjana li rapreżentattiva, fis-sens li l-organizzjoni mhux magħmulha biss minn nies tal-istess opinjoni, imma ġejjin backgrounds differenti. Għalkemm din l-organizzazzjoni l-ġdida għada ma’ isseħbitx kompletament, mistenni li fiż-żmien qrib din tkun membru sħiħ.”

Izda, dan il-punt xtaqt li nelaboraw fuqu minhabba li nahseb li hu kemmxejn kumplikat. Wara kollox, Indymedia qed ixxandar ahbarijiet politici, ghalkemm mhux partiggjana. Hi l-Indymedia stess li tiehu n-naha ta’ min qed jiggieled kontra l-kapitalizmu u forom ohrajn ta’ sfruttar u oppressioni. Ghalhekk lil John u Paula tlabtom jghiduli jekk skond huma tistax tezisti xi media li fl-ahhar mill-ahhar indipendenti? Jew il-media u l-gurnalisti jridu jiehdu pozizzjoni?

“Idealment il-ġurnalisti u l-edituri għandhom jkunu kemm jista’ jkun fattwali u ma’ jiċensuraw xejn li huma ma’ jaqblux miegħu. Sfortunatament imma l-maġġoranza tal-media jew għandhom aġenda politika jew qegħdin hemm għall-profitt, jfisser mhux ser jgħidu xejn li jdardar l-għajn li jixorbu minnha. Minħabba f’dan, peress li l-media tradizzjonali tkun qed iġġib dejjem l-istess opinjoni, tinjora l-opinjonijiet l-oħra jew l-aħbarijiet l-oħra ma jkollok l-ebda’ għażla ħlief li tieħu pozizzjoni. Idealment.”

Izda, jekk nigu fil-konkret, Indymedia lesta tippromwovi l-vuci ta’ min assolultament ma’ jaqbilx maghha, jew temmen li x’imkien trid tinqata linja? Skond ir-regoli ta’ l-istess Indymedia, minkejja li tahdem bis-sistema ta’ open publishing, ma jistghu jigu ippublikati messagi li jincitaw razzizmu, sessizmu, diskriminazzjoni, vjolenza, ecc.

Nahseb, li fl-ahhar mill-ahhar kull media tiehu naha u ghandha l-istrutturi tal-poter taghha, anke jekk fi hdan l-istess media jkun hemm vucijiet differenti. L-Indymedia, ghalhekk ghandha pozizzjoni li b’mod teoretiku wiehed jista’ jabbinaha ma dik favur demokrazija radikali. Izda din hi biss suppozizzjoni tieghi.

Wara dan l-intervent kumplikat, qbiza fuq suggett iehor – l-udjezna, li fuqha tant tiddependi l-media. Min hi l-udjenza ta’ Indymedia? Qed thalli impatt?

Paula u John sahqu li l-impatt li qed jħalli proġett bħall l-Indymedia huwa diffiċli biex tikwantifikaħ. “imma biżżejjed ngħidu li meta jkun hemm xi avveniment kbir, per eżempju xi meeting tal-G8, WTO, Protest Globali, etc. l-ammont ta’ nies li jidħlu fuq is-sit www.indymedia.org jiskorri ż-żewġ miljuni. Lokalment ma’ nafux ezatt x’impatt qed tħalli l-organizzazjoni, imma intqal li diversi għalliema għamlu referenza għas-sit tagħna waqt xi lezzjonijiet”.

Hawnhekk qlbina fuq Malta. Jidher li fl-Indymedia ta’ Malta hemm diversi nies involuti. Hemm min hu nvolut direttament f’oqsma specifici bhal dawk teknici, organizattiv, gurnalistici, gbir ta’ fondi, u ohrajn. F’dan ir-rigward isiru laqghat tal-Kumitat tal-membri. Hemm ukoll nies li jippubblikaw l-artikli fuq is-sit, imma ma jinvolvux ruħhom fl-affarijiet l-oħra tal-proġett.

Paula u John qalu li Indymedia Malta ghandha interess specifiku f’xogholha. “L-interess ta’ l-Indymedia ma huwiex li jieħu l-post tal-media tradizzjonali, imma biss li jagħti coverage ta’ aħbarijiet li din it-tip ta’ media ma’ tagħtix coverage xieraq ta’. Kemm il-darba għaqdiet tas-soċjeta civili joħorġu xi stqarrija stampa u l-medja tradizzjonali tinjorhom. Kemm il-darba issir xi protesta mill-immigranti li qedin inkarċerati fiċ-ċentri ta’ detenzjoni, f’kundizjonijiet tal-mistħijja u l-medja tradizzjonali titfa’ dawl ikraħ fuq l-protesta tagħhom mingħajr ma’ tara r-realitajiet ta’ dawn il-protesti. L-istess attitudni tirrepeti ruħha fuq issues ta’ ambjent.”

“Ftit ilu l-NSO (National Statistics Office) ippublikat studju dwar il-famliji Maltin u din l-pubblikazzjoni ġiet kompletament injorata mill-media tradizzjonali. Fost l-affarijiet li ħarġu minn din il-pubblikazzjoni kienu li wieħed minn kull ħames trabi li twieldu fis-sena 2006 twieldu l’ ommijiet li mhux miżżewġa. Għalkemm wieħed ma għandux jkun paraonoiku, wieħed jistaqsi jekk ir-raġuni għaliex din l-istatistika ma’ ġietx pubblikata huwa minħabba li l-partiti politiċi mhux qed jadottaw social policies li jgħinu lis-single mothers, jew lil unmarried couples, meta din l-istatistika turi kemm hemm bżonn ta’ dan minħabba in-numru tagħhom. L-istess statistika wkoll uriet li fl-aħħar 5 snin l-ammont ta’ loans li qed jieħdu l-kopji meta jiżżewġu biex jibnu d-djar sploda b’ kwazi 5 darbiet (minn Lm137 million fl-2000 sa Lm623 million fl-2005). Dan juri l-problema li dawk li jiżżewġu għandhom li mhux jsib djar u jkollhom jiddejnu għal-ħajjithom”, tennew Paula u John.

Jidher li Indymedia sabet in-nicca taghha fil-media Maltija. Fethet bibien godda ghal min irid iwassal messagg ghal dinja ahjar. Messagg li jista’ jasal madwar id-dinja permezz tal-possibilitajiet li jezistu fil-qasam ta’ l-internet f’dinja globalizzata. Minflok ma thares il-gewwa u tilmenta t-triomfalizmu tal-kapitalizmu globalizzat, l-Indymedia qed tiftah ghajnejha w widnejha ghad-dinja u tohloq possibilitajiet godda. Mhux qed nitkellmu fuq revoluzzjoni li qed thabbat mal-bieb, izda fuq ftuh ta’ bibien godda f’dinja globalizzata w kumplessa. Fejn ser johduna dawn il-bibien?

Il-website ta’ Indymedia Malta hu www.imcmalta.org

Articles Main Page