Il-Partiti f'Malta, favur Ewropa Socjali jew Ewropa Neoliberali? - David Pisani

Zminijietna Harga Jannar – Marzu 2008

 

L-Ewropa ghaddejja minn process politiku li fih l-ideologija neo-liberali qed tinfiltra fin fin. Fit-Trattat ghall-Kostituzzjoni Ewropeja hemm diversi oqsma li jehtieg li f’Malta jigu diskussi. Hemm il-qasam militari, hemm dak ambjentali li jitratta l-energija u GMOs, hemm il-qasam socjali u tal-haddiema, kif ukoll il-lat politiku fi sfera globali. Is-sabiha li f’Malta l-politikanti jinteresshom biss li Malta ha tikseb is-sitt siggu. Ara tisimghux kliem iehor fuq effetti socjali, ekonomici, ambjentali u politici tat-trattat u l-politika Ewropeja.

Dan l-ahhar harget l-ahbar li xokkjat lid-diversi unions u haddiema. Il-Qorti Ewropeja taghti verdett li jiffavorixxi l-politika neoliberali fil-qasam tax-xoghol. L-istorja bdiet meta kumpanija tal-kostruzzjoni Latvjana bl-isem ta’ Laval un Partneri baghtet diversi haddiema mill-Latvja biex jaghmlu xoghol ta’ mmodernizzar go skola fil-belt ta’ Vaxholm gewwa l-Isvezja. Trejdunion Svediza fethet kaz quddiem il-qorti tax-xoghol gewwa l-Isvezja fejn rrimarkat li huwa inaccettabli li tali kumpanija toffri kundizzjonijiet inferjuri meta tikkomparhom ma’ l-istandarts tal-haddiem gewwa l-Isvezja.

 F’kelma ohra l-union Svediza kienet qed tiggieled kontra l-kuncett ta’ “social dumping”. Dan il-kaz mbaghad gie irreferut mill-qorti tax-xoghol gewwa l-Isvezja ghall-Qorti Ewropeja. Din ta’ l-ahhar qatghata kontra l-unjin tal-haddiema, kif ukoll fil-verdett harget li union kif agixxiet kienet qed tfixkel l-liberta tal-moviment minn pajjiz ghall-iehor fil-qasam tas-servizzi maghruf bhala  “freedom to provide services

Il-Federazzjoni ta’ Trade Unjins Ewropej (ETUC) esprimiet id-dizappunt taghha ghalfatt li issa l-unjins ser isibuha aktar difficli biex jippromwovu l-istess trattament u protezzjoni lill-haddiema fil-pajjizi taghhom, bl-iskuza tal-principju li jitratta l-moviment hieles tas-servizzi.

MEP Poul Nyrup Rasmussen, President tal-Partiti tas-Socjalisti Ewropej qal li jinsab iffrustrat kif l-Ewropa ikkontradixxiet lilha nnifisha. F’nifs wiehed qed tiirkonoxxi id-dritt ta’ azzjoni kollettiva mill-unjins biex thares il-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema u f’nifs iehor iddecidiet kontra l-istess dritt. Rasmussen ikompli li din zgur li mhijex it-triq ghall-Ewropa aktar Socjali u ghalhekk heggeg lill- Kummisjoni Ewropeja biex tiehu azzjoni sabiex jigu evitati konsegwenzi negattivi minn regoli li mhux cari. Hu kkonkluda billi qal li fl-isfond tat-Trattat ta' l-Ewropa, dan il-kaz ser ikun ta’ mportanza fill-maggoranza tal-parlamentari nazzjonali u r-referendum gewwa l-Irlanda.

Francis WURTZ, il-President tal-Koalizzazzjoni tax-Xellug fil-Parlament Ewropew li fiha thaddan il-komunisti u greens qal li b’dan il-verdett ghalkemm il-Qorti Ewropeja tirrikonoxxi d-dritt ta’ azzjoni kollettiva mill-unjins, l-istess dritt qed ikun mcahhad minn dan il-verdett, ghalhekk saqsew x'fadal mid-dritt li l-unjin tinnegozzja ghal azzjoni kollettiva favur kundizzjonijiet ahjar tal-haddiema ?

Minn hawn inheggeg lill-unjins Maltin biex jinghaqdu ma’ Movimenti xellugin u MEPs Ewropej ohra sabiex ir-ratifikazzjoni tat-Trattat ta' l-Ewropa jigi deciz b’referenda Nazzjonali. Niftakru li fit-Trattat ta’ l-Ewropa hemm referenza ukoll ghal din it-tip ta’ politika li ser tkun ta’ theddida ghall-haddiema Maltin u Ewropej. Ghalhekk, bhala xellugin ghandna nopponu dan it-trattat. F'dan ir-rigward hi haga ta' l-ghib li l-Gvern Nazzjonalista qed ihaffef il-process biex jigi ratifikat it-trattat, biex b'hekk jevita referendum u tigi mposta politika neo-liberali.

 

Articles Main Page