Ritmu zaghzugh fi Zminijietna - Zminijietna Zghazagh tax-Xellug

Zminijietna Harga Jannar – Marzu 2008

 

F’Lulju li ghadda, grupp ta’ zghazagh fi hdan il-kumitat ta’ Zminijietna hassejna l-bzonn li titwaqqaf fergha taz-zghazagh. L-iskop ta’ din il-fergha huwa li jkun hawn ghaqda zaghzugha f’Malta li tkun orjentata 100% fuq il-kwistjonijiet socjo-politici li qed jigru f’pajjizna, u fl-isfera internazzjonali. B’hekk inkunu qed inwasslu politika Xellugija permezz ta’ l-attivizmu taghna, fi hdan struttura maghmula miz-zghazagh ghaz-zghazagh, u b’hekk Zminijietna Lehen ix-Xellug tkun aktar organizzata.

Bhalissa nistghu nghidu li l-ewwel fazi tat-twaqqif ta’ l-ghaqda miexja sew, tant li diga’ hemm membri fostna li taw s-sehem taghhom f’seminars relatati ma’ l-energija alternattiva u l-kwalita’ ta’ xoghlijiet li hawn fil-prezent. Semmajna lehinna fil-gazzetti lokali, specjalment dwar il-kwistjoni tat-Trattat ta’ Lizbona, li ma huwa xejn hlief modifikazzjoni zghira tal-kostituzzjoni Ewropeja ta’ sentejn ilu, li ghax ma rnexxielhomx jghadduha mill-bieb (b’mod demokratiku), issa jridu jghadduha mit-tieqa (b’mod sfurzat).

Il-poster li jidher f’din l-edizzjoni tal-gazzetta hija wkoll inizjattiva ta’ Zminijietna Zghazagh tax-Xellug (ZZX), li bih irridu nwasslu l-messagg li d-dritt li bniedem isib impjieg huwa wiehed fundamentali. Ghal min hu xellugi bhalna, dan huwa fatt ovvju. Izda ghat-tip ta’ suq tax-xoghol li ghandna bhalissa dan ma huwa ovvju xejn. Il-Gvern ta’ pajjizna, li tieghu hija r-responsabilita’ li jipprovdi x-xoghol, ma tantx iqis dan il-principju bhala tali ghaliex jitfa’ fl-istess qoffa l-impjiegi ‘part-time’ u dawk full-time. Bizzejjed nghidu li l-maggoranza tal-haddiema ‘full-time’ isibu l-htiega li jahdmu l-‘overtime’ jew sahansitra isibu mpjieg ‘part-time’ biex iwasslu sa l-ahhar tax-xahar. Ahseb u ara dawk li jahdmu ‘part-time’ kemm jistghu jitqiesu bhala impjegati li ghandhom l-istess kundizzjonijiet. Nitfghu r-responsabilita’ ta’ l-impjiegi fuq il-Gvern, ghaliex dik taghna hija Repubblika bbazata fuq ix-xoghol, u dan ma nghiduhx ahna, izda tghidu l-oghla ligi ta’ pajjizna; il-kostituzzjoni. Dawk li jinsabu qieghda, bil-htiega ta’ mpjieg tkun l-akbar problema li ttambar fuq rashom, jispiccaw sabiex jahtfu l-ewwel okkazjoni ta’ xoghol li titfacca quddiemhom, irrelevanti mill-kundizzjonijiet (jew in-nuqqas taghhom) li l-impjieg ikun igorr mieghu. B’hekk ahna irridu aktar certezza ta’ xoghol u xoghol ahjar. Din il-moda tal-flessibilita’ ma hija xejn hlief sitwazzjoni hafna aktar komda ghal dawk li flok jahdmu ghal flus ikollhom il-flus jahdmu ghalihom. Filwaqt li dawk li jzommu ghixien dicenti billi jispiccaw jghixu biex jahdmu, flok jahdmu biex jghixu, ma jsibu xejn hlief aktar xkiel. Fl-artikli ta’ din il-gazzetta spiss jingiebu ezempji ta’ kundizzjonijiet ta’ mpjiegi li ma haqqhomx l-anqas jezistu f’dan is-seklu 21. Il-kitba qieghda fuq il-hajt, ahjar naqrawha issa qabel ma titkompla titheggeg il-kultura ta’ “qabbdu llum u llincenzjah ghada” f’pajjizna.

Attivita’ ohra li qieghdin inniedu biex nkunu qed inwettqu ghan iehor li din l-ghaqda twaqqfet ghalih, hija dik li norganizzaw festival ta’ turija ta’ films qosra, bl-ghan li jitwassal messagg socjali. Semmejnih ‘Social Reel Festival’. Dan il-festival behsiebna ntellghuh fl-Universita’ ta’ Malta fix-xahar ta’ April, u jappoggjawna se jkun hemm ghaqdiet ohra taz-zghazagh. Fih se nkunu qed nippromwovu l-arti bhala ghodda ta’ analizi socjali u anke bhala agent ta’ trasformazzjoni kulturali. Irridu naghmluh fl-Universita’ ta’ Malta, ghaliex ahna stess inhossu li l-istudenti fl-Universita’ ta’ Malta ghandhom ikunu aktar proattivi f’inizjattivi bhal dawn, u nuru l-prezena taghna b’kuntrast ma’ dawk li l-konservattivizmu hakimhom sew. Lil dawn nghaddulhom messagg qsajjar bil-kliem ta’ Franklin D. Roosevelt, li kien qal illi l-konservattiv huwa dak il-bniedem li jkollu zewg saqajn perfetti, izda madanakollu qatt ma jitghallem jimxi ‘l quddiem. Bl-attitudni tal-konservattivi li jmexxu l-Kunsill ta’ l-iStudenti Universitarji, li taw importanza lill-kwistjoni tal-parkegg u lanqas biss urew imqar it-thassib taghhom dwar il-mod kif hemm kurrenti fl-Universita’ li jridu jwasslu biex l-Universita’ tibda tiffunzjona daqs li kieku kienet xi kumpanija, zgur li mhux qed inharsu ‘l quddiem. Kien hemm ragunijiet validi ghalxhiex tippilla fuq il-parkegg, izda x’hin inharsu lura nindunaw li l-kumdita’ mmedjata inghatat aktar importanza minn theddida li qed jiffaccjaw dawk li juzaw l-Universita’ wara dawk tal-lum. Inqumu minn hemm; l-energija li ghandna llum, hadd ma jgibilna lura ghada.  

B’wiccna minn quddiem nistghu nghidu li ZZX qed tiffunzjona sew hafna. L-ghan taghna huwa li jkollna vuci awtonoma, bl-idejali politikament xellugin ta’ gustizzja socjali u ugwaljanza. Hsibna wkoll sabiex naghtu forma konkreta lill-principji ta’ l-ghaqda. Biex ghamilna dan stedinna lil kull min hsibna li seta’ jaghti kontribut fil-process, wara li  hloqna abbozz ghal dan il-manifest ta’ principji. Dan il-manifest se jkun jista’ jitqies bhala l-ispina dorsali ta’ dak li ahna nemmnu fih. Huwa jinkludi l-idejat taghna dwar diversi aspetti. Tibda mill-vizjoni taghna ta’ demokrazija, tkompli bil-mod kif ahna nharsu lejn il-htiega tas-solidarjeta’ u tibqa’ ghaddej b’diversi rkejjen socjo-politici bhal; l-ekonomija, il-politika socjali, l-ambjent, l-edukazzjoni u l-ahjar mod kif ghandha tkun trattata s-sovranita’. B’hekk l-ghanijiet taghna ma jkunux bhal shab fl-ajru li tista’ tarah, izda ma tistax tilhqu. Minnflok ikunu miktuba bl-iswed fuq l-abjad u spjegati b’mod car, sabiex ahna z-zghazagh, inkunu nistghu nifhmu fuq liema bazi ntfajna nahdmu f’din l-ghaqda li ahna certi li tista’ trabbi gheruq f’sahhithom. Dan il-manifest ta’ principji ma jdumx ma jkun mghoddi min-naha tal-kumitat taghna, u tkunu tistghu tarawh fuq is-sit elettroniku taghna (miktub hawn taht nett).

Jekk lest li tappoggjana, ghandek ic-cans tissieheb maghna b’appogg u ma jkollokx ghalfejn tattendi l-laqghat tal-kumitat. Dan tista’ taghmlu billi tibghat e-mail lilna fuq zzx@hotmail.co.uk u ahna nikkorrispondu mieghek biex dan ikun jista’ jsir. Ittra bil-posta hija wkoll accettata fl-indirizz ta’ l-editur tal-gazzetta. Bl-istess mod tista’ turi l-interess li tkun membru shih u tattendi ghal laqghat taghna. Maghqudin nibqghu wieqfa, izda wehidna naqghu mix-xejn.

www.zminijietna.org/zzx

Articles Main Page