Spunti ta’ min jixtarr - David Pisani

Zminijietna Harga Jannar – Marzu 2008

 

Il-kritika tiegħi din id-darba hi lejn l-Awtorita tal-Mepa. Mepa li qed tiftaħ il-bieb għall-qawwa propagandistika tal-konsumeriżmu li qed jinfiltra u joħloq mostri ta’ ħadid fit-toroq Maltin. Qed nirreferi għal diversi billboards li nsibu jkerrħu t-toroq Maltin. Ta’ min il-Mepa toħroġ b’politika ċara sabiex il-billboards jitneħħew mit-toroq Maltin. Ma’ naħsibx li fihom xi attrazzjoni turistika. Is-sabiħa hi li l-istess partiti qishom lkoll jaqblu ma’ din il-mentalita’ ġdida ta’ kif tkerrah l-estetika ta’ l-ambjent Malti, dana għax ilkoll qed jagħmlu użu minnhom biex ikabbru l-propaganda tagħhom.

Ħaġa oħra tal-mistħija, hi ndirizzata lejn il-KSU. Saret ħaġa tal-mistħija kif il-Freshers week saret burdell kummerċjali. Filfatt l-attivita’ ħadet żvolta konsumerista u nbidlet minn attivita suppost edukattiva li l-għan tagħha hu li tippromwovi l-edukazzjoni terzjarja u l-promozzjoni ta’ għaqdiet universitarji, għal waħda li l-għan ewlieni hu li tippromwovi l-prodotti u s-servizzi ta’ kumpaniji privati. Ta’ min ningħataw spjegazzjoni għala l-arja ċentrali fuq il-Campus ta’ l-Universita’ tkun riżervata għal-stands tal-kumpaniji u mhux għal dawk ta’ l-għaqdiet. Jaqgħu hemm xi ndħil mill-istess kumpaniji.

Bħala xellugi nemmen li l-universita’ għandha tħares il-ġid ta’ l-istudent u l-għaqdiet li jgħammru fiha. M’ilux diġa’ kellna esperjenza  ta’ għaqdiet li spiċċaw mingħajr użu ta’ kamra għax xi ħadd għoġbu jagħti jew jislef numru ta’ kmamar għall-użu kummerċjali, b’waħda minnhom biex jinbiegħu dvds. Tħokkx rasek għax mhux ser tifhem!

Articles Main Page