Aħdem, Ixtri u Kkonsma - Alfred Consiglio

Zminijietna – Harga Jannar - Marzu 2009

Matul is-snin ħamsin, fi żmien meta l-Amerika kienet f’riċessjoni, ħafna mħuħ liberali abbozzaw dak li kellu jkun wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-kapitaliżmu globali fis-snin li kellhom jiġu.  Ħafna argumentaw li l-ekonomija produttiva enormi tal-Amerika tiddomanda li nagħmlu l-konsum bħala mod ta’ ħajja, li tikkonverti x-xiri u l-użu tal-affarijiet f’ritwal, li tfittex is-sodisfazzjon spiritwali fil-konsum.  Riedu l-ħtieġa li l-oġġetti jkunu kkunsmati, maħruqa, mibdula u mormija b’rata aċċellerata.

B’hekk iddaħħal il-konsumeriżmu tal-massa.  Infatti l-ħtieġa inevitabbli li aħna naħdmu iebes u nonfqu ħafna hija mtambra f’moħħna sa mit-twelid.  Iżda filwaqt li din il-formula maġika materjalista hija effettiva sew biex tlembet profitti kbar għal nies super-sinjuri, il-ħolma konsumista qed issir twerwir ta’ proporzjon katastrofiku li jhedded li jkaxkarna ma’ riefnu distruttiv.

Bla dubju l-ħolma konsumista issa ppenetrat kull rokna ta’ ħajjitna, miżmuma tifflowtja b’reklamar massiċċ. Strateġiji tas-suq huma wżati biex taqbadna ferneżija ta’ konsum li tgħallimna li sabiex ikollna valur u hena rridu nonfqu, nonfqu u nonfqu.

Strateġiji ta’ reklamar deliberatament jiddiżinjaw oġġetti li ma jibqgħux mal-moda, filwaqt li strateġija oħra tikkonvinċina li għalkemm l-oġġett li għandna għadu tajjeb u jiffunzjona, irid ikun aktar avvanzat biex inkunu bħan-nies!  L-istrateġija tikseb dan billi tibdel il-kulur u l-istil u tħeġġiġna nikkonsmaw biex nimxu ma’ l-aħħar moda f’ħajjitna.  Kompjuter, telefown ċellulari, TV u CD malajr isiru skaduti; karozzi intenzjonalment jinbnew li wara xi snin ikollok tibdilhom. L-aċċessorji tal-moda u l-ħwejjeġ kontinwament jinbidlu sabiex iż-żgħażagħ ikollhom f’hiex jonfqu flushom.

Iżda filwaqt li dan iċ-ċiklu bla tmiem ta’ produzzjoni u konsum joħloq ġid enormi għal ftit fil-quċċata tas-soċjeta`, il-ħlasijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali huma profondi.  L-estrazzjoni ta’ materja prima teqred l-ambjent.  Popli sħaħ, speċjalment dawk f’pajjiżi fqar, huma sfurzati li jitilqu artijiet missirijiethom hekk kif l-industrija tidħol biex tikseb il-materja prima meħtieġa.  Raffinar ta’ materjal f’oġġetti mmanifatturati u kontenituri jlellxu jipproduċu miljuni ta’ tunnellati ta’ skart industrijali.  Il-ġarr tal-oġġetti lejn il-ħwienet madwar id-dinja kollha jaħraq aktar rizorsi li jiġġenera aktar tniġġiż.

Huwa fatt magħruf li l-kultura konsumista ta’ kompetizzjoni ħarxa tagħti bidu għal stat ossessiv u emozzjonali li jwassalna lejn ansjeta` kuxjentement jew b’mod bla ma tinduna; reklamar massiċċ għandu l-effett li jipproduċi skuntentizza kkurata temporanjament b’terapija ta’ xiri vvizzjat ferm.  Li timmanifattura ħtiġiet artifiċjali u n-nuqqas ta’ sodisfazzjon fil-bejgħ u x-xiri tal-oġġetti u s-servizzi hu dak li hu u jagħmel il-kapitaliżmu.

Iżda l-effetti ta’ ħsara bl-iskuntentizza m’humiex illimitati għal adulti biss.  Li tinkoragixxi lit-tfal li jikbru qabel iż-żmien sservi l-ekonomija billi tqanqal infieq fuq kosmetiċi, mużika, moda u ornamenti oħrajn tat-tfulija.  Il-film Supersize Me ta’ Morgan Spurlock espona kif l-industrija tal-junk food deliberatament hija ntenzjonata li tolqot lit-tfal b’reklamar ta’ feel good, ippremidata biex tagħmel il-konsum tal-prodotti li huma ta’ ħsara għas-saħħa bħala drawwa ta’ kuljum.

Bl-inugwaljanza soċjali, riċessjoni u l-ħajja dejjem tgħola li twassal ħesrem għal faqar dejjem jiżdied, is-sistema qed turi bżonn urġenti, mhux għal riforma, iżda għal taqliba sħiħa.Aħdem, Ixtri u Kkonsma
kitba ta’ Alfred Consiglio

Bl-inugwaljanza soċjali, riċessjoni u l-ħajja dejjem tgħola li twassal ħesrem għal faqar dejjem jiżdied, is-sistema qed turi bżonn urġenti, mhux għal riforma, iżda għal taqliba sħiħa.

Articles Main Page