Zminijienta Tintervista lil Dr. Toni Abela 06.02.2009

Zminijietna – Harga Jannar - Marzu 2009

 

Hafna kienu jahsbu li l-PL kien minn ghalih li seta’ jiehu l-Gvern billi jistenna l-bajtra taqa’ f’halqu, infatti jien kont wiehed minnhom. Lino Spiteri kiteb (Labour Link – Jannar ‘09, p7) li “hi haga hafna [izjed] tqila li xxettel sigra li taghtik frott bnin li tista’ taqtghu u dduqu bil-jedd kollu tul stagun twil...”. Tahseb li bhalissa din is-sigra qed tixxettel?

Nemmen li din is-sigra qieghda tixxettel. Il-fatt li Joseph Muscat huwa l-mexxej tal-Partit Laburista (PL) jibghat messagg aktar frisk u attwali, li juri bic-car li hemm ir-rieda li jinbeda stagun politiku gdid. Messagg li fejn ghandu jfahhar ifahhar u fejn ghandu jikkritika jaghmilha wkoll. Jekk mhux qed tinzel tajba ma’ min ghandha tinzel tajba, dik hija haga ohra.

Temmen li issa m’ghadkomx qed tistennew ir-rebha, izda minnflok qed tahdmu ghaliha?

Anke jekk tkun diga’ qieghed fil-Gvern trid tahdem ghar-rebha, ahseb u ara jekk tkun fl-oppozizzjoni. Il-PL irid joqghod hafna aktar attent minn qabel. Id-darba li jmiss l-elezzjoni se jkollna nahdmu ghaliha aktar minn dik tas-sena l-ohra. Ix-xoghol li naghmlu ahna jrid ikun wiehed intensiv hafna, u ffukat fuq kull possibilita’ ta’ vot li jista’ jgib il-PL. Kemm minn hdanu, u anke minn dawn li jinhtiegu messaggi differenti biex jersqu lejh u jivvotawlu.

Dr. Sceberras Trigona, Segretarju Internazzjonali tal-PL qed jaghmel korsis li permezz taghhom qed iharreg lin-nies fil-prattika tad-Diplomazija, u dwar il-fondi ta’ l-UE fost ohrajn. Fil-Konferenza Generali li ghaddiet (29.01.09) Sceberras Trigona qal li ‘l quddiem is-segretarjat se jkun qed iharreg boton boton, sabiex meta jkun fil-Gvern ikollu nies bizzejjed kapaci sabiex jahdmu fil-kamp Diplomatiku. Hemm il-hsieb li t-tahrig ghan-nies li jappoggjaw il-Partit twessghuh f’oqsma ohra bhal nghidu ahna dak Turistiku, l-Edukazzjoni u l-Politika Socjali?

Dan mhux bilfors ghandu jilhaq nies li huma fil-PL, ha naghmilha cara. Meta jsiru l-korsis ikunu miftuhin ghal kulhadd. Ma nemminx li dawn il-korsis se jkunu qed igibu maghhom xi segregazzjoni ta’ dawk in-nies li jaqblu mall-PL, u ma jkunux gejjin minn esperjenzi politici ohrajn.

Ikun il-lok li ma jsirux biss korsis fid-diplomazija, izda wkoll fil-qasam ta’ l-amministrazzjoni pubblika, f’dak turistiku u anke fl-ispecjalizzazzjoni tal-harsien ta’ l-ambjent.

Ligi li qed jiehu hsieb jirriforma l-Ministeru tal-Politika Socjali bhalissa, hija dik tal-kera. F’artiklu ppubblikat fl-Orizzont (20.01.09) intitolat “Il-Ligi tal-kerha” inti elenkajt bosta ingustizzji li fil-fehma tieghek ghandha l-potenzjal iggib maghha din ir-riforma. Meta thares lejn din ir-riforma b’mod shih, tahseb li se ggib aktar ingustizzji milli gustizzji?

Jekk l-abbozz tal-ligi jghaddi kif inhu se jgib hafna u hafna ingustizzji, iva. Nibdew nisimghu fi zmien qasir possibilment b’nies li jkunu tilfu l-harsien tas-saqaf fuq rashom. Bhalma huma r-romol, l-ahwa u anke t-tfal, biex naghmluha cara. Ovvjament wiehed irid jirrispetta id-dritt tal-kera lis-sid, li bil-ligi kif kienet fil-fehma tieghi dan id-dritt ma kienx rispettat. Min-naha l-ohra wiehed ghandu jsib bilanc dwar id-drittijiet socjali ta’ min qieghed jghix f’kera, jew inkella ghandu hanut li qieghed b’kera.

Il-Grupp Parlamentari Laburista qed jaghmel dak kollu possibli fil-Parlament, u nemmen li se jirnexxilu, biex jipprova jimminimizza kemm jista’ jkun il-hsara li ser issir b’dan l-abbozz.

Fil-gazzetta Illum tal-Hadd l-1 ta’ Frar, 2009 gie rrapporatat li l-PL ghandu kazini rekwizizzjonati jew b’kera kkontrollata. Bhala Oppozizzjoni intom lesti li tiggieldu kull ingustizzja li ggib maghha din ir-riforma, jew ghandkom imnejn toqoghdu pass lura biex tiehdu hsieb iz-zamma tal-kazini taghkom fil-lokalitajiet?

Xejn minn dan. Jekk tinnota, anke fil-Parlament, l-emfazi principali m’hijiex fuq il-kazini, izda fuq id-djar residenzjali u fonti kummercjali. Il-PL m’ghandu ebda hsieb li jipprova jaghmel xi maratona ta’ oppozizzjoni ghall-fatt li l-kazini jistghu ma jkunux aktar protetti kif kienu taht il-ligi l-antika. Pero’ wiehed ukoll irid jinnota li anke l-kazini politici fl-irhula ghandhom sehem importanti socjali u politiku. Jekk Partit tnehhilu l-prezenza politika fl-irhula u fl-ibliet taghna tkun qieghed toqtollu l-prezenza demokratika tieghu mall-pajjiz kollu. Jigifieri wiehed ma jridx lanqas min-naha l-ohra, biex ma jidhirx li qed jiddefendi l-kazini tieghu, ma jghidx ukoll li l-partiti politici qed iwettqu rwol socjali bhal hafna ghaqdiet ohra fil-pajjiz.

Fir-Reazzjoni inizjali li l-PL ta ghal din ir-Riforma fil-Ligi tal-Kera, wera bic-car li lest jirrikonoxxi familji mhux konvenzjonali. Dr. Muscat, fid-diskors li bih inghalqet il-konferenza (01.02.09) wera bic-car li l-PL jirrikonoxxi lil dawk omosesswali, separati u anke pogguti. B’dan il-mod il-PL qed jidher li socjalment lest li jkun liberali. Madanakollu, jidher ukoll li bhala Partit m’ghadkomx qed thambqu fuq il-htiega tad-Divorzju f’pajjizna, daqs kemm kontu qed taghmlu sa ftit xhur ilu. Ghaliex qed jigri dan? Qed tibzghu mill-knisja u mill-PN? Sibtu rezistenza qawwija fi hdan il-Partit stess? Ghandkom surveys li f’din it-tema ma johrogukomx popolari?

Joseph Muscat diga’ ddikjara ruhu fuq il-kwistjoni tad-divorzju, u qal li hu lest ukoll li jhalli vot hieles fil-parlament. Jien nahseb li anke l-amministrazzjoni Laburista ta’ bejn is-96 u t-98 kienet hatret kummissjoni nazzjonali dwar il-familja li fost ohrajn kienet qed tiddiskuti t-tema tad-divorzju. Il-verita’ hi li ahna llum ninsabu fl-Unjoni Ewropea; id-drittijiet civili u liberali ta’ hafna koppji tista’ tghid li jinsabu f’kull pajjiz fi hdanha barra f’Malta. L-uniku zewg pajjizi li m’ghandhomx divorzju huma l-Andorra u l-Vatikan, li huma mmexxija minn Isqof u minn Papa. Malta sa fejn naf jien m’ghandniex Isqof bhala mexxej ta’ l-istat.

Malta, sa issa ma jidhirx li d-divorzju huwa accettat. F’din il-kwistjoni ovvjament wiehed irid joqghod attent ukoll li dan id-dritt civili ma jigix uzat b’mod li jispicca ballun partiggjan. Wiehed irid joqghod attent ghax b’hekk aktar issir hsara milli gid.

Rigward il-vot hieles li Joseph Muscat behsiebu jaghti fil-parlament, ma tahsibx li jekk il-Partit huwa deciz u determinat illi dan id-dritt civili ghandu jithalla  jinghata f’pajjizna, bil-vot hieles fil-Parlament tkunu qed tilaghbu bil-progress ta’ din is-socjeta’. Ghaliex ma taghmlux diskussjoni interna u tmorru quddiem il-parlament bil-vot ta’ Partit, li jkun wiehed u shih?

Jiena nahseb li d-divorzju hija kwistjoni ta’ kuxjenza personali ta’ dak li jkun u m’hijiex kwistjoni ta’ politika ta’ partit. Fil-fatt lanqas ma huwa l-kaz li jsir referendum u joqghod jghid jekk wiehed iridx id-divorzju jew le. Din hija kwistjoni ta’ drittijiet, anke jekk hu ta’ minoranza, ghax lill-maggoranza m’hu se jittihdilha ebda dritt.

Kien hemm zmien fejn il-PL kien lest li jidhol f’kunflitti sabiex jara li jilhaq l-ghanijiet tal-politika tieghu ghal Malta. Dan ghamlu fis-sittinijiet fuq il-kwestjoni tas-sitt punti mall-Knisja, u ghamlu wkoll fit-triq tieghu biex jinkiseb il-Helsien mill-hakma Ingliza. Jidher li l-kuntest ta’ “Ahna u Huma” ma huwiex parti mill-“Istagun Politiku Gdid” ta’ Dr. Muscat, tant li dahal fil-kazini tal-PN fil-mawra tieghu f’diversi lokalitajiet. Il-PL m’ghadux jidhol f’dawn il-kunflitti mqanqla ghax m’ghadx fadal bzonnhom jew ghax m’ghadx ghandu l-ardir li jaghmel dan?

Ahna nemmnu li f’Malta post-indipendenza wasal iz-zmien li jkollna politika aktar matura. Ghalkemm vera jista’ jkollok divergenzi bejn l-ideologiji; fejn jista’ jkun wiehed ghandu jara li jfittex il-konvergenza. B’hekk l-aktar riformi mportanti jidhlu minghajr sulluzzu. Ir-riformi li jidhlu bis-sulluzzu jaghmlu hafna aktar hsara. Dan jaghmel tajjeb sabiex Gvern minn iehor ikun marbut bil-konvergenza li tkun intlahqet precedentament. Min-naha l-ohra wiehed irid jara r-rieda t-tajba min-naha tal-Partit li hemm fil-Gvern. Jidher li l-PN ghadu mhux ippreparat biex jaccetta din it-tip ta’ politika. Fejn jaqbillu lill-PL jurih rieda tajba halli hu stess ma jkunx imfixkel, u meta jaqbillu jaghmel dak li jfettillu minghajr ma jikkonsulta mall-PL. Wahda minnhom hija din il-mozzjoni ta’ procedura fil-parlament li l-Gvern ressaq biex johnoq diskussjoni li kienet se tfegg bil-mozzjoni ta’ l-Oppozizzjoni dwar il-progett tal-Kon-Katidral ta’ San Gwann.

Il-Partit Laburista Malti, bhal kwalunkwe’ partit fl-Ewropa bi tradizzjoni socjalista warajh, ghadda minn perjodu ta’ misthija minnu nnifsu wara l-waqa’ tal-hajt ta’ Berlin. Illum, wara li n-neo-liberizmu wera ruhu bhala ideologija bazwija li dahhlitna fi krizi ekonomika u finanzjarja dinjija, il-Partiti Socjalisti fl-Ewropa ghandhom jibqghu jisthu mill-gheruq ta’ twemminhom jew ghandhom jergghu jibdew jemmnu f’dak li sthaw minnu?

Mhux talli l-Partiti Socjalisti Ewropej m’ghandhomx jisthu mit-twemmin taghhom, talli dan l-istess twemmin qed jinvokawh dawk li kienu maghrufin li huma l-Mekka tas-sistema Kapitalista. Jekk thares lejn l-Amerka, fejn il-banek qed jigu nazzjonalizzati; jew jekk inti tara l-pakkett finanzjarju li vara Obama, issib li fih hemm tracci cari ta’ principji li huma prattikati mill-Partiti li huma Socjalisti.

Fil-fatt illum ergajna bdejna nitkellmu dwar il-possibilita’ ta’ interventi mfassla fuq teoriji ta’ ekonomisti bhal John Maynard Keynes, u mhux aktar bil-principji ta’ ekonomisti bhal Milton Friedman u Friedrich Hayek, b’tal-ahhar ikunu dawk li pridkaw is-suq hieles minghajr ebda ndhil mill-istat. Illum qed jigi pruvat ukoll li s-sistema kapitalista, minghajr ma jkollha faccata umana tidhol f’cikli perikoluzi fejn jista’ jkollok sitwazzjoni fallimentari kbira, fejn aktar ikunu z-zghar li jbatu milli l-kbar. Hemmhekk ikun hemm bzonn l-id protettiva ta’ l-istat, li jiena nahseb li huwa principju Socjalista.

Ghall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (PE) ta’ l-2004 l-PL kellu tmien kandidati jirraprezentawh. Din id-darba se jkollu tnax. Dan in-numru ta’ kandidati tahseb li ghandu jivvantaggjah jew inkella jxekklu?

Ma nahsibx li se jxekklu. Ghandek tahlita ta’ kandidati li gejjin minn esperjenzi differenti. Hemm ucuh minnhom li hadd qatt ma kien jahseb li se jkunu kandidati mall-PL. Dawn ghandhom mnejn jaghtu valur mizjud lit-tim taghna. Ghandek tahlita ta’ nies li gejjin mill-partit, u ghandek dawk li ma bezghux jikkritikaw l-UE. Hemm ukoll tahlita ta’ sessi ghaliex terz minnhom huma nisa. Fosthom hemm haddiema, ghalliema, entrepreneurs u ekonomisti. Fil-fehma tieghi ghandek pakkett attraenti ghal kull tip ta’ saffa fl-elettorat.
Fl-2004 l-MLP kiseb 48.42% tal-vot ghall-PE. Is-sena l-ohra l-PL kiseb l-appogg ta’ 48.79% ta’ l-elettorat. In-numri vera jixtiebhu. Ir-rizultat ta’ Gunju li gej se jkun meqjus bhala termometru validu fit-triq it-twila li l-PL ghandu quddiemu lejn l-elezzjonijiet generali li jmiss?

Ma nahsibx li l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huwa termometru validu ghal elezzjoni li ghad trid tigi erba’ snin ohra. It-tempermant ta’ l-elettorat jinbidel kemm il-darba f’erba’ snin. Apparti dan hareg car li ghalkemm il-PL rebah l-elezzjoni tal-PE b’ammont ta’ voti sostanzjali pero’ mbaghad meta gie ghat-test ta’ l-elezzjoni generali hemmhekk ma rnexxilux jikseb ir-rebha.

Sabiex nispiccaw b’mistoqsija fuq nota differenti, ghandi kurzita’ x’naqta’. B’referenza ghal dak li ktibt fid-19 t’Awwissu li ghadda, fejn ghidt li behsiebek thallas il-vaganzi li jkun imissek minn fuq il-kawza ta’ libell li ftaht ma’ Daphne Caruana Galizia, liema hu l-pajjiz li taghzel li tobtol fih fl-eventwalita’ li tirbah il-kawza?

Il-Vatikan, ghax naf li Daphne Caruana Galizia ma tahmilx ir-Religjon Kattolika.

Articles Main Page