Il-11 ta’ Settembru u l-vera sinifikat tieghu - Victor Degiovanni

Zminijietna Harga Lulju – Settembru 2007

 

 

Ergajna b’tifkiriet ghal vittmi tat-tragedja mmdemija li grat fil 11 ta’ Settembru ta’ 2001. gewwa l-belt ta’ New York. Pero ta’ l-iskantament, hadd ma jfakkar il-massakru imwettaq mill-klassi dirigenti ta’ l-Istati Uniti gewwa Cili fil-11 ta’ Settembru ta’ 1973.
Fil-11 ta’ Settembru  ta’ l’2001, nighd il-verita, jien kont hassejt sens ta gustizzja poetika, ironikament mhux ir-ruling class kienet hallset dak inhar, ghal ghemil fic-Cili, imma l-klassi tan-nofs u l-klassi tal-haddiema . Qabel ma n’kompli nikteb nixtieq naghmila cara li bhala komunista ma nista qatt ma naqbel ma attakki terroristici u atrocitajiet ohra.

L-Istati Uniti li mill-bidu nett tat-twelid taghha kienet  dejjem ta’ tehdida  ghal-pajjizi l-ohra, qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, permess tal-Monroe Doctrine kienet tindahal fl-isferi taghha jigiefiri fl-Amerika ta fuq, tan-nofs, u isfel fejn cahhdet popli shah mill-aspirazzjonijiet  ghal-helsien taghhom, u dejjem installat diversi regimi dittatorjali puppazzi taghha, ghaliex hekk kien jaqbel ghal-interessi dejqa tal-klassi kapitalista, li bhal f’kull pajjiz iehor tal-punent, hija l-klassi dirigenti. Ta min issemmi dittaturi bhal Fulgencio Battista gewwa Cuba u Trujillo fir-Rebublika Dominikana u Pinochet fic-Cili, maghhom lista li ma tispicca qatt fil-pajjizi ta’ l-Amerika Latina, u meta l-popli ta’ dawn il-pajjizi qamu kontra dawn id-dittaturi pupazzi, l-Istati Uniti dejjem baghtet il-morini, sabiex terga tikseb il-kontrol tas-sitwazzjoni. Illum permess ta’ l-ezempju Kuban li kien irnexielu jehles mil madmad imperjalista Nord Amerikan, qedhin naraw Gvernijiet  Progressivi  fil Venezwela u fil-Bolivia u qawmien min popli ohra f’dan ir-regjun.
Wara It-Tieni Gwerra Dinjija, l-Imperjalizmu ta’ l-Istati Uniti hakem u ‘ddetta lill Ewropa tal-Punent, qasam pajjizi gewwa l-Asja bhal Korea u l-Vietnam, u b’indhil dirett, qajjem gwerrer fdawn l-imsemmija pajjizi, li wara hafna imwiet tas-suldati taghha u tan-nahha l-ohra, hawnhekk qatt ma kellha ir-rizultati kif xtaqet hi, fil-Vjetnam harget telliefa, u fil-Korea giet salvata min telfa kompleta mil-Gnus Maghquda b’Cease Fire li. ghadu in vigour sa’ llumm

Bi skuza tal-11 ta’ Settembru l-Istati Uniti bidet l’hekk imsejha gwerra kontra t-Terrorizmu. Rajna l-invazjonijiet kemm ta’ l-Iraq u kif ukoll ta’ l-Afganistan. Ir-ragunijiet veri ta’ dawn l-gwerrer, mhumiex l-atti vjolenti tal-11 ta’ Settembru, imma r-rizorsi naturali li ghandhom dawn il-pajjizi. Hawnhekk wiehed ma jinsiex ukoll il-vittmi innocenti li mietu bil-bombi tal-forzi ta’ l-Istati Uniti u l-ohrajn komplici maghhom. Bl-atrocitajiet li twettqu min suldati Amerikani gewwa l-habs Ghabu Ghraib, u nuqqas tad-drittijiet umani lill prigunieri gewwa Guantanamo.
Meta wiehed iqis ukoll  li Bin Laden kien imharreg minnhom u jaqadhom mal-fatti ta’ hawn fuq tohrog ekwazzjoni terrifikanti dwar min verament kien wara l-attakki tal-11 ta’ Settembru. Iz-zmien ghad jaghtina parrir. Min dawn l-avennimenti jorog il-vera sinikat tal-11 ta’ Settembru. Il-Klassi dirigenti ta’ l-Istati Uniti gabet sfregju gewwa pajjizha. Il-hasra kienet li l-maggor part ital-vittmi kienu haddiema. It-Terrorizmu ma ghandu l-ebda sens ta’ gustizzja, u ghalhekk dejjem ghandna nikkundanawh.

 

Articles Main Page