Avvanz u Zvilupp f`Demokrazija - Apert - Birkirkara

Zminijietna

 

 

Fl-ahhar sentejn l-ekonomija Maltija kibret biss fi tliet oqsma. Fis-settur finanzjarju, fl-industrija tal-bini, u fil-qasam tal-loghob tal-flus. Jigifieri zdiedet l-attivita profittabbli tal-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji, u mar tajjeb il-kummerc tal-bini, u ffjorixxa l-loghob (gambling).

Apparti li fl-ebda settur iehor tal-ekonomija ma kellna rizultat pozittiv, ix-xejra pozittiva tat-tliet oqsma li rregistraw tkabbir, x`effett ghamlet fuq l-izvilupp tal-pajjiz ?

Nghidu l-ewwelnett li tkabbir jew avvanz ekonomiku huwa zieda fil-produzzjoni. Biex isir zvilupp, dan irid ikun akkumpanjat minn titjib fit-teknologija u fil-fatturi l-ohra li jkattru l-produzzjoni fil-futur. Bla ma nidhol f`dan il-punt tekniku, llum inhares lejn il-pozizzjoni politika li t-tkabbir fl-aspett ekonomiku tad-demokrazija jibda jitqies bhala zvilupp, meta mieghu jgib avvanz relattiv fl-aspetti demokratici l-ohra. Per ezempju t-tkabbir ekonomiku fil-qasam tal-gambling, ma nafux li rrifletta xi avvanzi fl-oqsma tad-demokrazija ndustrijali, socjali, jew politika. Anzi aktarx li implika riperkussjonijiet ta natura socjali. Mela la mhux rifless relattivament fl-aspetti kollha tad-demokrazija, ma jistax ikun zvilupp ta xi beneficcju tac-cittadini kollha, imma huwa biss avvanz ghal ftit nies li jaqsmu l-profitti tieghu.

Nistghu nghidu kwazi l-istess ghar-rizultat pozittiv fil-kummerc tal-bini, fejn xejn ma rrifletta tajjeb socjalment, u fejn fis-settur relatat industrijali gew sfruttati haddiema Maltin u barranin,li bl-gharaq taghhom tkattar dak il-gid. Fin-nofs hemm ukoll il-prezz gholi ambjen-tali li f`hafna kazi hallset is-socjeta, ghall gwadann ta xi spekulaturi minn pajjizna u barra. U xi nghidu ghad-danni socjali li b`rihet il-profitti massimi tan-negozjanti u l-banek, swew l-imghaxijiet li rdoppjaw is-sommom tas-self li eluf ta koppji ghamlu fuq il-prezzijiet esagerati tad-djar li xtraw!

It-tkabbir tal-profitt fis-settur tas-servizzi finanzjarji zgur li ma kienx rifless la socjalment u lanqas fil-kamp industrijali. Waqt li kienet qed tizdied l-attivita ta dawn is-servizzi, l-popolazzjoni kienet qed tigi bbumbardjata b`taxxi u rati u sopra-taxxi. Fl-istess perjodu l-haddiema sofrew tnaqqis fil-kundizzjonijiet tax-xoghol, u degradazzjoni ghal sfruttament bic-cheap labour u b`xoghol partajm, u b`jobs fuq bazi minn gurnata ghal ohra. Kif jista jissejjah zvilupp dan l-avvanz ta gruppi finanzjarji, li mmatura bil-kontribut ta tant sagrificcji tal-haddiema u l-kotra tas-socjeta n-generali, li ma hadu xejn tangibbli minnu !

Bhalma halla sajmin ghal kollox l-aspetti socjali u ndustrijali tad-demokrazija, dak it-tkabbir fit-tliet oqsma tal-ekonomija ma rrifletta ebda titjib fl-aspett politiku tal-istat suppost demokratiku. X`demokrazija politika sarraf? Naqqas xi farka mil-prepotenza tal-gvern li baqa jghaddi bhal gaffa minn fuq kull oppozizzjoni, u jirrifjuta kull skrutinju fuq l-operat tieghu li gabu f`ilsien il-poplu ?  X`naqqas mill-hakma ndiretta tieghu fuq ix-xandir statali, li ilu jintuza bhala vetrina tal-gvern u purtiera tal-hadid quddiem veduti opposti ?  Naqset xi nitfa mil-arroganza tal-gvern li qed tiskredita l-istituzzjonijiet statali b`fama ta korruzzjoni, li biha allegatament qed isiru ereziji ambjentali, u ngustizzji fl-aspetti socjali, ndustrijali u ekonom-ici tad-demokrazija ? X`fiducja jibqa fid-demokrazija politika bi gvern li ma jridx li tkun investigata din il-korruzzjoni, hlief minn kumitat minn maggoranza ta membri appuntati minnu stess ? Fiha kredibilta l-kelma u timbru ta dan l-gvern,anke fl-ekonomija nazzjonali?

 Daqstant mar il-boghod mil-miri ta zvilupp demokratiku dal l-avvanz ekonomiku, li ma kienx rifless f`ebda aspett iehor tad-demokrazija. Ghax-xellug ebda avvanz f`xi aspett tad-demokrazija ma jsir zvilupp jekk ma jkunx relattivament rifless fl-aspetti l-ohra demokratici. Xi zvilupp johrog minn avvanz li ghalih tkun sagrifikata l-kotra, biex jinqasam bejn kocc nies tal-flus u tal-poter ? L-aktar meta dan il-process ikun accellerat u aggravat b`xi prattika ta korruzzjoni. Dak huwa sfruttament sfaccat tal-massa minn ftit setghana, fi stat priv mil-vera demokrazija.  It-taqtiegha iebsa kontra din l-ingustizzja fundamentali, hija fuq quddiem nett tal-agenda tax-xellug internazzjonali.                                

 

Articles Main Page