Monopolju ? X’int tghid ! - It-Tieni Parti - David Pisani

Zminijietna Harga Lulju – Settembru 2007

 

        

Maltapost ,SeaMalta, Tug Malta, Malta Lottu, Maltacom u ohrajn...........

Il-qasam ekonomiku f’Malta sar msawwar minn politika neo liberali, li saret il-bakketta magika tal-Gvern prezenti. Gvern li temm rekord ghax f’qasir zmien rnexxielu jbiegh kwazi kollox. Filfatt nahseb li minn dahal ghal investiment ghamel gwadann tajjeb hafna ghax xtara azjendi li kienu ga’qed joperaw, kompla b’monopolju fis-suq u l-infrastruttura kienet wahda lesta.

Nistaqsi ha tghiduli mhux bilfors irridu noholqu dan l-ambjent lil investitur barrani jew lokali ghax kieku ghalfejn ha jinvesti, inkellha jfalli jekk ikollu jibda’ mill-gdid u l-kompetizzjoni li jkun dahal ghaliha tkun wahda mhux bilancata, ghax azjenda minnhom sabet l-infrastruttura lesta u l-ohra trid toqghod tibniha. Filfatt ta’ min jinnota li l-azjendi f’Malta kwazi kollha gew ipprivatizzati, taht l-iskuza liberalizzazzjoni, u sabiha li spiccaw  b’monopolju lis-settur privat. Ara  HSBC, l-iskop tieghu kien differenti, l-iskop tal-bank, apparti li jzied il-profitti, kien sabiex ikollu dominanza kbira fis-suq dinji globalizzat. Gietu tajba ukoll ghax xtara bank li kien diga qed jahdem u b’sahhtu. Illum l-istess bank certu s-servizzi li kienu ta’ natura socjali u li kienu jibbenefikaw minnhom il-pensjonanti, saru bi hlas, l-imghaxijiet gholew fuq is-self ta’ djar u l-istess bank qed ikejjel profitti kbar sena wara sena.

Nota ohra ta’ min jithasseb fuqha hu li anka artijiet pubblici u lukandi li l-art taghhom hi wahda pubblika qed jinbieghu lill-privat, biex huma   jibnuhuom f’appartamenti lussuzi ghal spekulazzjoni. Tghiduli x’fadal inbieghu aktar u ghala gvern lemini li jitkellem fuq is-solidarjeta inbarka fuq dan il-kuncett. Nahseb li rrisposta tohrog wahedha, minn lenti ideologika, dejjem kien hemm qasma fil-hsieb. Ix-xellug jemmen hafna fil-gid komuni, filwaqt li lemin jemmen hafna fl-interess individwali.

Biex nghalaq fuq dan il-hsieb hu li s-servizzi qed jigu ikkontrollati mill-privat, l-artijiet ukoll qed isiru ikkontrollati mill-privat, il-politika neo liberali ukoll sabet l-gheruq taghha fis-socjeta. Li hemm bzonn hu politika xellugija progressiva li thares is-sostenibilita tal-pajjiz f’dak li hu ambjent u dak li tal-gid komuni, il-gustizzja socjali u li nzidu l-ugwaljanza fis-socjeta.   

 

Articles Main Page