Il-Partit Laburista Jista Jkun Rebbieh? - It-Tieni Parti - Michael Briguglio

Zminijietna Harga Lulju – Settembru 2007

 

F'artiklu li jien ktibt sentejn ilu f'Zminijietna, jien ghamilt analizi dwar jekk il-Partit Laburista jistax jirbah l-elezzjoni generali li jmiss.

Kont ghamilt paragun bejn il-Partit Laburista fis-sebghinijiet u t-tmeninijiet ma' dak fid-disghinijiet. Fid-disghinijiet il-Partit Laburista wettaq bosta bidliet ideologici u strategici f'kuntest tat-tibdil ekonomiku, politiku, socjali u ideologici fost ohrajn. Dawn inkludew fost ohrajn strategiji politici iktar miftuha ghall-klassi tan-nofs, kif ukoll iktar enfasi favur ir-rwol tas-settur privat fl-ekonomija. Fl-istess hin, il-Partit Laburista zamm certi aspetti bhal m'huma r-rwol centrali ta' l-ekonomija – specjalment is-settur industrijali; in-nazzjonalizmu; il-welfare state; u s-sahha interna tat-tmexxija tal-Partit.

Fl-artiklu tieghi jien ghedt ukoll li l-Partit Laburista rebah l-elezzjoni fl-1996 permezz ta' strategija inklussiva li rebhet is-simpatija mhux biss ta’ votanti tradizzjonalment Laburisti izda wkoll ta' votanti mill-klassi tan-nofs, organizazzjonijet tas-socjeta' civili u setturi differenti tal-media. Minn naha l-ohra, fl-2003 il-Partit Laburista kien f'kunflitt ma' wisq setturi u interessi, specjalment minhabba l-kwistjoni ta' l-Unjoni Ewropea.

Jien kont ghedt li fatturi ewlenin li jistghu iwasslu ghal rebha Laburista fl-elezzjoni generali li jmiss jinkludu fost ohrajn

(1) Ir-rendiment tal-Gvern Nazzjonalista specjalment f'oqsma bhall-ekonomija;
(2) Il-fatt li f'kull elezzjoni jkun hemm eluf ta' votanti godda;
(3) L-istrategija tal-Partit Laburista, li ghandha tkun wahda inklussiva bhal ta’ l-1996 u mhux esklussiva bhal tal-2003;
(4) Jekk Alfred Sant jispirax fiducja minn numru kbir ta' votanti;
(5) Bosta fatturi ekonomici, politici, ideologici, socjali u ohrajn.

Filwaqt li nikkonferma l-punti t'hawn fuq, hekk kif resqin lejn l-ahhar tal-2007, nahseb li wiehed jikkunsdira ukoll aspetti specifici bhal dawn li gejjin biex janalizza jekk il-Partit Laburista jistax jirbah l-elezzjoni:

L-Ekonomija: Il-Partit Laburista ghandu juri li l-politika tieghu ser iggib tkabbir u stabilita’ ekonomika. Izda m’ghandux jieqaf hemm. Diskors u strategiji manigerjali wehidhom jistghu jaljenaw lil dawk li jaspiraw li t-tkabbir ekonomiku ikun wiehed iktar ekwu, u mhux sempliciment tkabbir li jgawdu minnu l-klassijiet dominanti. Il-Partit Laburista m’ghandux jisthi li juri hu favur ekonomija iktar socjali, jartikola politika ekonomika iktar xellugija. Ghandu juri bic-car li politika neo-liberali ggib iktar inugwaljanza.

 

Il-livell ta' l-ghixien tal-haddiema: Jidher bic-car li eluf ta' nies bi dhul baxx jew medju qed isibuha difficli biex ikampaw ma' prezzijiet dejjem joghlew f'setturi varji, specjalment f'dak li ghandu x'jaqsam mal-housing. Jidher li l-uniku partit li qed jippromwovi politika genwina u serja biex inaqqas il-piz fuq min jixtri propjeta’ huwa l-Partit Laburista, minkejja li l-proposti Laburisti ghandhom xi nuqqasijiet. Il-Partiti l-ohra ma jidhirx li ghandhom fiducja li l-Istat jista' jaghmel xi haga biex itaffi pizijiet bhal dawn, jew inkella qed jippromwovu politika wisq timida f'dan il-qasam.

Il-qaghda tal-haddiema fuq il-post tax-xoghol:  Fis-socjeta' tal-llum hemm diversi kategoriji u gruppi ta' haddiema b'sitwazzjonijiet, pagi u kundizzjonijiet ta' xoghol differenti. Fil-prezent hemm bosta ligijiet li jezistu fuq il-karta – bhal dik ricenti tal-part-timers -  izda ma jidhirx li qed jigu implimentati kullimkien. Barra min hekk, il-Gvern prezenti qieghed idghajjef is-sahha tal-haddiem permezz ta' mizuri bhall-privatizazzjoni. Minkejja li saru xi avvanzi ma' dak li ghandu x'jaqsam f'certi drittijiet u opportunitajiet, ma' jistax jinghad l-istess ghal bosta oqsma, fejn numru kbar ta' haddiema qed jesperjenzaw forom godda ta' sfruttar, inkluz fejn m'hemmx unjins li jistghu jaqbzu ghall-haddiema. Il-Partit Laburista ghandu juri li jekk ikun fil-gvern lest jintervjeni ghad-drittijiet ta' haddiema f'kull qasam, u li jizgura li kull haddiem jista' facilment jissieheb f'unjin u jkollu d-drittijiet tieghu garantiti.

Il-qaghda tas-self-employed: Hekk kif Malta qieghda dejjem izzid il-liberalizmu ekonomiku, il-kompetizzjoni qieghda dejjem tikber. L-ghajta favur ekonomija dejjem iktar liberalizzata qieghda tissarraf f'pizijiet dejjem jikbru ghas-self-employed, li qed jaraw li anke 'suq hieles' huwa kemm-il darba iddominat minn interessi kbar u monopolistici. Il-Partit Laburista ghandu juri bic-car jekk huwiex lest jaddotta politika li taghti kenn lis-self-employed izda li fl-istess hin thares id-drittijiet tal-konsumatur.

Il-klassi tan-nofs 'gdida' u valuri liberali: Il-Gvern Nazzjonalisa jidher li hu maqtugh mir-realta' ta' bosta nies li ghandhom valuri liberali u li gejjin minn klassi socjali li kibret tul is-snin. Bosta nies minn din il-klassi socjali appoggjat lill-Partit Nazzjonalista fuq kwistjonijiet bhall-Unjoni Ewropea. Issa li l-Partit Nazzjonalista ma jistax jibqa’ jiehu vantagg elettorali fuq din il-kwistjoni, il-Partit Laburista ghandu rwol importanti biex jimmodernizza lil pajjizna, filwaqt li paradossalment irid ikun konxju li qed jopera f’socjeta’ fejn il-valuri tradizzjonali li huma importanti ghall-bosta.

Il-familji: Il-Gvern Nazzjonalista jitkellem hafna favur il-familja, izda ma tantx qed jaghti rimedji lil dawk l-eluf ta’ familji li ghandhom pizijiet kbar ekonomici u socjali. Barra minn hekk m'hu joffri l-ebda simpatija jew rimedju lejn dawk kollha li jixtiequ jghixu hajja ta' familja bi drittijiet u dmirijiet garantiti mill-Istat, izda li ma jistghux minhabba esperjenzi bhal separazzjoni jew kwistjonijiet bhall-omosesswalita’. Il-Partit Laburista qed jaghti widen u jidher li lest jaghti drittijiet legali lil dawn il-gruppi socjali, izda tajjeb li jkun iktar car fil-proposti tieghu. Jekk ikun fil-Gvern, il-Partit Laburista ghandu jibda process sabiex f'pajjizna jidhol id-divorzju b'mod responsabbli. Ghandu wkoll jara li gruppi differenti mill-familja tradizzjonali ikollhom drittijet legali izda wkoll dmirijiet lejn dawk li jghixu maghhom. Fuq kollox, il-Partit Laburista ghandu jara li l-familja – hi x’inhi l-forma taghha - tkun imharsa mill-pizijiet kbar ekonomici u socjali li jirrizultaw minn socjeta iktar kapitalista. Dan hu l-ahjar mod biex tissahhah il-familja, l’hinn mir-retorika.

Il-'floating voters': Il-Gvern Nazzjonalista jidher skadut, ghajjien u mifli b'ezempji ta' inkompetenza. M'ghadx ghandu progett bhal dik ta' l-Unjoni Ewropea u l-istrategija li jbezza' dwar x’jigri taht Gvern Laburista ma tantx tidher li ser tkun effettiva fuq min iddejjaq jara l-istess Gvern arroganti. F'dan ir-rigward il-Partit Laburista irid jipprogetta ruhu bhala Gvern tal-Maltin kollha u jiehu l-'high moral ground' u jirbah il-fiducja tal-Maltin li gejjin minn klassijiet u gruppi socjali differenti. Izda dan ma jfissirx li l-Partit Laburista m'ghandux jiehu pozizzjonijiet cari fuq kwistjonijiet. Il-Partit Laburista ghandu jkun car li l-kuxjenza socjali hi ta’ importanza kbira fil-politika tieghu, u li l-izvilupp ekonomiku ma jistax jigi separat minn dak socjali. 

 

L-ambjent u l-movimenti ambjentalisti: L-ambjent qed isir dejjem iktar importanti ghal gruppi ikbar ta' nies. Mill-esperjenza jidher li b'daqshekk hafna minn dawn in-nies mhux lesti jivvutaw lill-Alternattiva Demokratika hlief f'elezzjonijiet lokali u ta’ l-Ewropa, minkejja li l-Alternattiva tpoggi fuq quddiem nett kwistjonijiet ambjentali. F’dan il-qasam il-Partit Laburista huwa karatterizzat minn kontradizzjonijiet bhal m'huma l-pozizzjoni favur iktar koros tal-golf, il-pozizzjoni dwar il-kacca, u rabtiet ma' kuntratturi kbar. Li hemm favur il-Partit Laburista hu li l-Partit Nazzjonalista m'huwiex ahjar f'dawn il-kwistjonijiet, u bosta bidliet pozittivi li qed jaghmel huma rizultat tas-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja, li x'aktarx xorta jridu jsehhu taht Gvern Laburista.

Il-borgezija u t-tmexxija tac-civil: Hemm min jibza' li anke jekk jirbah l-elezzjoni, il-Partit Laburista ser ikollu ostakli kbar minn interessi ekonomici kbar u mis-saffi ta' fuq tac-civil.   Dan jikkonferma li l-Istat hu karatterizzat minn kunflitti ghall-poter minn klassijiet u gruppi socjali differenti. Gvern Laburista m'ghandux jibza li jiehu pozizzjonijiet b'sahhithom – wara kollox ikun Gvern li gie elett b'mod legittimu. Izda minn naha l-ohra, sabiex ikun egemoniku, Gvern Laburista ghandu jahdem ma' dawk kollha ta' rieda tajba u jipprova jwettaq politika li ggib kunsens kemm jista' jkun wiesgha. F'dan ir-rigward, il-proposta Laburista li c-chairman tal-MCESD ikun fil-kabinett hi wahda pozittiva.

Il-kwistjoni ta' l-imigranti: Lil hinn minn kull politika idealista dwar l-immigrazzjoni, hi x'inhi l-orjentament ideologiku taghha (liberali jew xenofobika), il-Partit Laburista ghandu jartikola politika realistika dwar din il-kwistjoni. M’ghandux jaccetta diskors xenofobiku fuq bazi ta’ principju. Izda filwaqt li ghandu jkun solidali ma' dawk li harbu minn esperjenzi inumani ghal tfittxija ta' hajja ahjar, m'ghandux ihalli l-Lemin politiku jiehu vantagg minn din il-kwistjoni. Sfortunatament id-diskors liberali u idealista ta' uhud, qed jaljena lil bosta minhabba li dawn l-istess opinjonisti jitkellmu lingwa elitista u jirrifjutaw li jisimghu x’qed jghidu haddiema u ohrajn li huma koncernati mill-kwistjoni ta' l-immigrazzjoni.

Il-Welfare State : Gvernijiet Laburisti holqu welfare state universali li tat dinjita’ lill-Maltin tul is-snin. Gvernijiet Nazzjonalisti bnew fuq dan izda f'dawn l-ahhar snin dan beda jinhatt permezz ta' mizuri bhal privatizazzjoni u pizijiet kbar fuq bosta gruppi socjali. Il-Partit Laburista dejjem baqa jemmen fl-importanza tal-welfare state u ghandu jipprogetta welfare state ghal zminijijetna, li jkun mibni b'vizjoni universali izda li tahdem favur il-bzonnijiet partikolari tal-masess. Welfare state m'ghandux ifisser biss ghotjiet ta' flus – ghalkemm dawn huma mportanti hafna, izda ghandu jinkorpora wkoll affarijiet bhall-edukazzjoni, tahrig, gwida cara, prattici ta' xoghol favur il-familja, investiment fir-rizorsi umani, u enkoraggament ghall-inizjattiva.

L-Edukazzjoni: Hi haga pozittiva li taht Gvernijiet Nazzjonalisti l-edukazzjoni post-sekondarja u terzjarja espandew. Madankollu hemm bosta gruppi socjali li qed jiffaccjaw realtajiet horox bhal m’huma dawk li jispiccaw l-iskola sekondarja minghajr kwalifici u haddiema li qed jikbru fl-eta’ li ghandhom ftit wisq jew l-ebda snajja jew livell edukattiv. Il-Partit Laburista ghandu jaghmilha cara li lest izid l-investiment edukattiv ghal dawn il-gruppi. Izda jekk ikun fil-Gvern ghandu jkun kuragguz u jaddotta politika li twassal ghal sistema edukattiva iktar komprensiva, ghall-kuntrarju tas-sistema prezenti li hi ibbazata fuq l-istreaming u li qed twassal biex hafna zghazagh jispiccaw minghajr kwalifici. Madankollu din il-politika ghandha tkun wahda ippjanata sew u minghajr skossi.

L-Unjoni Ewropea: Huwa zball kbir li wiehed jassumi li l-Unjoni Ewropea hi istituzzjoni monolitika bi struttura wahda u b'vuci wahda. Il-Partit Laburista ghandu jfisser dan billi jaghmilha cara li jekk ikun fil-Gvern jaghmel l-almu tieghu biex jissielet biex ikun hemm Unjoni Ewropea iktar socjali u inqas neo-liberali.

Konkluzzjoni: Fix-xhur li gejjin nistghu nistennew minn kollox, f'dik li ser tkun kampanja elettorali b'antagonizmu kbir. Huma l-masess li ser jiddeciedu jekk il-Partit Laburista jistax ikun rebbieh, izda hi politika xellugija u fl-istess hin populista u egemonika li tista' ggib bidliet kbar favur socjeta' b'iktar ugwaljanza u gustizzja socjali. Il-Partit Laburista lest li jwettaq dan il-progett?

www.michaelbriguglio.com



Articles Main Page