“Il-Futur tax-Xellug” Rapport dwar Diskussjoni organizzata minn Zminijietna

Zminijietna Harga Lulju – Settembru 2008

 

Id-diskussjoni dwar il-futur tax-Xellug sehhet fil-31 ta’ Mejju, u kienet id-disa’ mis-sensiela ta’ diskussjonijiet pubblici dwar temi politici u socjali li qed jigu organizzati minn Zminijietna.

F’din id-diskussjoni, attendew bosta kelliema li huma msiehba ta’ partiti u ghaqdiet bhall-Partit Laburista, il-General Workers Union, Zminijietna – Lehen ix-Xellug, Alternattiva Demokratika, il-Partit Komunista Malti, Alleanza  Liberali, Moviment Graffitti, kif ukoll intelletwali, haddiema, zghazagh u ohrajn. Id-diskussjoni giet immexxijja mill-gurnalist James Debono, li saqsa numru ta’ mistoqsijiet pertinenti lill-kelliema prezenti, biex b’hekk id-diskussjoni kienet wahda hajja.

John Zammit qal li fl-elezzjonijiet ghall-parlament Ewropew fl-2009, ix-xellugin ghandhom jikkontestaw f’diversita’ ta’ partiti li jezistu fl-Ewropa, biex b’hekk inkunu qed nahsbu b’mod Ewropew.

Michael Grech qal li f’dak li ghandu x’jaqsam mal-krizi tax-xellug, hemm bzonn ta’ analizi serja dwar l-identita’ tax-xellug.

Patri Gwann Xerri qal li tezisti  krizi ghall-fqir u l-eskluz, u dan jehtieg li jigi kkonfrontat permezz ta’ prattika popolari.

Antonio Dato qal li f’Malta qed tonqos ir-rapprezentanza tal-haddiem u li l-haddiem jinstab aljenat. Il-haddiem Malti qieghed ikun sfidat minn problemi bhac-cheap labour.

Carmel Borg qal li Partit huwa istituzzjoni tas-socjeta’ civili fis-sens Gramscjan, u ghalhekk hemm bzonn ta’ kommunita’ edukattiva u ideologika, b’forma kapillari. “Il-Partit Laburista m’gharafx dan u sar partit minghajr bazi ideologika”. Borg qal li bhala wiehed mill-awturi tar-rapport tat-telfa tal-Partit Laburista, hass in-nuqqas ta’ rispons ideologiku minn dawk il-partitarji li wiegbu ghas-sejha biex jaghtu kontribut.

Adrian Grima qal li l-Front Kontra l-Golf Kors kien mudell tajjeb ghax-xellug, f’socjeta’ li qieghda tinbidel. “Ix-xellug huwa mutur ta’  l-ideat izda bhalissa qieghed lura”. Grima sahaq li x-xellug ghandu kontrih strutturi ta’ poter.

Ivan Ellul qal li huwa deluz mix-xellug. Sahaq li l-Partit Laburista iffoka wisq fuq l-avversarji tieghu milli fuq il-proposti tieghu.

Desmond Zammit Marmara’ qal li ma jaqbilx ma’ Carmel Borg li fil-Partit Laburista hemm nuqqas ta’ edukazzjoni ideologika, minkejja li hemm bzonn li dan jizdied.

Mario Mifsud qal li ghandu jkun hawn lok ghall-espressjoni ta’ l-ideat. “F’socjeta’ li qed tinbidel, il-Partiti ghandhom ikunu hemm ghas-socejta’ u mhux bil-maqlub”.

Ray Fabri qal li jehtieg li nkunu cari fit-terminologija dwar x’inhu x-xellug u x’ghandhom ikunu l-prioritajiet tieghu.

Michael Camilleri qal li ghalih ix-xellug jirraprezenta l-gustizzja socjali (f’oqsma bhall-ekonomija, industrija, politika u ambjent) u d-demokrazija. Innota li filwaqt li fl-Ewropa sejjer lura, ix-xellug sejjer il-quddiem fl-Amerika t’Isfel. “Qed jigri hekk minhabba li l-motif xellugi spicca fl-Ewropa, filwaqt li fl-Amerika t’isfel huwa prezenti minhabba kwistjonijiet bhall-guh ikkawzat mill-biofuel. Ix-xellug irid isib motif gdid sabiex ilahhaq ma’ l-avvanzi li saru”.

Alfred Vella qal li x-xellug m’ghandu jhalli lil hadd fil-periferija. Sahaq li l-Partit Laburista ma spjegax bizzejjed il-proposti tieghu bhal dik tar-reception class.

Martin Abela qal li permezz ta’ l-elezzjoni generali li ghaddiet, Malta helset mill-Partit Laburista bhala partit tal-lemin. Sahaq li l-Marxisti ghandhom jinghaqdu ma’ l-ekologisti, mal-feministi, mal-haddiema u ma’ dawk li jiggieldu ghal-liberta’ f’kwisjonijiet bhad-divorzju. “Ix-xellug ghandu jkun antagonista kontra l-kapitalizmu u l-knisja”. Abela qal li l-Partit Laburista ghandu jkun almenu centru-xellugi, filwaqt li x-xellug ghandu jippressa lill-Partit biex isir anti-imperjalista.

David Pisani qal li x-xellug ghadu validu f’kwisjtonijiet ta’ kuljum bhall-housing. “Il-bidla fis-socjeta ghandha tigi minn forza kbira bhal Partit Laburista, u l-movimenti u partiti xellugin ghandhom jahdmu flimkien. Inkella x-xellug jibqa’ frammentat”.

Michael Briguglio qal li politika li ggib il-bidla tehtieg alleanzi sodi bejn partiti u ghaqdiet tas-socjeta’ civili minn oqsma varji. Fl-istess hin, izda, ix-xellug ma jistax jirraprezenta lill-kulhadd, ghax fil-politika bilfors hemm ‘ahna’ u ‘huma’.

Marco Galea qal li ma fadal xejn ideologiku fil-Partit Laburista li wiehed jista’ jorbot fuqu. “Il-Partit Laburista kellu cans jitkellem kontra l-istreaming fl-iskejjel”.

Simone Galea qalet li l-idea ta’ gustizzja socjali mhux dejjem tinzell tajjeb ma’ studenti.

Anna Zammit ziedet li hafna zghazagh huma komdi wisq u kkummentat dwar is-success relattiv tal-lemin estrem fil-Junior College. Qalet ukoll li x-xellug kemm il-darba jinterpreta’ l-ambjent bhala xi haga li m’ghandux jikkalpesta lill-haddiem, bhal m’hu l-kaz ta’ l-energija. Il-Partit Laburista, per ezempju, m’ghandux vizjoni shiha u minkflok jinterpreta’ l-ambjent skond il-kaz.

 Mary Darmanin qalet li biex tkun socjalista, m’hemmx ghalfejn toqghod tuza l-kelma ‘ideologija’. Sahqet li hawn anti-intelletwalizmu qawwi u nuqqas ta’ memorja dwar il-kisbiet tax-xellug.  Tkellmet ukoll dwar il-bzonn ta’ laqghat ta’ diskussjoni.

Keith Grech qabel li hawn bzonn ta’ iktar laqghat, izda qal li skond hu, ix-xellug m’huwiex qieghed fi krizi. “Ix-xellug m’huwiex il-Partit Laburista biss”. Qal li tajjeb niddiskutu x’inhu x-xellug. “F’Malta m’hawnx lemin, u l-Partit Nazzjonalista rikeb il-karru”. Qal li l-Partit Laburista twieled min-nies tal-klassi tan-nofs fl-1921. Fl-ahhar elezzjoni, il-Partit kellu programm xellugi b’lingwa moderna. Grech qal li l-kontfrontazzjoni mi ser tohodna imkien u li l-haddiem jehtieg il-kapital, izda dan ghandu jkun regolat.

Mark Scriha staqsa x’inhi l-ideologija? “Iz-zghazagh m’ghandhomx pacenzja u interess. Ahna komdi bl-istatus quo, u ghalhekk ahna konservattivi”. Scriha zied li l-partiti m’ghandhomx interess jedukaw lin-nies, izda x-xellug ghandu d-dmir li jeduka.

Evarist Bartolo qal li mhux vera li l-Partit Laburista m’ghandhux diskussjoni ideologika. Qal li tajjeb li nghidu x’nifmhu b’xellug u b’lemin, u tajjeb li nghidu x’jolqot lin-nies b’mod konkret, u mhux inkunu qisna xi prayer meeting. “Ix-xellug ghandu jkun casualty department? Jien irrid xellug fil-poter. Ahjar inbiddel millimetru milli nitkellem kilometru”. Bartolo qal ukoll li jemmen f’politika ta’ l-alleanzi  fuq temi bhall-gustizzja socjali u libertajiet civili. Sahaq li x-xellug ghandu jemmen fid-diversita’. Zied li “l-voti ta’ l-Alternattiva Demokratika jisthoqqilhom rapprezentanza fil-parlament”.

Evarist Bartolo qal ukoll li “x-xellug ghandu jkun wiehed ta’ abbundanza. Bilfors irridu ngibu x-xoghol”. Hawnhekk fakkar f’Lenin li permezz tan-New Economic Policy kellu jaddotta politika ekonomika biex tizviluppa l-pajjiz.

Robert Micallef qal li x-Xellug, apparti l-ekonomija ghandu jikkonfronta suggetti ohra bhall-ambjent, l-immigrazzjoni u d-drittijiet civili. “Il-Partit Laburista ghandu jkun iktar vicin tas-socjeta civili u ghandu jibni l-pontijiet”. Micallef tkellem ukoll favur edukazzjoni politika kultarali.

Chris Mizzi innota li f’din id-diskussjoni iz-zghazagh huma minoranza. “Iz-zghazagh mhux qed jintlahqu, u hafna simboli taz-zghazagh ittiehdu mill-kumpaniji kummercjali”.

Articles Main Page