L-ANR U ZIJONISTI - Victor Degiovanni

Zminijietna

 

Huwa fatt maghruf liz-zijonisti fis-snin 30 tas-seklu l-iehor kienu favur Hitler. Din il-pozizzjoni min dawn il-Lhud Leminin, kienet dovuta mill, fatt li jekk Hitler ikecci il-lhud mill Germanja dawn kienu sejra jkollhom immoru jghixu fil-Palestina, u b’hekk il-holma zijonista kienet ssirr rejalta. Il-Maggor parti tal-lhud li b’dew jigu esterminati kienu jhaddnu politika xellugija jigifieri socjal demokratici u komunisti, dan ma nkwieta xejn liz-zijonisti, ghaliex dawn komplew jaghtu appogg lill Hitler, sakemm fl-ahhar mill-ahhar, in-Nazisti daru ghalhom ukoll.

Ma niskantawx li organizazzjoni leminija maltija, l-ANR tohrog tikkritika lill poplu Malti u tghajru razzist fil-konfront ta’ l-ahhar aggressjoni Izraelita kontra l-Lebanon. L-ANR u Zijonisti ghandhom affinitajiet politici identici, ghalhekk dawn hargu jiddefendu li sfregju li sar gewwa Lebanon mill Izrael. Meta mhux f’Malta biss izda kullimkien, ir-rejazzjoni izraelita fuq il-htief ta’ zewg suldati, kienet iggudikata bhala wahda ‘sprorzjonata. Bl-istess argumenti tal-ANR il-popli tad-dinja kienu anti semeteci bhal-maltin f’din l-okazzjoni.

Ahna l-maltin ma nistghawx inkunu anti semetici minhabba ragunijiet etnici. Kontra l-presopopeja ta’ certi maltin u nahseb anki ta’ l-ANR li diga espremiet ruha fuq l-emigranti rregulari, l-origini ta nisel Malti mhuwiex wiehed ewropej, veru li l-kultura taghna hija wahda ewropeja, imma jiqba l-fatt li qabel ma gew in-Normanni fis-seklu hdax, il-populazzjoni ta’ din il-gzira kienet wahda izlamika u gharbija. Il-Migja ta’ dawn il-hakkiema ewropej, u ohrajn warajhom, qatawna kompletament min kultura afrikana, u sirna dak l-ahna illum. Jixhed dan il-fatt, primarjament huwa l-ilsien li nitkellmu, bieh kif ukoll hafna kunjomijiet gharab, li rnexxilhom jibqaw hajjin, minkejja it-tahliet ta’ zwiegijiet. Ghalhekk jekk xi malti, ikun razzista fil-konfront ta’ l-gharab u l-lhud, dan ikun qiehed ikun razzista kontra tieghu inifsu.

Nergaw lura ghal-problema tal-lvant nofsani, li ma tantx jisemma huwa l-fatt tar-rejds li taghmel l-armata izrealita, kemm gewwa Gaza u kif ukoll fil-Lebanon, tahtaf nies u titfahhom fil-habsijiet taghha, u kif ukoll permess tal-Mossad toqtol u tassasinja diversi mexxeja, bhal ma gara gewwa tas-Sliema, fil kas ta’ Fathi Shqaqi. Dan kollhu qiehed jigri sabiex jiperpetwaw l-hakma fuq teritorju li kienu hatfu wara l-gwerra permess ta’ organizazzjonjiet terroristici bhal l-Irgum u l-Haganah, li wara gie l-legalizzat bir-rizoluzzjoni ta’ 1948 tal-Gnus Maqghuda, fejn milljuni ta’

Palestinjani gew zfurzati ihallu djarhom, u gew itturufnati f’kampijiet tar-refugjati. Jekk hawn it-terrorizmu f’din il-problema, dan kontinwament qedd jigi pperpetwat mil-istat lhud, li kien terrorista anki qabel ma twieled.

Qabel ma naghlaq nixtieq nistaqsi lid-dirigenti ta’ l-ANR “X’sejra tkun ir-rejazzjoni taghhom jekk il-gvern Malti jiddiciedi li johroghom min djarhom, u jpoggijhom fic-centri li li qed jospitaw lill emigranti rregulari, u juza djarhom sabiex jospita lill dawn emigranti?” Jekk janalizzaw din il-mistoqsija jifmhu ghaliex, il-Palestinjani ma jistaw qatt jaghtu gharfien lill Izrael. Dawn huma ragunijiet storici li ma ghandhom ebda gheruq razzisti.

int2

Articles Main Page