Tentufiet mill-Mater Dei - Christopher Cutajar

Zminijietna Harga Ottubru – Dicembru 2007

 

Trid tkun tghix wara l-akbar gholja li ghandna fl-arcipelagu jekk ma smajtx li l-Mater Dei beda jiffunzjona. Jew isbah minn hekk, li ‘s-swali qed jiccaqilqu’. Min hareg b’din li ‘s-swali qieghdin jiccaqilqu’ haqqu l-akbar premju f’gieh il-lingwa Maltija.

Sptar li ilu jinbena sbatax-il sena dahhluna biex noperawh f’tebqa t’ghajn. F’daqqa wahda tathom ghaggla partikolari; tghid minhabba l-influwenza elettorali? Imbaghad tibda tara fejn intefqu l-flus. Hu mill-kwistjoni ta’ l-X-rays. Gewwa l-Mater Dei qed tithaddem sistema fejn l-X-ray jigi rregistrat fuq il-kompjuter. B’hekk jekk jiena qieghed pazjent gol-Mater Dei, u nizzluni niehu X-ray, it-tabib li nkun naqa’ tahtu jista’ jara l-X-ray tieghi minn kwalunkwe’ kompjuter li hemm fis-swali u fl-ufficcji. Imma ghalkemm dan kollu wiehed kien jafu, intefqu flejjes kbar fuq ‘X-ray viewers’, li jiswew madwar Lm360 ‘l wiehed, f’kull sala, meta kienu jafu li l-X-rays mhux se jibqghu jigu printjati bhal dari fuq il-film, imma biss irregistrati fuq is-sistema tal-kompjuters. 

U jekk hawn min haseb li qalb il-pompozita’ u l-pubblicita’ ta’ dan l-isptar, ic-cucati ma sarux u mhux qed isiru, ahjar jaghmel minn kollox biex hsiebu jbiddlu issa qabel imbaghad. Fi sbatax-il sena ma hasbux biex jaghmlu sistema ta’ pannelli solari sabiex imqar persentagg mid-dawl mehtieg fil-Mater Dei ikun iggenerat mill-energija tax-xemx, li zgur m’ahniex neqsin minnha. Ma hasbux sabiex il-haddiema li fil-maggoranza l-kbira taghom jaghmlulek l-isbah tnax-il siegha fuq il-post tax-xoghol ikollhom l-ispazju fejn jilaghbu loghba futboll, ‘basketball’, ‘netball’, ‘tabletennis’ jew ‘billiards’. Ghax min dejjem ikun b’saqajh imwahhla ma’ l-iskrivanija jew idejh imwahhla ma’ xi tazza xorb mill-fin, kif qatt tridha tghaddilu minn rasu li fuq il-bjut spazjuzi tal-Mater Dei johloq spazji rikreattivi ta’ dan it-tip. Jekk riedu jiehdu ezempju setghu facilment marru fil-qasam tal-Museum tal-Gzira (li lit-tfal ghamlulhom grawnd tal-futboll fuq il-bejt) u jaraw kif din m’hijiex xi tip ta’ xjenza spazjali.

Fl-ahhar u mhux l-anqas, ghandek il-kwistjoni tal-haddiema. Il-Gvern lest li jara d-drittijiet tal-haddiema jmorru lura bhall-granc, basta jiffranka. Haddiema tal-Group 4 jithaddmu bil-Lm1.50 fis-siegha sabiex joffru sigurta’ fl-isptar. Ghidli int b’Lm1.50 kif tridek tghaddi. Jekk tghaddi inti, nitolbok tispjegali kif. Jiena nista’ nixhed fic-cert li kamra li kienet mahsuba specifikament sabiex il-persuni li jipprovdu s-sigurta’ ikunu jistghu joperaw minn go fiha, ittiehdet sabiex issir ufficcju ta’ tabib. B’hekk tabib li jista’ jaghmel uzu massimu ta’ saghtejn fil-gurnata ta’ din il-kamra, ha l-facilita’ li persuna jkollha siggu u mejda sabiex lejl shih jew gurnata shiha ta’ xoghol ma tqattaghhomx bil-wieqfa, jew inkella bil-qieghda fuq siggu mahsub ghall-vizitaturi, minghajr ma jkollha mqar ‘locker’ fejn tpoggi l-affarijiet personali. Imissu jahbi wiccu fir-ramel dak it-tabib li ra kif ghamel biex ikkapparra dil-kamra. Storja helwa ohra hija dik kif il-fattigi li jidhlu jahdmu bil-lejl, sabiex jekk jinqala’ l-bzonn li jitnaddaf x’imkien, ikunu msejha, ma hasbulhomx ghal daqsxejn ta’ kmajra u ‘toilet’ qalb dak il-lussu u l-kobor kollu. Jien naf fic-cert li fattiga partikolari qalulha biex tqatta’ l-lejl fil-‘foyer’ principali, u jekk icemplulha fuq il-‘mobile’ tmur u tara x’hemm bzonn isir. Mela sewwa jghidu, li “min mejjet ghall-qatra u min mejjet fis-sakra”. Niggarantilkom jien li dak il-lejl sabet fejn tqattghu b’mod hafna aktar dinjituz, ghax f’did-dinja mhux kulhadd b’qalb tas-silg.

Ghandek ukoll il-kwistjoni tal-‘careworkers’ imhaddma taht is-Support Services Ltd., li naf fic-cert li hemm minnhom li huma rregistrati bhala self-employed sabiex zgur ma jkunux intitolati ghal xi siegha ‘leave’ pro-rata. Hafna minn dawn il-careworkers ikunu zghazagh jew persuni li kull opportunita’ ta’ xoghol ghalihom tiswa’ mitqlu deheb. B’hekk huwa facli li l-kundizzjonijiet tax-xoghol ikunu mizeri. M’inhix qed naghmel akkuzi li qed jinkisru l-ligijiet tax-xoghol. Qieghed nghid li min imexxi l-kumpaniji jaghzel li jhaddem lill-haddiema bl-aktar kundizzjonijiet minimi possibbli, ma jmurx ma jkunx jista’ jiehu l-aqwa ‘cocktail’ meta jkun fuq cruise il-Karibew, ma jmurx ma jkunx jista’ jgibha ‘full extras’ l-ahhar Mercedes li jkun hawn fis-suq, ma jmurx ma jerdax bizzejjed qligh mill-kuntratt li ha minn ghand il-Gvern.

Imbaghad tghid; “Possibbli li l-Gvern huwa daqshekk impotenti quddiem dawn il-kwestjonijiet? Possibbli li ma nistghux naraw kif il-ligijiet tax-xoghol ma jaghtux lok ghal dan it-tip ta’ tidwir min-naha tas-sidien? Possibbli li l-ligijiet miktuba mill-bniedem ma jistghux ikunu mibdula mill-bniedem stess?” Hawnhekk nappella lit-trejdjunjins sabiex ideffsu s-swaba taghhom f’dawn il-pjagi socjali, u barra li jaghtu kas il-paga tal-haddiem, jaghtu kas il-kwalita’ tal-hajja tieghu. Sabiex nispicca, nghid lill-isptar Mater Dei, li jonqsu jeghleb hafna sfidi sabiex insejjahlu eccellenti jew ‘state of the art’ (kif is-suppost kap tal-Partit tal-Haddiema f’Malta ghogbu wkoll isejjahlu meta gie mdawwar mill-ministru Deguara).

 

Articles Main Page