Xoghol – Diverista’ – Ugwaljanza - Michael Briguglio

Zminijietna Harga Ottubru – Dicembru 2007

 

Xoghol – Diverista’ – Ugwaljanza - Michael Briguglio (Zminijietna – Lehen ix-Xellug)

Diskors ghall-Konferenza organizzata mill-General Workers Union Youth – 24 ta’ Novembru 2007

Dan id-diskors jidher f’ Zminijietna Ottubru – Dicembru 2007

Ix-xoghol huwa attivita’ importanti ghall-bniedem. Karl Marx u Freidrich Engels kienu sahansitra jemmnu li huwa x-xoghol li jiddistingwi l-bniedem mill-annimali, ghax permezz tax-xoghol il-bniedem johloq is-socjeta’ u l-istorja.

F’sistema kapitalista ix-xoghol huwa mahkum mill-htigijiet kapitalisti ghall-profitt. Il-haddiem huwa sfruttat minhabba li hafna minn dak li jipproduci jigi approprijat mill-kapitalist. Hafna drabi, l-haddiem jahdem xoghol aljenanti, f’sistema ibbazata fuq il-kompetizzjoni. F’dan l-isfond, il-klassi kapitalista tuza l-haddiema skond il-htigijiet, u tuza l-qghad tal-haddiema bhala arma sabiex il-pagi jinzammu baxxi. Fl-istess hin, kemm il-darba kien hemm rezistenza ghal dan minn haddiema organizzati f’unjins u partiti politici xellugin. Dan ghen biex ikun hemm kisbiet kbar ghall-klassi tal-haddiema.

Il-kapitalizmu fi zminijietna

Hemm min jargumenta li llum il-haddiem tant ghamel kisbiet li ma tistax titkellem fuq bazi ta’ klassi socjali. Bosta jargumentaw tant sar tibdil li jehtieg forma ta’ analizi gdida.

Huwa fatt li f’bosta socjetajiet kapitalisti avvanzati, sar hafna tibdil ekonomiku u socjali f’dawn l-ahhar snin. Kibru s-setturi ekonomici tas-servizzi, b’xoghol f’oqsma bhall-edukazzjoni, sahha, media, banek, hwienet, ufficini, u ohrajn. Fl-istess hin naqas ix-xoghol fil-fabbriki.

Fil-qasam tal-produzzjoni, bdew jigu intuzati metodi iktar flessibli – inkluz fil-hin tax-xoghol. Giet introdotta produzzjoni iktar specjalizzata ghall-gosti tad-diversita’ ta’ konsumaturi. Ir-reklamar tal-prodotti w servizzi kiseb importanza massiva. Il-produzzjoni giet globalizzata. U inholoq hafna xoghol b’inqas stabilita’ w sigurta.

Socjologi jirreferu ghal din ir-realta’ ekonomika w socjali bhala wahda ‘post-fordista’ li hi bbazata fuq il-flessibilita’ u l-ispecjalizazzjoni. L-identita’ tal-konsumtaru, id-differenza u d-diversita’ saru importanti hafna.

L-individwalizmu, l-espressjoni u l-mobilita’ huma kollha fatturi mportanti li permezz taghhom wiehed jista’ ‘jixtri’ l-identita’ tieghu. Qed nghixu f’socjeta’ konsumerista.

Ohrajn jghidu li qed nghixu f’socjeta’ ta’ l-informazzjoni, fejn l-informazzjoni saret l-iktar rizorsa mportanti, sahansitra iktar importanti mill-kapital. Dawn is-socjologi jargumentaw li d-dinja giet izghar minhabba r-revoluzzjoni ta’ l-informatika. Inholqot dik li tissejjah ‘knowledge economy’ – fejn l-ideat, l-informazzjoni u l-innovazzjoni huma l-mutur ta’ l-ekonomija. Din it-tip ta’ ekonomija tiffoka fuq teknologija avvanzata, edukazzjoni u tahrig kontinwu.

Li hu zgur hu li llum qed nghixu f’socjeta’ li minkejja li hi kapitalista, hi karaterrizata minn bosta’ fatturi ekonomici, socjali w kulturali. Certezzi ekonomici, politici w socjali qishom saru xi haga tal-passat. Qisna qed nghixu f’dinja li qed tahrab f’tellieqa globalizzata, b’konsegwenzi varji.

Hemm min jilqa’ din ir-realta’ gdida bhala wahda li iggib iktar progress, iktar flessibilita’, iktar kompettitivita’, iktar sengha u fl-ahhar mill-ahhar ghixien ahjar.

Izda fir-realta’ kemm hu minnu dan?

Jekk naraw ir-realtajiet li jiffacjaw hafna haddiema, wiehed jista’ jsemmi fost ohrajn il-qghad, in-nuqqas ta’ tkabbir relattiv fil-pagi, kundizzjonijiet ta’ xoghol iktar horox, u nuqqas ta’ drittijiet. Qed ikun hemm iktar polarizazzjoni, bejn dawk b’kundizzjonijiet tajbin u b’pagi gholjin fuq naha, u dawk b’kundizzjonijiet hziena u nuqqas ta’ opportunitajiet ghal titjib – l-ezempju tal-haddiema fil-call centres u fil-fast food chains jixhed hafna fuq dan.  

Hemm min isejjah dawn ix-xogholijiet ‘McJobs’ – ikaratterizzati minn rutinazzjoni, monotonija, nuqqas ta’ sengha u pagi baxxi. Il-haddiema jkunu sorveljati, izda fl-istess hin m’ghandhom l-ebda sigurta’. Dan it-tip ta’ xoghol jezisti mhux biss f’xi stabiliment tal-McDonalds, izda wkoll f’ufficini, fabbriki, u sahansitra jaffetwa wkoll haddiema bi gradi manigerjali. 

Fl-istess hin hemm hafna haddiema li qed jitilfu xogholhom jew jesperjenzaw kundizzjonijiet ghar minhabba li bosta kumpanji transnazzjonali qed jinvestu f’pajjizi fejn m’hemmx drittijiet tal-haddiema. Ghal darb’ohra, il-klassi tal-haddiema qed tigi mgieghla tikkompetti maghha nnifisha – izda issa fuq bazi globali.  

Dan kollu juri li l-klassi socjali ghada tezisti sew.  Il-maggoranza tan-nies ghadhom ibieghu ix-xoghol taghhom lil haddiehor, u ghalhekk, anke jekk jahdmu f’ufficini jew f’xoghol ta’ servizzi, huma parti mill-klassi tal-haddiema.

Ovjament, hemm min jaqla’ l-paga izda ghandu hafna sahha fuq il-post tax-xoghol – bhad-diretturi. Dawn jistghu jitqiesu bhala membri b’salarju tal-klassi dominanti.

Hemm min ukoll qieghed f’sitwazzjoni intermedjarja – bhall-middle managers – li ghandhom kundizzjonijiet relattivament tajbin u li qeghdin f’taqtigha kontinwa bejn min jisfrutta u  min jigi sfruttat.

Ghalhekk, bhala konkluzjoni provizorja, nistghu nghidu li fi sfond kapitalista, il-klassi socjali ghada tezisti, izda fl-istess hin hemm diversita’ kbira bejn haddiema differenti. Diversita’ li hi bbazata mhux biss mit-tip ta’ xoghol u pagi, izda wkoll mis-sess, razza, eta’, abilita’ tal-haddiema.

Din id-diversta’ ghandha tigi analizzata jekk ghandhom jinstabu toroq progressivi ghall-haddiema. Hawnhekk ser nelenka xi ezempji ta’ dan.

In-nisa u x-xoghol

F’dawn l-ahhar snin zdiedu sew in-nisa’ li jahdmu xoghol barra mid-dar. Fl-Unjoni Ewropea, madwar 6 minn kull 10 nisa jahdmu. F’Malta, madwar wahda minn kull 3 nisa jahdmu – dan hi l-iktar rata baxxa fl-Unjoni Ewropea.

Hafna drabi, in-nisa ikollhom tipi u kundizzjonijiet ta’ xoghol differenti minn ta’ l-irgiel. Hawn wiehed jista’ jsemmi pagi iktar baxxi, xoghol ta’ livell iktar baxx, nuqqas ta’ sigurta’, u inqas drittijiet. Wiehed ghandu jqis ukoll li hafna nisa jahdmu xoghol doppju minhabba li jkollhom jaghmlu x-xoghol tad-dar ukoll – u minghajr hlas.

Il-haddiema anzjani

Il-haddiema anjani ta’ spiss huma vittmi ta’ pregudizzji li jista’ jwassal ghal irtirar kmieni, tkeccija mix-xoghol, u nuqqas ta’ opportunitajiet ghal tahrig u ghall-avvanz fuq ix-xoghol. Hemm min iqishom bhala haddiema ‘qodma’ u sahansitra bhala piz. M’hemmx ghalfejn inharsu fil-boghod – kemm wiehed isemmi l-iskemi ta’ rtirar kmieni li l-Gvern dahhal f’postijiet bhat-tarzna u l-posta.

Xoghol periferali

Hemm dawk li jaghmlu xoghol invizibbli jew li hadd ma jrid jaghmlu. Kategoriji ta’ nies bhan-nisa, immigranti u zghazagh ghandhom iktar cans li jispiccaw f’xogholijet b’nuqqas ta’ dinjita’, jew xogholijiet mhux iddikjarat, jew xogholijiet b’rata qawwija ta’ sfruttar.

Xoghol part-time u flessibbli

Fit-tellieqa ghall-kompettitivita’, huma bosta l-pajjizi li qed jippermettu iktar flessibilita’ fuq il-post tax-xoghol. Dan qed iwassal ghal zieda ta’ xoghol part-time li hu karatterizzat minn nuqqas ta’ sigurta’, kundizzjonijiet u pagi baxxi, specjalment ghan-nisa. Haddiema anzjani qed jigu mibdula minn haddiema temporanji, b’konsegwenzi negattivi ghall-klassi tal-haddiema. Skond il-Eurostat, fl-Unjoni Ewropea madwar 18% tax-xoghol hu part time, u f’xi pajjzi ir-rata hi ferm ghola – ezempju fl-Olanda ir-rata hi ta’ 47%. F’Malta ix-xoghol part-time dejjem qieghed jizdied, tant li sa din is-sena hemm madwar 45,000 haddiem part-time, li minnhom 25,000 jahdmu part-time biss. Madwar 11% tax-xoghol f’Malta huwa part-time. Barra min hekk f’Malta madwar 6% tal-haddiema jahdmu  b’kuntratti temporanji. Haddiema bhal dawn isibu diffikultajiet kbar f’affarijiet bhal li jiehdu loans mill-banek. L-istess jista’ jinghad ghal haddiema f’xoghol kuntrattwali, li jnaqqas id-dinjita’ u s-sahha tal-haddiem u jaghti hafna poter lis-sid.

Is-Self Employed

Ix-xoghol self-employed huwa attraenti minhabba li fih iktar indipendenza minn xoghol b’paga. Madankollu jezistu bosta diffikultajiet fost is-self-employed, specjalment minhabba li huma vunnerabbli ghat-tibdil ekonomiku mghaggel. F’dawn l-ahhar snin rajna wkoll zieda ta’ haddiema li jkollhom l-istat taghhom jinbidel minn wiehed ta’ impjegat ghal wiehed ta’ self-employed, biex b’hekk min ihaddimhom ifarfar idejh minn bosta obbligazzjoniet. Dan qed isir f’bosta xogholijiet ta’ servizzi, inkluz f’oqsma bhall-edukazzjoni. Ir-riforma fil-ligijiet tal-part-timers f’Malta qed twassal biex bosta employers qed igieghlu l-haddiema taghhom jeqilbu ghal self-employed biex b’hekk ma jiggwadanjawx mid-drittijiet li suppost akkwistaw.

Il-qghad

Bhal ma spejgajt l-ewwel, il-qghad huwa realta struttali f’socjetajiet kapitalisti. Fuq livell uman, il-qghad jista’ jwassal ghal hafna tbatijiet socjali, psikologici u finanzjarji. L-iktar gruppi li huma f’riskju ta’ qghad jinkludu dawk li jahdmu f’setturi affetwati minn tibdil ekonomiku mghaggel, zghazagh minghajr sengha jew b’livell edukattiv baxx, haddiema anzjani li huma mgieghla jirtiraw,  haddiema nisa u haddiema ohra bhall-eks habsin u eks drogati. Il-globalizazzjoni kapitalista, il-politika neo-liberali, u z-zieda fil-prezzijiet ta’ rizorsi bhaz-zejt huma kollha fatturi li jikkagunaw iktar qghad.  F’Malta, il-livell tal-qghad u ta’ madwar 7%.

Il-Klassi tal-Haddiema: Klassi omogenja izda b’differenzi fi hdanha

Kif urejt b’xi ezempji, il-klassi tal-haddiema hi maghmula minn gruppi differenti skond is-sess, eta’, nazzjonalita’, paga, tip ta’ xoghol u fatturi ohra.  Ghalhekk minkejja li l-maggoranza tal-poplu taghmel parti mill-klassi tal-haddiema, fl-istess hin, il-kundizzjonijiet u l-aspettattivi tal-haddiema jistghu ivarjaw minn grupp u persuna ghall-ohra. Haddiema jista’ jkollhom identitajiet frammentati – fejn kull haddiem jista’ jkun karatterizzat minn diversita’ ta’ fatturi.

Ghalhekk, il-klassi tal-haddiema hi karatterizzata minn kumplessitajiet socjologici. Hemm diversita’ shiha fil-klassi tal-haddiema. F’dan ir-rigward, xi strategiji ghandhom jintuzaw biex ikun hemm iktar ugwaljanza socjali?

Il-haddiema u l-ugwaljanza

Hafna haddiema qed jilghabu mar-regoli izda qed jitilfu l-loghba. Ma jistawx ikampaw ma’ l-gholi tal-hajja u qed ikollhom diffikultajiet kbar fil-hajja ta’ kuljum.

Politika xellugija ghandha tahdem ghal iktar ugwaljanza socjali. Ghalhekk, politika socjali ta’ dan it-tip ghandha tkun wahda universali, wahda li tikkumpensa ghall-inugwaljanza u n-nuqqas ta’ sigurta’ li ggib maghha sistema kapitalista. Politika xellugija trid tkun unversalista fl-iskop, izda li tilqa’ ghar-realtajiet u htigijiet partikulari tal-haddiema. Trid tkun politika inklussiva u sostenibbli.

Is-suq ma jistax jithalla jiddetta f’oqsma bhall-edukazzjoni, sahha, housing, il-penzjonijiet u setturi ohrajn.

Il-means test ghandhom jigu skuraggiti, minhabba li dawn igibu maghhom qasma socjali ikbar u jwasslu ghal ingustizzji kbar ghall-haddiema li l-paga taghhom tkun kemm kemm ghola mill-massimu permess. Il-means tests ma jaghmlux sens f’sitwazzjoni ta’ tibdil ekonomiku u socjali kontinwu, fejn haddiema huma kostretti jbiddlu xogholhom u jaccettaw kundizzjonijiet u pagi differenti. Bil-means tests, jizdieu l-kumplikazzjonijiet u n-nuqqas ta’ sigurta’.

Riformi tranzizzjonali li jistghu igibu maghhhom iktar ugwaljanza f’pajjizna jinkludu

  • Zieda fil-paga minima, inkluz f’xoghol bis-siegha;
  • Ligijiet u enfurzar serji biex jiggarantixxu d-drittijiet tal-haddiema;
  • Mizuri biex jissalvagwardjaw lill-haddiem f’attivitajiet barra mix-xoghol bhall-konsum, housing u ohrajn.
  • Demokrazija industrijali, biex b’hekk il-haddiema kollha jkollhom il-fakuta’ li jissiehbu f’unjin u jkollhom dritt li jistrajkaw fost drittijiet ohra. It-tribunal industrijali ghandu jitwessa’ sabiex ihares haddiema kollha fis-servizz pubbliku.   
  • Investiment ikbar fis-setturi kollha ta’ l-edukazzjoni biex ikun hemm sistema edukattiva komprensiva u tul il-hajja;
  • Tahrig xieraq ghal kategoriji differenti tal-haddiema – liema tahrig izid is-sengha u jirrispetta’ d-dinjita’ tal-haddiema, u mhux jimponi prattici li huma aljeni mill-esperjenzi tal-haddiema;
  • Investiment f’oqsma socjali bhac-childcare centres accessibli kif ukoll flessibilita’ b’ghazla tal-haddiem, biex b’hekk ikun hemm bilanc ahjar bejn ix-xoghol u l-familja;
  • Garanzija ta’ penzjoni ta’ l-istat, liema penzjoni tkun ugwali ghal kulhadd u ibbazata fuq ic-cittadinanza u mhux fuq kemm wiehed qala flus f’hajtu;
  • Politika favur ir-ridstribuzzjoni tal-gid u taxxi progressivi, biex b’hekk jonqos il-piz fuq il-haddiema u fuq is-setturi produttivi;
  • Politika li twaqqaf il-mewga neo-liberali ta’ privatizazzjoni u liberalizazzjoni, liema politika tinnazzjonalizza setturi b’importanza strategika, tiddefendi s-servizzi pubblici, u tinkoraggixxi koperattivi tal-haddiema;
  • Politika favur l-ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni;
  • Politika ibbazata fuq partecipazzjoni shiha tas-socjeta’ civili, fejn, fost ohrajn, il-unjins tal-haddiema ikollhom rwol qawwi fil-fora nazzjonali;

L-istat, il-politika u l-ugwaljanza

L-istat ghandu rwol importanti hafna biex igib iktar ugwaljanza u solidarjeta’ socjali. Ghal kuntrarju ta’ dak li jghidu l-apologetici tan-neo-liberalizmu, huwa possibli li jkun hemm mudell socjali b’sahhtu u produttivita gholja, liema produttivita’ hija essenzjali sabiex ikun hemm ekonomija b’sahhitha.

Taghlima storika mportanti hi li t-triq ghall-socjeta’ ugwali ma taqax mis-sema u m’hijiex ser issehh mill-bakketta magika tat-teknokratici. Hu permezz ta’ l-attivizmu politiku li nistghu nersqu lejn socjeta ugwali, u dan jirrikjedi bidliet strutturali kbar. Ejja ma nilludux ruhna li bidliet kozmetici ser igibu socjeta’ ugwali. Riformi tranzizzjonali ghandhom jitqiesu biss bhala l-ewwel pass ghal trasformazzjoni socjali iktar profonda.
L-istat m’huwiex forza newtrali. L-istat jehtieg tmexxija soda jekk ghandhom isiru bidliet kbar. Dan jirrikjedi politika egemonika u populista.

Niftarku li fl-Unjoni Ewropea hemm blokk neo-liberali li qed jipprova jdahhal is-suq hekk imsejjah ‘hieles’ f’kull qasam tal-hajja permezz tal-privatizazzjoni u l-liberalizmu, u jreggghu lura l-akkwisti li ghamlet il-klassi tal-haddiema permezz tal-politika xellugija u trejdunjonistika. Ghalhekk, importanti li nippartecipaw fil-politika Ewropea billi nappoggjaw lil min qed jiddefendi l-interessi tal-klassi tal-haddiema.
Fuq kollox, importanti li nzommu f’mohhna li ma jistax ikun hemm solidarjeta’ lokali minghajr solidarjeta’ nazzjonali u internazzjonali.

www.michaelbriguglio.com

Articles Main Page