Kapitalizmu fi Krizi u Popli Mqarrqa - Christopher Cutajar

Zminijietna Harga Ottubru – Dicembru 2008

 

Il-Kapitalizmu qieghed stendut ma’ l-art. Ha daqqa ta’ ponn go wiccu, u did-darba mhux se tkun daqshekk facli ghalih biex jirkupra minnha. Dawk li fl-ahhar ghoxrin-tletin sena tant priedkaw li s-sistemi finanzjarji m’ghandhomx ikunu mghobbija b’hafna regoli, u li l-istat ghandu jinzamm fil-genb jekk jista’ jkun f’kollox, issa qieghdin ibiddlu l-kredu taghhom. Dan qed jaghmluh sabiex bil-flus migbura mit-taxxi migjuba mill-gharaq tal-haddiema ihallu s-sistema kapitalista tiffanga f’ikel illi qatt u qatt ma jixirqilha tiekol minnu. Issa jmiss naraw kemm ix-Xellug lest jinghaqad fl-irkejjen kollha tad-dinja, (specjalment tal-Majjistral Dinji) biex il-flus li nghataw lill-Gvernijiet ghall-edukazzjoni tat-tfal, l-ghixien tajjeb tal-pensjonanti, ghall-postijiet xierqa fejn inkunu nistghu nghixu u nirrikrejaw rwiehna, u ghat-tishih tan-nisga socjali li ahna parti minna, ma jispiccawx jintnefqu fit-tishih ta’ sistema li ma tafx iggib xejn aktar minn inugwaljanzi socjali u nuqqas ta’ demokrazija ekonomika.

Intervenzjonizmu
Il-pijunieri tan-neo-liberizmu li fil-passat tant sahqu u halfu li l-istat ghandu jhalli s-suq isuq indunaw li dan ghamluh biex idahhlu is-swieq finanzjarji dritt go hajt. L-Istati Uniti iddecidiet li talloka 700 biljun dollaru Amerikan mit-Tezor taghha biex tinvesti direttament fil-banek Amerikani. Dan se jkun qed isir ghall-ewwel darba mill-‘Great Depression’ (1929 - ≈1939) lil hawn.  Mela ghandna sitwazzjoni fejn min mexxa u qed imexxi l-banek fl-Istati Uniti b’tali mod li neffah kemm felah il-buzzieqa finanzjarja u dghajjef il-lagstu taghha sakemm carrtu, issa qed ikun mghejjun biex jerga’ jqum fuq saqajh permezz tal-flus imhallsa mit-taxxi tac-cittadin komuni.

Pajjizi kbar Ewropej mhux qed jaghmlu ghajb ghal dan. Franza se taghmel self garantit mill-istat lill-banek ta’ €320 biljun (bn) u €40 bn biex isahhu l-kapital tal-banek fl-inkwiet. L-Ingilterra qed tahsibha bis-serjeta’ tinnazzjonalizzax b’mod parzjali tlieta mill-erbgha banek il-kbar fil-pajjiz. U l-Germanja behsiebha issalva lill-banek taghha billi taghmel garanzija fuq is-self bejn il-banek infushom, u ssahhah il-kapital tal-banek b’injezzjoni ta’ €80 bn. Min ihaddem sistemi ekonomici u finanzjarji li fil-passat ricenti dejjem sahqu li irqaq ma jkun il-gvern aktar jithaxxen il-gid, issa ghall-kuntrarju mhux talli mhux qed jaraw l-istat bhala t-tabib tas-swieq finanzjarji imma qed jirrikonoxxu lill-istat bhala l-uniku salvatur ta’ din is-sitwazzjoni.  

Prova ta’ kemm ir-regolamentazzjoni finanzjarja stretta u l-prudenza bankarja taf isservi ta’ gid tawhilna l-iSpanjoli permezz tal-Bank Centrali taghhom. Dawn, meta pparagunati ma’ Franza, il-Germanja u l-Ingilterra hadu daqqa hafna izghar. Imn’alla sehh dan, meta tqis l-ugigh ekonomiku li ghaddejja minnu Spanja.

Popli mqarrqa
Il-Kapitalizmu Neo-Liberali, li jaf lil Reagan u Thatcher fil-Gnien tal-Eden taghha, rat kif ghamlet biex dahhlet settur hafna aktar wiesa’ mill-klassi tan-nofs u ta’ taht biex jinvestu f’fondi u f’ishma varji. Issa din il-politika qed taghti l-akbar dizappunt lil min ghamel dan b’rieda tajba li jkabbar il-gid tal-familja tieghu u biex joffri sigurta’ finanzjarja akbar lilu nnifsu. Mhux talli qed itir mar-rih dak kollu li gie prospettat ghal dawn l-investimenti, talli parti mill-flus imhallsa f’taxxi mill-istess individwi qed imorru biex isalvaw lill-istess banek li dahhlu s-swieq finanzjarji u l-investimenti ta’ dawn l-investituri z-zghar gol-hajt.

Kapitalizmu u Instabilita’
L-instabilita’ u l-incertezza li rnexxielu johloq il-kapitalizmu fil-hajjiet tan-nies matul dawn l-ahhar ghoxrin sena dejjem giet imraqqa’ permezz ta’ interventi fis-swieq minn dawk li akkost ta’ kollox ma jridux jaraw il-kapitalizmu jikkrolla. It-Tezor ta’ l-Istati Uniti u l-Bank Federali tar-Riserva, il-Fond Monetarju Internazzjonali u dawk li jappoggjawhom fil-Gappun u l-Ewropa tal-Punent dejjem kienu lesti bis-‘salva uomo’ f’idejhom biex jintervjenu f’kaz ta’ riskju ta’ xi gharqa. Dan sehh fl-;1987 (Stock Market Plunge), 1989 (Savings-and-Loan Collapse), 1997 (East-Asian Financial Fall), 1998 (Long Term Capital Management Mismanagemnt), 2001-2002 (Enron). Dan ifisser li l-akbar fortizzi tal-kapitalizmu juzaw lill-istat bhal ‘toilet’, cjoe’ biss biex jissodisfaw il-htigijiet taghhom.

Ix-Xellug ghal politika stabbli

Ix-Xellug bil-maqlub ghal dan jara li l-interventi ta’ l-istat ikunu kontinwi sabiex ikun hemm armonija fis-socjeta’ b’mod kontinwu, fejn;

  1. l-istat jinnazzjonalizza setturi b'importanza strategika, jiddefendi s-servizzi pubblici, u jinkoraggixxi koperattivi tal-haddiema
  2. il-htigijiet bazici tan-nies (energija, housing, edukazzjoni, trasport, rikreazzjoni u ambjent xieraq) ikunu protetti mill-istat u ghalhekk mhux mitfghuha ghall-irkant u l-ispekulazzjoni fis-suq
  3. l-intraprizi zghar u medji nkoraggiti li jiggeneraw il-profitt u l-impjiegi sabiex tkun prevenuta l-monopolizzazzjoni minn intraprizi kbar f’setturi varji ta’ l-ekonomija
  4. l-industrija tithalla tkun produttiva u profittabbli minghajr ma tkun ta’ l-ebda theddida ghas-sahha u ghal kwalita’ ta’ l-ghixien tal-haddiema
  5. ikun hemm ir-rieda li tinzamm armonija bejn min ihaddem, it-trejdjunjins u l-istat sabiex l-ekonomija ma tinghatax skossi mhux mehtiega
  6. il-haddiema jkunu meqjusa bhala l-protagonisti ta’ l-ekonomija u mhux l-akbar vittma potenzjali ta’ l-ekonomija

Ix-Xellug ghandu jikseb lura l-kunfidenza li kellu qabel fil-mod kif kien jiggieled l-inugwaljanza fis-socjeta’ u jaghti poteri ekonomici lill-klassijiet varji ta’ haddiema minghajr ebda ingann. Dan ghandu jaghmlu b’lingwagg relevanti ghall-fenomeni tas-socjetajiet ta’ zminijietna. F’din il-kwistjoni rega’ hareg bic-car li x-Xellug f’idejh ghandu soluzzjonijiet dejjiema u m’ghandu xejn ghalxhiex ihammar wiccu milli jxandar dawk li dejjem kienu u jibqghu il-principji inaljenabbli tieghu.

Jekk jaghmel dan, ix-Xellug ikun qed jahdem biex ihalli l-Kapitalizmu stendut ma’ l-art u l-gharaq tal-haddiema u l-familji jkunu msarrfa fi kwalita’ ta’ ghixien ahjar.


enjoy_capitalisim

Articles Main Page