Laqgha ta' Solidarjeta' ma' Kuba  - Ghaqda Malta Kuba

Zminijietna Harga Ottubru – Dicembru 2008

 

86 delegat li rraprezentaw 32 għaqda  minn 28 pajjiz iltaqghu fil laqgha tal-Kumitati Ewropej ta’ Solidarjeta’ ma’ Kuba gewwa Terni, fl-Umbria fl-Italja. Dan sehh bejn l-10 u t-12 ta’ Ottubru 2008. Is-socjeta’ Malta-Kuba hadet sehem f’din il-laqgha bil participazzjoni ta’ Victor Degiovanni li huwa membru tal-kumitat.

Fost is-suggetti trattati  matul din il-laqgha  kien diskuss l-embargo kriminali impost fuq Kuba mill-Istati Uniti. Id-diversi organizzajonijiet qablu li jheggu lill-gvernijiet ta’ pajjizhom  sabiex tittiehed pozizzjoni komuni f’dan il-konfront. Dan sar bhala pressjoni fuq l-Unjoni Ewropea sabiex tezigi li jkun hemm trattament denju lejn Kuba mill-iStati Uniti u jkun hemm normalizazzjoni tar-relazzjonijiet.

Giet diskussa wkoll x’azzjoni ghandha tittiehed fil-kampanja favur il-helsien tal-hames Kubani mitfugha fil habs gewwa Maimi sempliciment ghaliex kifxu l-bejta terroristika tal-Kubani kriminali li jghixu gewwa Miami stess. F’dawn l-ahhar hamsin sena wettqu atti terroristici gewwa Kuba fejn madwar 3,500 Kuban tilfu hajjithom, u fl-1976 waqqghu ajruplan tal-linja tal-arju Kubana fejn kienu kagun tal-mewt ta’ 73 persuna.  Filwaqt li kriminali bhal Louis Posada u Santiago Carilles jithallew jiggeraw mat-toroq fl-Istati Uniti, Fernando Gonzales, Ramon Labanino, Antonio Guerrero, Rene Gonzales, u Gerardo Hernandez ilhom innocentament fil-habs gewwa Miami talli kixfu l-atti terrositici ta’ shabhom.

Il-laqgha kienet indirizzata wkoll  minn Olga Salanueva, mart Rene’ Gonzales, u minn Adriana Perez mart Gerardo Hernandez , li gew imcahhda minn Visa mill-awtotijatiet Amerikani sabiex dawn  ikunu jistghu izuru lil zwieghom fil-habs gewwa Miami. Dan huwa ksur tad-drittijiet fundamentali taghhom li jzuru lil zwieghom. Gie deciz li l-assocjazzjonijiet u l-kumitati tal-kampanja favur il-liberazzjoni tal-hames eroj Kubani, iheggu lill-Gvernijiet rispettivi ta’ pajjizhom  jaghmlu pressjoni fuq il-gvern ta’ l-Istati Uniti sabiex dawn jinhelsu.

terni 02

termini01



Articles Main Page