Populizmu Go Vakum - James Debono  

Zminijietna

 


Populizmu

F’Malta tezisti art fertili ghal populizmu.  Dan ma jfissirx li Malta hi xi eccezzjoni f’l-Unjoni Ewropea.  Bizzejjed inharsu lejn x’tip ta’gvernijiet jezistu fil-Polonja u fis-Slovakja.  Bizzejjed naraw is-sahha tal-lemin estrem f’l-Italja u fil-Belgju.  Madankollu f’bosta pajjizi Ewropej tezisti wkoll kultura liberali, sekulari u progressiva b’sahhita.  Jesizti kunsens Ewropew b’sahhtu favur id-drittijiet tal-bniedem u mudell socjali inklussiv. F’Malta l-lemin populista qed jikber go vakum ideologiku.  Il-kozmopolitanizmu li jikkareterizza bliet kbar bhall Londra ghadu aljen ghal Malta.  Ghal kuntrarju ta’pajjizi Ewropew Malta m’ghaddietx minn rivoluzzjoni liberali immexxija mill-borgezija.  Hlief fis-snin ghoxrin qatt ma rajna alleanza bejn ix-xellug u elementi progressivi fil-klassi tan-nofs favur iktar ftuh u modernizmu.   Il-glieda ghal modernizmu dejjem giet posposta u qatt ma ntrebhet.

Liberalizmu

Internazzjonalment il-kelma liberalizmu illum il-gurnata hi hafna drabi assocjata ma neo liberalizmu ahrax li xi drabi hu propost minn partiti konservattivi.  Berlusconi li xejn m’hu liberali fil-qasam tad-drittijiet individwali u ghazliet morali jiftahar li hu liberali.  Madankollu fil-kuntest Malti il-glieda ghall-liberalizmu klassiku, dak li jrid distinzjoni bejn stat u knisja u li jdahhal sens ta’meritokrazija f’socjeta b’ hafna relikwi fewdali ghadu validu.  Quddiem il-mewga tal-populizmu jinhass bzonn  li l-elementi liberali u xellugin iridu jartikolaw diskors alternattiv u effettiv.

Immigranti

Bla dubju tezisti problema. Bla dubju wiehed ma jistghax ma jaqbilx mal-burden sharing bejn il-pajjizi kolla Ewropew.  Madankollu ma ninsewx li l-ikbar ghedewwa tal-burden sharing m’humiex il-hodor, il-liberali, x-xellugin  u s-socjalisti izda huma l-partiti tal-lemin.  Ma ninsewx ukoll li Malta ghanda obbligi internazzjonali li japplikaw f’kull cirkustanza.  Ma nistghux qatt nissospendu xi dritt fundamentali b’rikatt. Dan it-tip ta’rikatt johloq stmerrija fost dawk li l-iktar lesti biex jghinuna.  Fl-istess hin Malta tista issib modi ohra ta’pressjoni minghajr ma tilghab fuq il-hajja tal-povri li jaqsmu l-Mediterran.  Tista’ tezercita pressjoni meta jittiehdu decizjonijiet li jirrekjedu l-unanimita.  Fl-istess hin l-immigranti dejjem se jkunu maghna.  L-ghazla hi bejn politika  ta’ multikulturalizmu bbazat fuq id-djalogu jew politika li tohloq ghettoes ta’nies irrabjati.  Bla dubju hemm valuri sagrosanti f’socjeta sekulari u liberali li min jigi fostna irid jirrispetta.  Izda bla dubju wkoll hemm spazzju ghal pluralita kulturali.  L-importanti huwa li jkun hemm djalogu.

Faxxizmu


Il-faxxizmu ma jfissirx ammirazzjoni ghal Hitler u Mussolini. Dawn illum intnessew.  Il-faxxizmu jfisser hafna affarijiet ohra fosthom lealta assoluta lejn in-nazzjon, miti foloz ta’identita wahda li trazzan lill-identitajiet l-ohra u herqa biex jigu mcahhda d-drittijiet civili jew fundamentali ta’ gruppi partikolari.  Hemm hafna faxxizmi; faxxizmu kontra l-lhud, faxxizmu kontra l-gharab, faxxizmu kontra l-immigranti, faxxizmu kontra l-omosesswali... Mhux il-faxxizmi kollha jaqblu u mhux bilfors jimmanifestaw ruhom fil-folklor tas-snin ghoxrin.  Hemm minnhom antiklerikali u hemm minnhom li jaspiraw ghal passat medjevali.  Hemm minnhom li jemmnu fl-intervent tal-istat fl-ekonomija u hemm minnhom li jridu suq hieles. Izda fil-glieda ghall-egomonija l-faxxisti dejjem kellhom kapacita jaddattaw rwiehom ghas-sitwazzjoni.  Mhux kull min jissieheb ma movimenti tal-lemin huwa faxxist izda kull min jitbieghed mil kultura liberali ikun qed jiftah il-bibien ghal faxxisti.

Articles Main Page