Il-Popolizmu u x-Xellug - Michael Briguglio  

Zminijietna

 

It-twelid tal-partit lemini Azzjoni Nazzjonali (AN) gie fi zmien meta Malta ghadejja minn bosta tibdil f’kuntest iktar globalizzat. Izda t-twelid ta’ dan il-partit gie ukoll fi zmien meta certu tip ta’ diskors politiku qed jigi artikolat b’mod popolista.

Irrid naghmilha cara li assolutament ma nappoggjax lill-Azzjoni Nazzjonali. Izda, analizi serja tat-twelid ta’ dan il-partit turi li dan qed jirnexxielu jahtaf f’idejh xi kwistjonijiet li fl-opinjoni tieghi ghandhom jigu affrontati  mix-xellug politiku. L-istess xellug politiku – fil-forom varji li jiehu (partiti politici, ghaqdiet non-governattivi, media, etc..) – f’diversi okkazzjonijiet qed ifalli milli jartikola diskors popolari fuq kwistjonijiet bhal dawn.

Nibqa’ mistghageb bil-fatt li xi uhud sempliciment jipprovaw izebilhu lill-AN billi jtuhom it-tikketta ta’ faxxisti, estremisti tal-lemin, etc.. u b’mod simplistiku jassumu li dawn it-tiketti ser iwasslu ghat-tmiem ta’ l-AN. Ohrajn jippruvaw izebilhu lill-AN billi jghidu li l-dan il-partit jghid assurditajiet ‘foloz’ u li jappartjeni ghall-passat.

L-istorja turina li Hsieb li jqis li ghandu s-supremazija tal-verita’ u tiketti ta’ ‘veru’ kontra ‘falz’ m’ghandhomx effett materjali. Huma l-massess li jbidlu s-socjeta’. U AN inzertat qed titkellem lingwa li tinzel ghasel ma hafna nies. F’dawn l-ahhar snin, f’numru ta’ pajjizi Ewropej rajna zviluppi politici simili ma’ partiti leminin simili ghall-AN, specjalment meta partiti akbar tant isiru simili ta’ xulxin li dan jahsad ix-xetticizmu u d-dizilluzjoni fost certu categoriji ta’ votanti. F’Malta, probabilment dan mhux ser jissarraf f’siggu parlamentari ghall-AN, izda l-effett tieghu jista’ jkun li jigbed partiti politici ohra lejn il-lemin permezz ta’ strategiji difensivi.

Bhala xellugin li naspiraw ghal socjeta’ ibbazata fuq l-ugwaljanza, gustizza socjali u diversita’, ma nistghu naghlqu ghajnenja u naghmlu taparsi li l-kwistjonijiet imqajma mill-AN ma jezistux. Ghall-kuntrarju, ghandna nartikolaw diskors xellugi li jilhaq l-aspirazzjonijiet tal-masses. Hemm hafna kwistjonijiet li ghandhom jigu affrontati, izda f’dan l-artiklu ser naghti erba’ ezempji qosra: ix-xoghol; il-welfare; il-housing u l-immigrazzjoni.

Il-kwistjoni tax-xoghol tidher li m’hijiex moda ghal bosta kummentaturi, izda, b’mod sorprendenti, anke ghal xi forzi tax-xellug, hlief ghal-unjins. Min qed jitkellem dwar l-istress fuq familji minhabba sieghat twal ta’ xoghol ghal pagi baxxi? Min qed jitkellem dwar sfruttar gdid fuq haddiema minghjar unjins, part-time, haddiema fuq kuntratt, haddiema b’xoghol kazwali u haddiema barranin? Min qed jitkellem dwar haddiema onesti li jhallsu t-taxxi waqt li negozji, professjonisti u s-self employed ghadhom mezzi ta’ kif jevitaw it-taxxa?

Il-welfare qed jigi attakkatt minn ideologija neo-liberali. Il-tattika li nwehhlu fil-vittma qed tigi uzata minn hafna li ghandhom kuluri politici differenti, nghidu ahna fuq single parents li jridu jlahhqu mat-trobbija tat-tfal u x-xoghol, fuq kopji li m’ghandhomx dritt li jizzewgu (per ezempju jekk xi hadd ikun separat) u fuq certu kategoriji ta’ haddiema. Fl-isfera pubblika, l-abbuz li xi whud jaghmlu fuq il-welfare qed tigi ezagerata aktar minn kull proporzjon, u dan qed jghin biex ikollna sistema ta’ welfare inqas generuza, ghad-detriment ta’ dawk li jkunu f’sitwazzjoni hafna aghar b’welfare state izghar.  Inugwaljanzi jippersistu meta wiehed isir penzjonant, izda jidher li hadd m’hu jitkellem dwar dawn il-gruppi socjali, forsi ghax jaghmlu inqas storbju minn gruppi ohra!

F’dak li ghandu x’jaqsam ma’ housing, hadd m’ghandu l-kurragg jitkellem favur intervent dirett mill-istat sabiex iwaqqaf iz-zieda insostenibbli fil-prezzijiet, li qed issehh ghad-detriment ta’ nies b’pagi baxxi u kopji zghazagh. Min qed jibbenefika minn dan kollu, jekk mhux spekulaturi, l-industrija tal-bini u banek? Huwa minnu li rifroma fil-ligi tal-kera dwar propjeta li nkriet qabel l-1995 ser iwassal ghal housing bi prezz iktar ragjonevoli, meta ma kien hemm l-ebda sinjal ta’ dan fuq propjeta’ li nkriet wara l-1995 f’suq liberalizzat? Certi gruppi huma iktar ugwali minn ohra?

Il-kwistjoni ta’ l-immigrazzjoni hu ezempju iehor. Filwaqt li hu gest nobbli li tkun favur id-drittijiet umani ta’ dawk li qed jaharbu minn tragedji, mhux dejjem qed ikun hemm l-istess tip ta’ solidarjeta’ ma’ haddiema Maltin li qed jitilfu xogholhom (jew il-kundizzjonijiet tax-xoghol) minhabba kompetizzjoni ma’ haddiema, li, fl-istess hin, huma l-vittmi ta’ sfruttar  ikbar.

Ha nkunu cari – wiehed ikun tassew simplistiku jekk jassumi li l-haddiema qed jitilfu xogholhom u l-kundizzjonijiet tax-xoghol l-iktar minhabba l-immigranti. L-ikbar raguni hi minhabba s-sistema ekonomika globali kapitalista – li Malta hi parti minna. Izda, anke kritika tal-kapitalizmu sar qisu xi daghwa ghal bosta fuq ix-xellug!

Ix-xellug ghandu jiddefendi d-drittijiet ta’ immigranti bhar-refugjati minghajr ebda rizervi, izda fl-istess hin ghandu juri iktar sensibilita’ ghall-haddiema li qed jesperjenzaw tbatijiet godda. Ix-xellug ghandu jaghmel iktar hoss kontra dawk il-gvernijiet Ewropej li m’humiex lesti jiehu r-responsabilita’ fil-kwistjoni ta’ l-immigrazzjoni. Dawn il-gvernijiet m’huma qed juru solidarjeta’ la ma immigranti u l-anqas ma’ Malta.

F’diversi okkazzjonijiet, ix-xellug qed ifettaq fuq tentufiet u jaghlaq ghajnejh ghal realtajiet kbar. Qed jinholoq l-ispazju ghall-lemin popolista. Ghandna nkunu sorprizi bit-twelid ta’ Alleanza Nazzjonali? Ix-xellug jista’ jispicca wara d-dell tieghu stess jekk jemmen li wasal.

www.michaelbriguglio.com


Articles Main Page