Serq Legali Gdid - Victor Degiovanni  

Zminijietna

 

Hadnija drawa llum taht din l-amministrazzjoni li kullhadd qed jippretendi li huwa xi Magistrat. Meta nghid kullhad qed nirreferi biss, ghall-entitajijiet bhal Banek  u  EneMalta, TeleMalta insomma dawk kollha li jigbru flus minn kontijiet u pagamenti, u mhux ic-cittadin kommuni li huwa l-vittma f’dan il-kaz.

Dawn l-azjendi f’daqqa wahda hasbu li saru  ‘mhallfin u qed iwwahhlu multi lill kull min ikun lura fil pagamenti jew ihallass tard. Dan huwa abbuz ghal-qrati biss ghandhom il-jedd li jghamlu dan.

Fil qrati tal-gustizzja fejn bid-dritt kollhu ghandhom il-jedd legali, li jimponu multi fuq dawk li jinsabu hatja li kisru xi ligi, ma jagixxux awtomatikament, imma jisimhu lil min ikun n’gab quddiem qorti, u f’certi kazi jimmitigaw, u jilliberaw lill akkuzat meta ikun hemm cirkustanzi li ghandu jsir hekk.

Bil-kuntrarju ta’ dak li jsirr fil-Qrati, meta tircievi kont tat-Telefon jew ta’ xi servizz iehor hafna drabi individwi issibu li ghandhom multa ta’ lira  imposta fuqhom ghax ma halsux il-kont ta’ qabel, fil-limitu impost. Dan hu abbussiv, meta wiehed iqis li hafna familji qehdin jircievu hafna kontijiet f’daqa, u mhux qedhin illahqu li jhalsuwhom fil-pront. Aktar min hekk hija vilta, meta din il-multa tkun imposta mil-Bank, meta tqiss, li dan diga jkun qiehed jigbor l-imaxx fuq il-flus mislufa, b’liema jedd Bank ghandu j’wahlek lira minhabba il-pagament ma jkunx sar fil-hin.

Nistennew li l-amministrazzjoni l-gdida  ta’ wara  l-elezzjoni li jmiss twaqqaf dan is-serq abuzziv mil-but tac-cittadin.


Articles Main Page