It-tielet vuċi -Christopher Cutajar

Zminijietna

 

It-tħabbira ta’ partit politiku ġdid, illi kienet mistennija x-xhur minn artikli ta’ kull ġimgħa fil-gazzetti, saret nhar is-Sibt 9 ta’ Gunju li għadda, bil-partit ikun mwaqqaf bl-isem ta’ Azzjoni Nazzjonali.  Din l-aħbar tpo;;i quddiemna t-tema tal-ħtie;a ta’ l-eżistenza ta’ dawn il-partiti li xi darba jistgħu joħorgu lill-Malta minn dan l-i;;ammjar ta’ sistema bipartitika li ilna nħaddnuha f’pajjiżna mill-1966.

Mill-elezzjoni ta’ l-1966 huma tlieta t-tentattivi l-aktar reali li provaw iwasslu sabiex ikun hemm l-introduzzjoni tat-tielet partit fil-parlament Malti.  Fl-elezzjoni ta’ l-1987 kellek il-Partit Kommunista Malti (immexxi minn Anthony Vassallo) u l-Partit Demokratiku Malti (immexxi mill-Profs. Lino Briguglio) li provaw ikunu parteċipi fil-parlament iżda ma rnexxilhomx jiksbu siggu.  L-Alternattiva Demokratika fl-ewwel kontestazzjoni elettorali tagħha fl-1992 ;abet biss 1.7%.  L-AD dejjem ikkontestat l-elezzjonijiet ;enerali mit-’92, bit-tama li tkun rappreżentata fil-parlament Malti, iżda dan ma seħħx.

Jiena nemmen li dan it-tip ta’ dittatorjat demokratiku, fejn l-għażla ssir għal min hu l-anqas ħażin u mhux għall-aktar tajjeb, għandha ti;i sfidata permezz ta’ vuċijiet li jkunu qiegħdin bis-serjeta’ jikkonfrontaw din is-sitwazzjoni.  It-tħabbira tat-twaqqif ta’ l-Azzjoni Nazzjonali, mwaqqaf mill-eks-membru parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, it-Tabib Josie Muscat flimkien ma’ nies oħra bħal Anglu Xuereb u Philip Beattie hija grajja li wieħed jista’ jħares lejha minn angoli differenti.

Fit-tnedija ta’ dan il-partit it-Tabib Muscat gie rapportat li qal li dan la huwa partit tax-xellug u lanqas tal-lemin, u li stqarr li l-ideolo;iji huma xi ħaga tal-passat.  Iżda l-viżjoni, li viżjoni m’hi xejn, li ji;u rrestawrati l-valuri tradizzjonali tal-familja u l-patrijottiżmu għandhom wisq riħa ta’ qmis sewda meħjuta fl-Italja tas-snin tletin.  Hija ħasra li t-tħabbira ta’ partit ;did preżentatilna idejat qodma, minn flok tatna viżjoni avantgardista u skopijiet godda x’jintlaħqu f’dan il-pajjiż.  L-uniku kontribuzzjoni li dan il-partit jista’ jagħti, huwa l-ħolqien ta’ vuċi gdida, li tagħti lok għal aktar pluraliżmu.  Ma nara l-ebda fattur ieħor relevanti sabiex ikun innotat. 

Iż-żew; partiti l-kbar qiegħdin iħallu nuqqas kbir fil-ħajja politika kurrenti ta’ dan l-arċipelagu għall-fatt li qiegħdin jirkbu fuq mew; popolari sabiex joħolqu opinjonijiet di;a’ espressi mill-mases.  Għaliex l-ebda mit-tnejn ma jieħdu pożizzjoni kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa?  Propju għaliex il-Partiti fit-taqtigħa ta’ min jista’ jkun l-akbar kalamita tal-voti m’għandux il-ħila jieħu deċiżjoni tali.  Għaliex il-Partit Nazzjonalista lanqas biss semma’ l-immigrazzjoni irregolari fl-aħħar konferenza generali li kellu fin-Naxxar?  Sempliċi twegibha, għaliex partit li jkun jaf li għandu ċ-ċans imminenti ta’ rebħa elettorali, jibża’ jieħu deċiżjoni li ghandha mnejn taffettwa punt perċentwali tal-voti. Dan ikun ifisser attakk suiċida fil-‘forma mentis’ ta’ wiehed mi]-]ew; partiti l-kbar.

L-Alternattiva Demokratika, mill-banda l-oħra, dwar temi bħall-kaċċa, l-ambjent u l-immigrazzjoni jieħdu pożizzjonijiet li xejn ma huma ta’ xeħta populista.  Għalkemm il-messa;; ta’ dan il-partit huwa wieħed li jirrifletti ż-żminijiet u ma jinħebhiex wara retoriki li smajnihom elf darba, għandu żvanta;; kbir, ċjoe’ il-kuntest.  Il-kuntest li fih dan il-partit irid jgħix huwa f’medja kkontrollata miż-żewg partiti l-kbar, nuqqas ta’ kapital, u nuqqas ta’ nies li huma meqjusa ta’ statura politika li lesti jidħlu għal-pro;ett nazzjonali li kulħadd jaf li ma jistax ikollu frott immedjat minnu.  Għalkemm, iva, is-soċjeta’ tagħna tħallik ixxandar leħnek aktar minn pajjiżi oħra fid-dinja, tali limitazzjonijiet xorta ma jħallukx tagħti valur biżżejjed lill-messa;; li jkollok. 

Il-Moviment Graffitti, minn kanali oħrajn, jipprova jagħmel minn kollox sabiex permezz ta’ l-użu tal-medja li l-aktar hija segwita fil-gżejjer tagħna, ixandar idejat li ħaddieħor jew ma jxandarx għaliex libsuh is-sarima, jew inkella għax il-kuntesti ta’ interessi diversi li fih jimmilita j;iegħluh jaqbad is-sarima u jilbisha waħdu.  Iżda l-missjoni tal-Moviment Graffitti hija waħda li taħdem minn barra l-parlament u għadu qatt ma kellha l-ghan li tahdem minn gewwa l-parlament.  Il-kelma nnifisha ‘Moviment’ turi l-ħidma li fuqha msejsa din l-organizzazzjoni hija dik li ma tħallix jorqdu temi li forzi oħra jaqblilhom li jkunu reqdin, u li tħeggeg l-għaqda fost organizzazzjonijiet oħra sabiex titrabba aktar għaqda fost is-soċjeta’ ċivili.

Biex immorru lura għat-tema li minnha telaq dan l-artiklu, irridu nanalizzaw x’għażla konkreta se jkollu l-elettorat quddiemu fl-elezzjonijiet ;enerali li jmiss, sabiex il-prassi li ilha mag[na mill-1966 tkun tista’ tiinkiser.  Ix-xeħta populista ta’ l-Azzjoni Nazzjonali, sewwa sew mit-tnissil tagħha wriet biċ-ċar li m’hi sejra tagħti xejn ;did lix-xena politika tagħna.  Mhux talli hekk, talli qiegħda toffri soluzzjonijiet qodma għal fenomeni ta’żmienna.  M’hi qiegħda toffri xejn ;did, appuntu għall-fatt li r-rikba ta’ dan il-partit fuq inferenzi li l-mases tas-soċjeta’ tagħna jħaddnu, hija ter;a’ w tg[id akbar minn dik taż-żewg partiti l-kbar.  B’hekk nasal għal konklużjoni li t-tielet vuċi stabbilita li għandha l-iskop taħdem minn ;ewwa l-parlament b’rasha fuq g[onqha, u li għandha kredenzjali ta’ vuċi friska, hija biss dik ta’ l-Alternattiva Demokratika.  Riżervi fuq dan il-partit għandi wkoll, per eżempju fir-rigward tat-tħaddim ta’ l-ekonomija.  Iżda għall-inqas fuq temi ta’ umanita’, bħala xellugi nħossni rappreżentat minn partit b[al dan li s’issa g[adu ma jarax il-poter bhala l-ghan ahhari tieghu. 

Articles Main Page