Dak tkabbir ta’ l-ekonomija - Michael, Birkirkara

It-Torca 21 ta' Ottubru 2007
http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=6300

 
 
Dan l-ahhar kien ippubblikat ir-rapport tal-analizi li ssir perjodikament mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), fuq l-andament tal-ekonomija Maltija. Nigbed l-attenzjoni tal-qarrejja ghal zewg referenzi li jaghmel ir-rapport, li nahseb li jqanqlu lok ghal aktar indagni mic-cittadini li jippartecipaw fil-process ekonomiku tal-pajjiz.

Qed nghid ghat-tkabbir ekonomiku li kien registrat fi tliet oqsma biss ta’ l-ekonomija, u ghad-deficit u d-dejn nazzjonali li regghu telghu minkejja li zdiedu t-taxxi fuq il-poplu, u nbieghu l-assi statali kwazi kollha.

It-tkabbir ma kienx mifrux fuq l-ekonomija nazzjonali in generali, imma sar biss fi tliet oqsma tas-servizzi finanzjarji u tan-negozju tal-bini u tal-loghob tal-flus (gambling). Dan kien koncentrat fl-oqsma msemmija biss, u ma kienx rifless fis-setturi tal-biedja jew industrijali jew socjali. Anzi nistghu nghidu li halla rizultati negattivi, specjalment socjali, fejn fis-setturi tal-loghob ta’ l-azzard u tan-negozju tal-bini, spiss gab inkwiet fil-familji. Allura minn dak it-tkabbir ekonomiku marru tajjeb l-operaturi tan-negozji li kibru u spiccaw hazin ic-cittadini li dahlu fi djun kbar u problemi finanzjarji horox, biex ippumpjaw u nefhu t-tkabbir.

Fil-qasam industrijali t-tkabbir mhux talli ma rriflettix pozittivament, imma talli minkejja t-telf tal-kundizzjonijiet tal-haddiema, dak l-avvanz ekonomiku halliena nizlin ghall-aghar livell ta’ kompetittività, u gabna pajjiz bl-inqas zieda fil-pagi fl-UE.

Ir-rapport jinnota ukoll b’certa enfasi, it-thassib dwar il-qaghda finanzjarja ta’ l-istat. Jilmenta li rkejjen zghar mill-hofor tad-deficit u tad-dejn nazzjonali mtlew billi nbieghu blokki kbar prezzjuzi mill-assi statali. Jishaq li dan ma jawgurax tajjeb ghall-gejjieni, u juri preokkupazzjoni ghal meta l-gvern ma jibqaghlux aktar xi jbiegh.

Daqstant inkwieta lit-teknici tal-IMF ir-rekord finanzjarju tal-gvern tal-PN, li analizzaw mil-lat tekniku. Ahseb u ara kemm ghandhom ikunu preokkupati bih ic-cittadini Maltin li ilhom snin igorru umanament it-toqol tal-konsegwenzi tal-izbilanc (deficit) u djun tieghu. Qed nghid ghac-cittadini li bit-taxxi u rati u sopra-taxxi tefghu flushom fil-hofor tad-dejn nazzjonali u tad-deficit kontinwu li ghamel il-gvern, biex fost infiq iehor, iffinanzja kuntratti ta’ stimi minfuhin lil ftit nies tal-qalba.

Qed nalludi ukoll ghall-preokkupazzjoni ta’ l-istess kotra, li b’aktar taxxi u rati u soprataxxi, qeghda taghmel tajjeb ghal miljuni ta’ liri li tilef ghal dejjem il-gvern mid-dhul annwali li kienu jirrendulu l-azjendi vitali statali li biegh lin-nies tal-flus, x’aktarx ta’ l-istess cirku tal-hbieb tal-qalba.

Dak tkabbir u progress ekonomiku eh! Din mhix ghajr ingustizzja maggura socjo-ekonomika, frott il-politika nazzjonalista ta’ sfruttament sfaccat tal-ftit allat zghar fuq il-maggoranza tas-sudditi Maltin.