Ezempju ta’ demokrazija hajja, David Pisani

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=40461
12/12/07

 
 

Sur Editur,

Il-vot dwar ir-referendum kostituzzjonali fil-Venezwela kkonferma l-etika tar-Rivoluzzjoni Bolivarja, fejn rebhet il-vuçi tal-poplu. Dan hu differenti ghal kollox mill-propaganda bla bazi li qeghdin jaghmlu dawk li jopponu t-trasformazzjonijiet soçjali tar-Rivoluzzjoni Bolivarjana.

Il-proposti li ghamel il-Gvern ta’ Chavez kienu se jkomplu jtejbu l-kundizzjonijiet soçjali fil-Venezwela, per ezempju billi titnaqqas il-gimgha tax-xoghol minn 44 ghal 36 siegha u billi jigu estizi benefiççji soçjali ghall-haddiema fis-settur informali.

Il-proposti kienu jinkludu riformi li jsahhu l-kontroll nazzjonali fuq ir-rizorsi tal-pajjiz biex il-gid ikun jista’ jitqassam b’mod aktar ekwu bejn il-poplu. Il-kostituzzjoni kienet se tiggarantixxi d-dritt ghall-proprjetà pubblika, soçjali, mhallta, privata u kollettiva.

Ta’ min jinnota li d-differenza bejn il-vot “Iva” u l-vot “Le” kien ÿghir hafna, u 44% astjenew mill-vot… 49% ivvotaw favur il-proposti tal-Gvern. Forsi kien hemm wisq proposti f’temp qasir ta’ zmien u forsi whud mill-proposti kienu radikali wisq ghal xi gruppi soçjali. It-telfa kienet wahda tar-referendum u mhux tar-rivoluzzjoni.

Il-fatt li Chavez mill-ewwel ammetta t-telfa turi li l-avversarji tar-Rivoluzzjoni Bolivarjana qeghdin jaghmlu propaganda bla bazi f’attentat li jiddistabbilizzaw il-pajjiz. Hija haga ironika li filwaqt li l-Gvern tal-Venezwela ghazel li jsejjah referendum gœall-proposti tieghu, l-Unjoni Ewropea u gvernijiet, fosthom ta’ Malta, qeghdin jiçœdu d-dritt li l-poplu jivvota dwar it-trattat ta’ l-UE li se jkollu impatt kbir fuq l-istil tal-hajja f’pajjizi Ewropej.

Il-Venezwela hu ezempju haj ghal dawk kollha li jemmnu li tip iehor ta’ soçjetà hi possibbli, soçjetà bbazata fuq l-ugwaljanza, gustizzja soçjali u demokrazija. Zminijietna - Lehen ix-Xellug temmen li gew mghallmin numru ta’ lezzjonijiet minn dan ir-referendum.

Aktar minn 200 rapprezentant minn 13 il-pajjiz Ewropew, inkluz aktar minn 150 membri tal-Parlament Ewropew u politiçi regjonali, flimkien ma’ rapprezentattivi ta’ unjins tal-haddiema, ghaqdiet nazzjonali ta’ l-istudenti, organizazzjonijiet tan-nisa, movimenti tal-paçi, kittieba u akkademiçi appoggjaw stqarrija favur il-politika tal-Gvern tal-Venezwela li hija bbazata fuq il-progress soçjali u l-inkluzjoni demokratika.

Other Articles Main Page