L-ideologiji u l-Elezzjonijiet fl-Italja - Michael Briguglio

it-Torca, 13 ta’ April 2008

 
Twegibiet ghal mistoqsijiet tal-gurnalist Ivin Catania, ghall-artiklu bl-isem ta’ ‘Destinazzjoni Centru’,

Tikkummenta dwar jekk fadalx relevanza li wiehed jghid li hu xellugi jew lemini?

Ix-Xellug u l-Lemin m’humiex assoluti, izda hemm fatturi li jaqsmu ideologija minn ohra. Ix-xellug generalment jemmen fl-ugwaljanza u tradizzjonalment jirriprazenta il-klassi tal-haddiema. Il-lemin generalment jemmen fl-individwu fl-isfond tas-suq hieles iktar milli fil-kollettiv, u tradizzjonalment jirriprezenta lill-klassijiet ta’ fuq. F’dawn l-ahhar snin, il-lemin neo-liberali sar influenti hafna, u b’appogg anke popalari rnexxielu jizmantella partijiet mill-welfare state f’isem il-privatizazzjoni, il-liberalizmu ekonomiku u l-hekk imsejjah ‘suq hieles’.

Fl-istess hin, jezisti xellug liberali u anke lemin konservattiv u awtoritarju, b’appogg minn kategoriji tal-klassi tan-nofs u tal-haddiema rispettivament. Din il-qasma tidher l-iktar f’oqsma bhad-drittijiet civili, fejn partiti bhall-Hodor iharsu lejn ix-xellug izda jemmnu f’liberalizmu f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ valuri individwali bhad-drittijiet tan-nisa. Berlusconi, minn naha l-ohra huwa ezempju ta’ Lemin li jiffoka fuq is-suq hieles, valuri konservattivi u stat awtoritarju f’oqsma bhall-ordni u sigurta’ f’kwistjonijiet bhal ta’ l-immigrazzjoni illegali, b’appogg wiesgha mill-klassi tal-haddiema. Il-Lega Nord hu kaz iktar estrem ta’ dan it-tip ta’ Lemin.

Fi zminijietna hemm relevanza kbira dwar jekk hemmx xellug u lemin. Jekk niehdu l-kuntest kemm globali kif ukoll f’pajjizi specifici, wiehed isib li hemm sforzi kbar biex il-kapitalizmu b’forma neo-liberali jiehu soppravvent. Hemm min jghid li dan iwassal ghal iktar gid ekonomiku, izda hemm min jghid li l-kapitalizmu iwassal ghal iktar inugwaljanza socjali. Dawn ta’ l-ahhar, li gejjin mix-xellug igibu ezempji tal-faqar, ix-xoghol prekarju, il-qghad u n-nuqqas ta’ drittijiet socjali. Ezempju ta’ dan fl-Italja hi l-lista ta’ l-Arcobaleno li jiffoka fuq diskors socjali bhas-xoghol u l-pagi flimkien ma’ diskors ambjentalista u ta’ drittijiet civili. L-arcobaleno jinkorpora liz-zewg partiti Komunisti, lill-Hodor u lix-xellug demokratiku. 

X’inhi l-politika centrista?                                     

Id-Demokrazija Kristjana kienet u f’bosta aspetti ghada, ezempju tal-politika centrista, fejn valuri konservattivi gew imzewwga mal-kuncett tas-suq socjali, tas-sussidjarjeta’ u tas-solidarjeta’. Izda bosta partiti Demokristjani resqu lejn il-lemin ‘gdid’ neo-liberali, fejn accettaw bosta riformi kapitalisti filwaqt li jenfassizaw valuri konservattivi f’kwistjonijiet bhall-famlija. Fl-Italja hemm xi demokristjani li huma vicin Berlusconi, l-Alleanza Nazzjonali. Izda hemm ohrajn li ser jikkontestaw ghalihom b’politika iktar centrista. Ta’ min ifakkar li kien partit demokristjan, dak ta’ Mastella, li waqqa’ l-Gvern ta’ Prodi, li kien ikkaratterizzat minn-alleanza ta’ partiti centru-xellugin, xellugin u centristi.

Wiehed jista’ jsemmi ukoll il politika centru-xellugija tal-Partit Demokratiku, li hi simili ghall-hekk imsejha ‘tielet triq’. Din il-politika tibbaza fuq diskors ta’ modernizmu, meritokrazija u liberalizmu ekonomiku mizzewweg ma’ sens ta’ gustizzja socjali. Din il-politika hija flessibli u inklussiva u tista’ twassal ghal politika egemonika bhal m’hu l-kaz tal-Gvern Laburista Ingliz. Izda din il-politika hija wkoll mifnijja bil-kontradizzjonijiet minhabba li difficli toghgob lill-alla u lix-xitan fl-istess hin. Ghalhekk, id-Demokratici jistghu jersqu lejn ix-xellug jew lejn il-lemin. L-alleanzi li jaghmlu huma importanti hafna f’dan ir-rigward.

X’effetti jista’ jkollha politika centrista fuq il-hajja tac-cittadini?

Din il-politika tista’ taghti l-impressjoni li hi miftuha ghall-faxex kollha tas-socjeta’. Tista’ tkun iktar pragmatika u ma tiddejjaqx tiehu decizzjonijiet ‘xellugin’ jew ‘leminin’. L-importanti hu li l-politika tkun prattika u ggib rizultati tajbin. Izda ma jistax ikollok politika ta’ kullhadd. Fil-politika bilfors hemm ‘ahna’ u ‘huma’.  Jekk ic-centru jersaq lejn politika neo-liberali, ikun qieghed jiftah il-bibien ghal iktar inugwaljanza socjali, a skapitu’ ta’ bosta haddiema u gruppi vulnerabbli.  

U jekk temminx li l-ideologiji, t-twemmin u l-principju, ghadx fadal posthom fil-mod kif  qieghda ssir il-politika llum. 

Hemm min jipprova jimbotta l-idea li l-ideologiji spiccaw. Izda fil-verita’ kull decizzjoni politika, ghandha sfond ideologiku u ghandha direzzjoni. F’kull socjeta’ jezistu ideologiji dominanti li jinfluenzaw il-hajja tan-nies. Fl-istess hin, izda, in-nies jirriflettu fuq l-ideologiji u jabbinaw irwhiehom ma’ ideologiji varji u minn daqqiet kontradittorji, bhal m’huma il-kattolicizmu u l-konsumerizmu.

Hemm min jghid li suggetti importanti fil-politika ta’ llum m’ghandhom x’jaqsmu ma’ l-ideologija. Per ezempju hemm min jahseb li l-ambjent m’huwiex suggett ideologiku. Izda fil-verita’, hemm modi diversi kif wiehed jista’ jaghmel politika ambjentali. Hemm min jemmen li s-suq hieles iwassal awtomatikament ghal socjeta’ iktar sostenibbli, per ezempju ghax iz-zejt ser jibqa’ joghla allura ikun iktar jaqbillek li tuza mezz iehor ta’ energija li hu iktar nadif. Izda minn perspettiva xellugija, il-qerda ambjentali u l-inugwaljanza socjali huma relatati, u ghalhekk jehtieg tibdil radikali lil’hinn mill-kapitalizmu li qed jikkawza qerda kbira minhabba produzzjoni zedja u konsumerizmu sfrenat. Din il-bidla ma tigix b’xi bakketta magika tas-‘suq hieles’ izda tigi permezz ta’ politika lokali, nazzjonali u globali li zzewweg is-sostenibilita’ ekologika mal-gustizzja socjali u l-ugwaljanza.

Other Articles Main Page