Ahna w huma  Michael Briguglio

L-Orizzont, 3 ta' Marzu 2008
http://wwwl-orizzont.com/news.asp?newsitemid=42523 

 

Wasalna fl-ahhar gimgha tal-kampanja elettorali u tmur fejn tmur u tiltaqa’ ma’ min tiltaqa d-diskors jaqa fuq min se jirbah din l-imbierka elezzjoni generali.

GAETANO MICALLEF iltaqa’ mas-socjologu MICHAEL BRIGUGLIO biex jitkellem mieghu dwar dan iz-zmien li jigi darba kull hames snin imma mieghu jgib ukoll tensjoni u firda li ftit naraw bhalha fil-kumplament tas-sena.
 
Zmien il-kampanja elettorali jgib mieghu certu tensjonijiet. Kemm tahseb li dan huwa dovut ghall-fatt li f’Malta hawn zewg partiti biss li huma kbar u ghalhekk ghandek nofs Malta fuq naha u n-nofs l-iehor fuq naha ohra?
 
Fil-kultura Maltija jezisti certu duwalizmu bejn il-partiti politici. Imma din mhux fil-politika biss narawha. Narawha wkoll fil-kazini fejn ghandek irhula b’kazin ta’ qaddis u kazin ta’ qaddis iehor. Allura ghandek dan il-kuncett ta’ “ahna” u “huma”. Imma dan jinstab f’pajjizi ohra. Jinhass iktar f’pajjiza ghax pajjiz zghir.

Dan id-duwalizmu narah l-essenza tal-politika. Fil-politika ghandek ix-xellug u l-lemin anke jekk mhux kulhadd jammetti li huwa xellugi jew lemini. U allura bil-fors li ghandek naha jew ohra anke jekk forsi ma tkunx konxju.

Jista’ jkun ukoll li hawn ansjetà mhux  minhabba d-duwalizmu imma ghax hemm hafna nies, irrispettivament mill-kulur politiku taghhom, li qed jibzghu li l-hajja taghhom ha tmur ghall-aghar jekk jibqa’ dan il-gvern jew jekk jinbidel.

Fil-politika bil-fors ha jkun hemm kunflitt bejn l-ideologiji. Din l-idea li qisu hawn xi politika ghal kulhadd ma naqbilx maghha. Ma tistax toghgob lil Alla u lix-xitan fl-istess hin.


Kif thares lejn il-fatt li f’hafna pajjizi barranin il-gvern huwa iffurmat minn koalizzjoni u mhux minn partit wiehed?
 
Mhux kull pajjiz li fih hemm koalizzjoni huwa l-istess. Per ezempju l-Italja, minhabba l-hafna partiti fil-gvern, jispicca li dan jaqa’ kull tant zmien. Imma mbaghad ghandek pajjizi ohra fejn il-koalizzjonijiet kienu stabbli. Fil-Germanja dik bejn is-Socjal Demokratici u l-Hodor damet tmien snin. F’pajjizi ohrajn hemm koalizzjonijiet bejn Kommunisti u s-Socjal Demokratici. Imma fl-ahhar mill-ahhar fil-koalizzjonijiet xorta hemm lenti ideologika fihom. Fl-Italja waqa l-gvern tant kemm kien hemm partiti differenti li ma setghux jaqblu fuq kollox.

Il-kelma koalizzjoni “per se” ma narahiex li taghmel sens. Trid taraha fil-kuntest tal-pajjiz u l-kultura tieghu. Fil-Kenja se jkun hemm koalizzjoni … imma ghax hemm in-nies jinqatlu kuljum. Ghandek certi pajjizi li toghgobhom l-idea tal-koalizzjoni … f’ohrajn le.


F’Malta hafna nies jivvutaw ghal partit u mhux ghal iehor mhux skond il-manifest elettorali tieghu imma ghax il-familja taghhom izzomm ma’ dak il-partit. Kemm tahseb li dan ixekkel lill-individwu milli jkun liberu li jivvota lil min jidhirlu huwa l-ahjar partit?
 
In-numru ta’ nies li jivvutaw skond il-familja taghhom huwa sostanzjali. Huwa ovvju li din ixxekkel lill-votant ghax forsi inti joghgbok partit imma l-familjari jghidulek allahares tivvotalhom. 

Imma mbaghad jista’ jkun hemm familji li ghandhom certu lealtà lejn partit ghax forsi dak il-partit tahom dinjità. Jista’ jkun hemm haddiema li huma leali lejn il-Partit Laburista ghax fil-gvernijiet ta’ Mintoff tas-snin 70 beda l-“welfare state” u allura ghandhom lealtà lejh ghax tahom xi haga.

Hemm zewg tipi ta’ pressjoni fil-familja … kemm dik li akkost ta’ kollox trid tivvota lill-partit li trabbew fiha, haga li ma naqbilx maghha, u dik li ghandha x’taqsam mal-valuri.

Imma ma nahsibx li kulhadd jivvota skond il-familja. Hemm min jivvota anke minhabba x-xoghol ghax jahseb li jekk ikun hemm gvern jew iehor ix-xoghol tieghu huwa iktar garantit. Per ezempju, qabel ir-referendum dwar l-UE kien hemm certu ‘employers’ li kitbu lill-haddiema taghhom biex jivvutaw iva. 

Anke jekk hawn hafna jhossu li ghandhom ikun leali lejn il-“partit tal-familja”, iktar ma jghaddi z-zmien iktar nahseb li n-nies qed ikunu riflessivi dwar lil min ghandhom jivvutaw.


Fl-istess waqt min il-familja tieghu zzomm ma’ partit u huwa jzomm ma’ iehor jigi ittimbrat bhala gakbin.
 
Ma nahsibx li dan hu gust. Fl-ahhar mill-ahhar bniedem ghandu dritt jivvota lil min irid. Imma jien nistaqsi wkoll: l-individwu dejjem jivvota ghall-interessi tieghu? Haddiem li jivvota partit li fil-gvern ’il hin kollu jghaddi ligijiet kontra l-haddiema ma nsejjahlux gakbin. Imma zgur mhux qed jivvota ghall-interessi tieghu. 

Fis-snin 80 fl-Ingilterra kien hemm il-gvern ta’ Margaret Thatcher … l-iktar gvern kontra l-haddiema li qatt kien hemm fil-pajjiz. Zmantella hafna industriji u ghadda hafna ligijiet kontra l-haddiema … imma Thatcher xorta wahda gabet hafna voti mill-haddiema! Kien hemm hafna haddiema Inglizi li fl-opinjoni tieghi ivvutaw kontra l-interessi taghhom.

F’Malta din naraha wkoll. Jekk ghandna l-process ta’ privatizzazzjoni u liberalizzazzjoni ghaddej, haga li ma tantx qed tigi diskussa fil-pubbliku, u hawn haddiema li lesti jivvutaw ghal dawn l-affarijiet qed jirrealizzaw x’inhuma l-konsegwenzi? Min-naha l-ohra hemm min jivvota ghall-interess purament tieghu u ma jaghtix kaz dawk ta’ haddiehor.

Per ezempju hija cara li f’Malta hawn kwistjoni ta’ l-gholi tal-hajja. Hadd ma jista’ jichadha. Imma forsi inti tigi taqa’ u tqum ghax ghandek paga gholja u allura tigi titmellah mill-hajja ta’ haddiehor. Jew tixtieq li tigi liberalizzata l-ligi tal-kera, ghax forsi ghandek proprjetà li qed tinkera bil-ftit, u tigi taqa u tqum li l-liberalizzazzjoni fil-ligi tal-kera tista’ taffettwa n-nies u jkun hemm min jista’ jispicca bla saqaf fuq rasu.

Li hu zgur li ma naqbilx li bniedem ghandek tghajjru traditur ghax wara xi 20 sena jivvota partit iddecieda li jivvota lil partit iehor.


Ghaliex tahseb li t-tielet partit qatt ma qabad?
 
Hemm ragunijet legali, socjali u politici ghal dan il-fattur. L-ewwelnett il-ligi elettorali ma tahdimx favur it-tielet partit ghax irid igib 17 fil-mija f’distrett mentri jekk igib 10 fil-mija fil-pajjiz kollu xorta mhux se jikseb siggu. Ara fl-elezzjoni ghall-Parlament Ewropew ghandhom iktar cans.

Hemm ukoll fatturi ekonomici. Survejs socjologici li saru matul is-snin juru li l-votant Malti jaghti l-ikbar importanza lill-valuri materjali bhax-xoghol u sigurtà. Hafna nies meta jivvutaw jaghmlu dan ghal ragunijiet materjali. Per ezempju, iridu serhan tal-mohh li x-xoghol taghhom ha jibqa’ garantit. Jew li t-taxxi mhux se joghlew.

U jekk l-iktar haga importanti hija s-sigurtà materjali, jigifieri l-flus fil-but u x-xoghol, iktar ha tivvota ghal partit kbira li ghandu cans ikbar ikun fil-gvern milli tirriskja u tivvota ghal partit zghir. 

Jista’ jkun ukoll li l-partiti z-zghar mhux jaghzlu l-issues tajbin. Per ezempju tal-ligi tal-kera ta’ l-AD hija issue li tappella ghal hafna nies? Jew meta l-AN qalet li ha taghlaq centru miftuh f’Hal Balzan kemm hawn nies li b’din il-proposta ha jiehdu ’l partit bis-serjetà?.

Jista’ jkun ukoll li l-partiti z-zghar mhux jokkupaw certi spazji. Fl-Ewropa hemm partiti li b’mod car huma xellugin jew lemin. F’Malta qed tigri din il-haga? Fuq ix-xellug hawn partiti li qed jokkupaw spazju li jezisti? Fl-opinjoni tieghi le. Fuq il-lemin forsi imma lanqas naraha b’mod car.

U mbaghad ghandek il-fattur tal-mezzi tax-xandir. Specjalment il-mezzi tax-xandir ta’ l-istat li jiddiskriminaw kontra l-partiti z-zghar minhabba r-regoli taghhom. Per ezempju l-Awtorità tax-Xandir iddeciediet li l-partiti z-zghar m’ghandhomx spazju fuq TVM … mhiex illegali imma lanqas m’hi moralment gusta.


In-numru tal-“floating voters” qed jizdied. Imma kemm tahseb li verament huma nies liberi li minn elezzjoni ghal ohra jivvutaw skond min ihossu li qed joffri l-ahjar politika? Jew iktar huma Laburisti u Nazzjonalisti moderati?
 
Il-kwistjoni tal-“floating voaters” tezisti. Hawn min hu moderat u jivvota skond min fl-opinjoni tieghu huwa l-ahjar partit f’dik l-elezzjoni partikolari. Fl-ahhar elezzjoni generali deher car li ghadd kbir ta’ “floaters” qablu mal-progett ta’ l-UE anke jekk huma Laburisti. 

Jien inhobb inhares lejn il-mezzi tax-xandir. U nistaqsi: il-media indipendenti thares lejn il-partiti bl-istess mod? Hu l-mod kif il-gurnali, partikolarment dawk tal-lingwa Ingliza, iharsu lejn proposti tal-partiti. F’din l-elezzjoni osservajt li kull proposta li hareg biha l-Partit Laburista l-media indipendenti kollha staqsew mistoqsijiet li ma staqsewhomx lill-partiti l-ohra. Hadd ma staqsa lill-PN biex jghid kemm se jigu jiswew il-proposti tieghu. Hadd ma staqsa lill-AD kemm l-effetti socjali tal-ligi tal-kera? Hadd ma staqsa lill-AN l-effett socjali bil-proposti fuq l-immigrazzjoni.

Mhux qed nghid li l-media indipendenti, dik li l-iktar jaqraw il-“floaters”, hija Nazzjonalista. Imma nara certu pregudizzju lejn certu politika li gejja mill-qasam tax-xellug. Lanqas m’hu qed nghid li l-“floaters” jivvutaw purament x’tghidilhom il-media imma jekk din kontinwament tistaqsi certi mistoqsijiet lil certu grupp u lill-iehor le thalli certu impatt ha thalli.

M’ghandi xejn, per ezempju, kontra Bondi+ imma meta tara kif il-programm janalizza l-proposti ta’ certu partit u ta’ iehor m’hemmx bzonn tkun la “floater” u lanqas socjologu biex tinduna l-bias fejn hu.

Barra minn hekk hemm xi haga ohra importanti imma li ma tantx tissemma … il-votanti l-godda. F’din l-elezzjoni generali se jkun hemm mas-27,000. Skond John Lane, socjologu Amerikan li ilu janalizza l-elezzjonijiet lokali ghal hafna snin, l-iktar fattur importanti f’elezzjoni generali huwa proprju huma. L-ewwelnett ghax ghandek numru kbir taghhom u t-tieni ghax ma jiftakrux certu issues tas-snin 80 u 90.

Hafna votanti zghazagh jew huma apolitici jew certu affarijiet ma jiftakruhomx u ghalhekk wiehed irid jara l-partiti x’qed joffru lill-votanti godda. Jafu jkunu huma li jiddeterminaw fejn se xxaqleb l-elezzjoni li jmiss.


Other Articles Main Page