Il-fliexken tal-Hgieg u dawk tal-Plastik – Andre’ Damato

L-Orizzont, 17 ta' Jannar 2008
http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=41306

 

Kumbinazzjoni jien persuna li sa xi snin ilu kont nikkolezzjona fliexken tal-luminata ta’ Malta, dawn jibdew minn tal-fuhhar tas-seklu sbatax, ikomplu ghal tal-hgieg tal-bocca, l-embossed, taz-zebgha u fl-ahhar tal-karta.  Illum dahlu tal-plastik.  Is-sistema tar-refilling f’pajizna hija wahda li rendiet hafna tul numru twil ta’ snin.  Tajjeb nghidu li l-medja tal-hajja ta’ flixkun tal-luminata tal-hgieg, jigifieri kemm il-darba jintuza, li l-kelma teknika hija trippage, f’Malta hija iktar minn tletin.  Sa xi sitt snin ilu, meta Farsons kien ghadu jbigh il-Hi-Spot, kont tista tara fliexken tal-Hi-Sport bl-arma tal-Canada Dry, fliexken ta’ kwazi ghoxrin sena ilu.  Illum tara fliexken tal-Coka u ta’ l-iSprite taz-zebgha, li dawn intlew ghall-ewwel darba fil-bidu tad disghinijiet.  Is-sistema rendiet ghaliex kwazi kull flixkun uzat f’post tad-divertiment jew domistikament kien jigi ritornat lid-distributur u filalment lill kumpanija tal-bottiljar.  Dawk il-flikxen li jintuzaw imkejjen ohra xorta wahda l-magoranza taghhom jingabru u jergghu jsibu ruhhom fis-sistema.  Dan mhux ghaliex konna minn dejjem xi poplu qalbna ma l-ambjent izda ghaliex jinghata kumpens ghal kull flixkun ritornat.  Il-fliexken li johorgu mis-sistema huma dawk li jinkisru, li jigu kkontaminati, jintilfu jew li jkollhom hafna brix tat-tindif.

Il-hajja ta’ flixkun tal-plastik hija kemxejn differenti minn dak tal-hgieg...

Il-fliexken tal-plastik li qedin jintuzaw issa huma tat-tip one-way, jintuzaw darba u jintremew.  Tajjeb nghidu li l-fliexken tal-plastic jistghu jergghu jintuzaw, cioe jkunu refillable, izda l-materjal Polyethylene terephthalate (PET) jrid jkun wiehed ibes u bi propretajiet partikolari bhal shatter-resistent.  Meta nuzaw sistema tar-refilling nnaqsu l-konsum ta’ l-ilma u l-energija, l-emissjonijiet tal-carbon-monoxide u ta’ gassijiet tal-effett serra, u l-generazzjoni tal-iskart solidu, kif ukoll jigi ffrankat iz-zejt li huwa r-rizors naturali li minnu naghmlu l-plastik, u li minnu niehdu l-energija sabiex nipproducu l-plastik.  Ghalhekk tajjeb li nikkonsidraw il-fliexken tal-plastik refillable u mhux il-fliexken one-way biss.  

Dwar ir-riciklagg tal-plastik…

F’pajjizi zvilluppati iktar minn Malta, terz jew inqas biss mill-fliexken tal-plastik jigu riciklati, u dan jinvolvi wkoll il-bzonn li jinhasslu l-fliexken.  Dan biex naraw kemm tigi ffrankata energija meta naghmlu Reuse u mhux Recycling.  Izda ovjament ir-Riciklagg ferm ahjar milli nitfghu l-fliexken taht jew fuq l-art.  Meta nirriciklaw il-plastik, ghandna hafna mit-tip ta’ beneficji ta’ meta naghmlu refilling, izda din id-darba l-gwadan huwa ferm inqas milli meta naghmlu Reuse.  Izda tajjeb nghidu li qabel Reuse u Recycle hemm ir-Reduce, ezempju fejn nistghu, flok nixtru l-fliexken tal-ilma ghad-dar naghmlu tajjeb jekk minflokk nixtru filter ta’ l-ilma, li b’hekk nnaqssu l-bzonn li jigu prodotti hafna fliexken bla bzonn.

Hemm hafna x’jista jsir, min-naha ta’ kulhadd, kemm bhala soluzzjoni temporanja kif ukoll wahda fit-tul.

L-ewwel li ghandu jsir b’mod immedjat huwa li ssir pressjoni qawwijja fuq l-UE sabiex terga tiddahhal il-ligi kontra l-fliexken non-refillable.  Sa dan it-tant il-gvern, il-produtturi, u importaturi ta’ minerali fil-kontineturi non-refillable, flimkien ma ghajnuna mill-UE, joholqu font sabiex jiffinanzjaw ir-ritorn tal-fliexken tal-plastik ghar-riciklagg jew prefibilment biex jerghu jintuzaw. Ovjament l-kumpens ghall-flixkun tal-plastik refillable ikun ghola minn dak ta’ wiehed ghar-riciklagg.  Ma dana kollu l-problema tal-kontenituri one-way mhix limitata biss ghall-fliexken tal-luminata, b’hekk xorta jrid isir investiment f-infrastruttura sabiex jigi rriciklat b’mod efficjenti l-PET u l-bottijiet tal-metal, anke jekk terga tiddahhal il-ligi.  Din l-infrastruttura hija ta’ investiment kbir, meta tqis ic-cokon ta’ pajjizna u tal-popoplazzjoni, u l-limitazzjonijiet kollha fil-gbir ta’ l-iskart.  B’hekk l-argument ta’ Malta lejn l-UE f’dan ir-regward ghandu jkun tat-tip,”You want it, you pay for it”.  Riedu li l-ligi kontra l-fliexken non-refillable titnehha, issa jew jhalluna nergghu ndahhluha jew jekk dan mhux possibli, ghandhom jiffinanzjaw din l-infrastruttura u kif ukoll sistemi tal-plastik refilling.   

B’sistema awtomatika jew manwali ta’ bring-in-sites apposta, fejn in-nies jinghataw kumpens ghal kull kontinatur tax-xorb non-refillable li jirritornaw, jew ghal kull ammont (skond il-piz).  Dan ikun jinkludi kemm bottijiet tal-metal u fliexken tal-plastik li dawn iridu jigu mlahalha u/jew mghafga skond il-bzonn.  Din is-sistema jaf ikollha ritorn ta’ qrib il-50%.

Fl-istess hin is-sistema ma tridx tagevola lil importatur iktar mill-produttur lokali, dan minhabba ragunijiet ekonomici u ambjentali.  Ambjentali fis-sens li l-gvern ehfef jikkontrolla kumpanija f’Malta milli wahda f’pajjiz barrani b’policies kontra l-isfruttar tal-ambjent.  Niftakru li peress li l-plastik huwa ehfef fil-piz, l-importazzjoni tal-minerali ibbottiljat illum sar iktar ekonomiku.  

L-eko tax fuq fliexken tal-plastik non-refillable hija gusta biss jekk min se jaghmel uzu mill-prodott kellu l-ghazla li jghazel prodott non-refillable minn prodott refillable; hija l-klassi tal-haddiema li ggor l-ikbar piz ta’ din it-tip ta’ taxxa.

Il-kultura li wiehed jiehu hsieb l-ambjent naturali hija pjuttost limitata f’pajjizna, b’hekk l-istat flimkien mal-kumpaniji parastatali rispettivi ghandhom ihejju pjan holistiku serju ta’ edukazzjoni ambjentali komprensiva fuq suggetti varji bhal: it-3 ’R’ ijiet, il-problemi fl-arja, l-effett tat-tniggis tal-ambjent fuq is-sahha, riciklagg, etc.. li tibda mill-klassi ta’ l-ewwel snin tal-primarja u tkompli fuq kull medja possibli. 

Jekk niehdu l-istorja dinija tar-refilling tal fliexken tax-xorb, dawn baqghu fis-sehh peress li kien hemm ligijiet u policies min-naha tal-gvern favur refilling.  F’suq kapitalista ibazat fuq il-konsum, hemm wisq pressjoni min kull kantuniera sabiex jintuzaw kontenituri one-way.  Ezempju tajjeb tas-success tar-refilling huwa l-Germanja fejn sa ftit snin ilu 80% tal-fliexken uzati ghall-minerali, birra u ilma kienu tat-tip refillable. Wara li wiehed janalizza dawn il-punti kollha, jaghraf li s-soluzzjoni li thalli l-iktar frott ghall-pajjizna hija li l-gvern u partijiet l-ohra ghandhom jaghmlu pressjoni serja fuq l-UE sabiex f’Malta terga tiddahhal l-istess ligi tar-refillables.   

andre.damato@gmail.com


Other Articles Main Page