MEPA Tehtieg Riforma - David Pisani

Illum, 30 ta' Marzu 2008 

 

Zmienijietna -Lehen ix-Xellug laqghet id-decizzjoni tal-Gvern sabiex jiffriza d-decizzjonijiet tal-MEPA sabiex din tigi riformata, ghalkemm dejjem emminna li din id-decizzjoni missha ilha li ttiehdet zmien ilu, wara decizzjonijiet inaccettabbli ghal zvilupp bhal dak ta' supermarket f'Hal-Safi; pompa tal-petrol gewwa Ta' Buqana u l- outline development permit ghal nightclub fil-Mistra.

Qed nappellaw lill-Gvern biex jimplementa ruling sabiex, hlief ghal zvilupp socjali b'importanza urgenti u nazzjonali, kull zvilupp li li jaqa' barra l-konfini ta' zvilupp u/jew li jmur kontra l-policies tal-MEPA jigi rrifjutat minnufih. Fost l-izvilupp li ghandu jigi rrifjutat hemm il-proposta ta' yacht marina u villagg turistiku gewwa Hondoq ir-Rummien; l-izvilupp ta' aparthotel fuq art vergni fil-Mellieha; l-izvilupp ta' villel u appartamenti lussuzi f'Ta' Cenc; u l-izvilupp ta' nightclub fil-Mistra. Proposti ghall-izvilupp ta' lukandi ghandu jigi kkunsidrat biss jekk jinvolvi siti li diga' intuzaw ghall-zvilupp turistiku, bhas-sit tal-Jerma Palace, u m'ghandhomx jiehdu iktar art vergni.

Zmienijietna -Lehen ix-Xellug temmen ukoll li l-MEPA tirrikjedi bidliet radikali fil-mod kif jittiehdu d-decizzjonijiet. Ic-cittadin komuni ghandu jkollu s-sahha kontra zviluppaturi li ghadhom igawdi minn poter sproporzjonat irrispettivament mil-bidliet ricenti fil-ligi dwar xoghol ta' kostruzzjoni. Tinhtieg partecipazzjoni akbar mis-socjeta' civili fil-process tat-tehid tad-decizzjonijiet u fil-process ta' l-infurzar. B'hekk jigu rapprezentati setturi bhal dawk socjali, ambjentali, ekonomici, ta' l-ippjanar, agrikoli, lokali, governattivi u ohrajn. Fl-ahhar mill-ahhar nishqu li l-ebda Gvern m'ghandu jahsel idejh mir-responsabilitajiet socjali u ambjentali.

Other Articles Main Page