Il-Poplu ta' Gaza u l-politika Israelita - David Pisani

It-Torca, 11 ta’ Frar 2008 Nr 68

 

Fis-26 ta’ Jannar l-Ghaqda Zminijietna –  Lehen ix-Xellug inghaqdet b’turija ta ‘ rispett u solidarjeta fil-jum Internazzjonali ta’ Azzjoni ghall-Poplu ta’ Gaza. It-territorju ta’ Gaza spicca msakkar kompletament, fejn il-poplu spicca  minghajr provvista ta’ l-ikel, energija, ilma nadif u servizzi medici.  Il-generatur ta’ l-energija f’Gaza kellu jaghlaq minhabba nuqqas ta’ fuel. L-isptarijiet sfaw affettwati ukoll, b’ ufficjali medici Palestinjani jirrapurtaw li hames pazjenti morda serjatament spiccaw mietu habba din il-konsegwenza.

F’dan il-jum l-Ghaqda Zminijietna tat il-kontribut taghha b’ittra mibghuta lill-Ambaxxaturi ta’ l-Israel u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ghal Malta, fejn fiha tlabna ghal waqfien immedjat ta’ l-assedju fuq il-poplu ta’ Gaza mill-Awtoritajiet Israeliti u ghal ftuh tal-fruntieri biex jaqsmu n-nies u t-taghbija. Shaqna wkoll ghal waqfien mill-isparar li jkopri t-territorji kollha u dawk kollha nvoluti fil-kunflitt.

Bhala Ghaqda nemmnu li l-assedju fuq il-poplu ta’ Gaza huwa att immorrali u vjolazzjoni tal-Ligi Internazzjonali. Minn perspettiva prattika, dan ser iwasal ghal iktar niket u sofferenza f’Gaza u iktar attakki fuq l-Israel, u mhux it-tmiem taghhom. L-alternattiva ghandha tkun wahda ta’ paci u prosperita’ ghall-Israeliti u l-Palestinjani. Nemmnu li l-uniku soluzzjoni gusta u vijabli tinstab fl-irtirar ta’ l-forzi ta’ l-okkupazzjoni Israeliti mit-territorji li gew okkupati fl-1967 kif inhu deskritt fir-rezoluzzjonijiet relevanti tal-Gnus Maqghuda, kif ukoll li jigi ffurmat stat indipendenti Palestinjan, b’Gerusalemm tal-Lvant bhala Belt Kapitali, ma gemb l-Israel.

Other Articles Main Page