L-Iskema ta' separazzjoni ta' l-Iskart tehtieg immaniggjar u ppjanar ahjar
- David Pisani

It-Torca, 27 Ta' April 2008

 

Zminijietna – Lehen ix-Xellug tinsab inkwetata dwar in-nuqqas ta’ ppjanar u mmanigjar tajjeb f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-iskema gdida ta’ separazzjoni ta’ l-iskart. Zminijietna tawgura li din l-iskema ma tkunx falliment fejn cittadini b’impenn civiku jispiccaw ihallsu talli qed jippartecipaw favur l-ambjent.

 Residenti, kumpaniji tal-gbir ta’ l-iskart u kunsilli lokali huma mghaggba bin-nuqqas ta’ mmanigjar tal-Gvern ghal din l-iskema. Il-kampanja massiva ta’ reklamar falliet, ghax id-data li giet reklamata ghall-bidu ta’ l-iskema ghaddiet. Issa jidher bic-car li l-Gvern m’ghandux pjan dwar l-iffinanzjar ta’ l-iskema wara l-perjodu ta’ prova ta’ xaharejn, minhabba nuqqas ta’ qbil dwar dan.

 Prezentament il-Kunsilli Lokali diga huma mghobbijin bl-ispejjez. Barra minn hekk, jekk ir-residenti ikollhom ihallsu ghall-boroz li ser jintuzaw ghal din l-iskema, ser ikun hawn sitwazzjoni ta’ farsa fejn dawk li jippartecipaw ihallsu filwaqt li dawk li ma jippartecipawx ma jhallsux. Dan imur kontra l-principju ta’ min ihammeg ihallas. Zminijietna qed theggeg lill-Gvern biex jiffinanzja din l-iskema permezz tad-dhul prezenti mill-eco taxxa, u mhux billi jzid iktar pizijiet.


Zminijietna qed tappella lill-Gvern biex ikun iktar serju fl-immanigjar ta’ din l-iskema, li ahna nappoggjaw, sabiex in-nies ikunu inkuraggiti li jippartecipaw, specjalment minhabba li l-bring-in sites f’Malta m’humiex accessibbli ghal kullhadd.


Other Articles Main Page