Malta qed tistenna muntanji ta’ fliexken tal-plastik - David Pisani

It-Torca, 13 ta' Jannar 2008
http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=6540

 

 L-introduzzjoni ta’ fliexken tal-plastik fis-suq Malti ghal xorb minerali ser jirrizulta f’muntanji ta’ skart tal-plastik, li johloq hsara ambjentali u lis-sahha tan-nies. L-Unjoni Ewropea ma hallietx lil Malta zzom is-sistema precedenti fejn ma setax ikun hemm fliexken tal-plastik ghal xorb minerali. Din is-sistema kienet ekologikament sensibbli, ghax hafna fliexken tal-hgieg kienu jigu ritornati lura. F’isem is-suq hieles u neo-liberalizmu, l-UE qalet li Malta kienet qed tiddiskrimina kontra fliexken tal-plastik. Ir-rizultat ser ikun miljuni ta’ fliexken tal-plastik fil-landfills ta’ Malta, li diga’ ghandhom piz kbir hafna fuqhom minhabba skart eccessiv. Minbarra l-piz finanzjarju fuq l-istat, dan ser jirrizulta fi hsara lill-ambjent u lis-sahha tan-nies.
 
Ma tantx hemm sens li tiddefendi l-ambjent u fl-istess hin tippromwovi politika ekonomika neo-liberali. Il-kommodifikazzjoni u l-ekologija ma jithalltux. Argumenti b’nofs qalb u apologetici dwar ir-riciklagg tal-fliexken tal-plastik huma mwehhla f’mod ta’ hsieb kapitalista ta’ produzzjoni bla razan u rhisa, li fl-ahhar mill-ahhar qed taghmel hsara kbira ambjentali. Il-kapitalizmu huwa l-ikbar kagun tal-bidla fil-klima.

Zminijietna – Lehen ix-Xellug temmen li jkun bla sens minn jargumenta favur ‘flat-rate’ tax fuq il-fliexken tal-plastik jekk in-nies m’ghandhomx ghazla hlief li jixtru dawn il-fliexken. Fl-ahhar mill-ahhar, hija l-klassi tal-haddiema li tispicca ggor l-ikbar piz b’din it-tip ta’ taxxa. Minflok ghandu jkun hemm pressjoni fl-UE sabiex il-fliexken tal-plastik eventwalment ma jibqghux jintuzaw. Din hi l-uniku politika onesta li permezz taghha ma jkunx hemm hsara ambjentali akbar”.

Other Articles Main Page