Kuba; Minn Fidel ghal Raul - Christopher Cutajar

It-Torca 11ta' Marzu 2008

 

It-thabbira li Raul Castro, hu Fidel, gie elet President ta’ Kuba, ma tat l-ebda sorpriza lill-osservaturi politici. Jinghadu hafna affarijiet dwar Raul; li huwa miftuh aktar ghall-mudell Ciniz milli huwa huh (cjoe’ lest li jara aktar it-thaddim ta’ l-ekonomija tas-swieq), li lest itejjeb ir-relazzjonijiet ta’ Kuba ma’ l-Istati Uniti, li huwa mohh kbir rigward il-formazzjoni ta’ l-armata ta’ Kuba Revoluzzjonarja u li huwa l-id il-leminija ta’ huh. Fid-diskors ta’ nhar il-hadd Raul qal li “jezisti Commander in Chief wiehed ghal Kuba, u dan huwa Fidel Castro Ruz”. Dan certament qalu biex jirrikonoxxi l-istatura politika li huh igawdi f’Kuba, u mill-masses popolari Latin-Amerikani. Qalu wkoll biex juri ruhu icken mis-siggu li nghatalu nhar il-Hadd.

Nirrikonoxxi zewg mumenti partikolarment difficli ghal Kuba mir-rebha revoluzzjonarja socjalista ta’ l-1959 lil hawn. L-ewwel - L-invazjoni Amerikana fil-Bajja tal-Qzieqez fl-1961, li li kieku ma ntlahaqx ftehim bejn l-iStati Uniti u l-Unjoni Sovjetika dak iz-zmien, setghet titqajjem it-Tielet Gwerra Dinjija. It-Tieni – Il-waqa’ ta’ l-Unjoni Sovjetika li dahhlet lill-Kuba f’dak li Fidel isejjahlu il-‘Perjodu Specjali’. Peress li Kuba kellha ekonomija ssussidjata minn dik Russa, fejn l-Energija, l-Industrija u l-Esportazzjoni kienu kollha jiddependu mir-relazzjoni taghhom ma’ l-Unjoni Sovjetika. B’tibdiliet li ghamlu fil-kostituzzjoni ta’ l-1992 li biha ppermettew aktar inizjattiva ekonomika, u anke permezz ta’ bidliet fil-metodi li bihom jahdmu l-ghelieqi permezz ta’ biedja organika u billi nsistew li l-edukazzjoni u s-sahha jibqghu kompletament b’xejn u ta’ l-oghla livell ghal kulhadd; irnexxielhom jemancipaw ruhhom hafna aktar ekonomikament u jiksbu il-vera helsien ghal pajjizhom.

Ghazla tajba?

Wara li rajna iz-zewg mumenti partikolarment difficli li Kuba ghaddiet minnhom fl-ahhar 49 sena, nistghu nghaddu ghall-mument partikolari li Kuba ghaddejja minnu llum. Jekk hux se jkun difficli jew le, ghadu kmieni biex nghiduh dan. L-ahjar haga f’dan l-istadju hu li naraw ghaliex il-bidla fit-tmexxija kien pass ghaqli, u nikkunsidraw jekk Raul huwiex l-ghazla t-tajba.

Nafu li tmexxija Kommunista hafna drabi gabet maghha l-kult tal-personalita’. Il-personalita’ tat-tabib revoluzzjonarju Argentin, Ernesto Guevara De La Sierna, maghruf bhala c-‘Che’, tintuza ferm gewwa Kuba, kemm fl-iskejjel, kemm fit-toroq u anke fuq il-karta stampata bhal fil-kotba u l-gazzetti. B’hekk ic-‘Che’ jintuza bhala l-akbar martri tar-revoluzzjonarji. Fidel huwa stmat ghall-mod kif irnexxilu bl-intelligenza u l-karizma tieghu japplika l-politika. Politika li nehhiet l-illitterizmu, gabet livelli tas-sahha rekord mhux biss fil-pajjiz izda anke internazzjonalment. Per ezempju, ir-rata ta’ mwiet tat-trabi f’Kuba hija wahda mill-anqas fid-dinja. B’hekk Fidel f’ghajn is-sostenituri tar-Revoluzzjoni f’Kuba huwa dak li gab ir-rizultati u gab il-bidla socjali. Narah bhala pass ghaqli ferm ghall-Kuba li t-tmexxija inghatat f’idejn haddiehor qabel ma huwa miet, dan huwa pass li jassigura li l-bidliet mehtiega jsiru bil-kalma, minghajr qatt ma jkollok lil Kuba tinqabad fuq sieq wahda quddiem il-pajjizi li ma jahmlux it-tmexxija ta’ din il-gzira fil-Karibew. Jekk niehdu l-ezempju ta’ x’gara bir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja wara l-mewt ta’ Tito, nikkonfermaw li dan kien pass ghaqli. Ghalkemm il-kuntest Jugozlav huwa ghal kollox differenti.

L-ghazla ta’ Raul, naraha bhala ghazla tajba jekk dan il-mexxej se jitqies bhala wiehed tranzitorju. Jigifieri dak il-mexxej li se jservi ta’ pont biex Kuba jkollha l-bidla lejn generazzjoni gdida ta’ mexxejja. Raul kien hemm fis-26 ta’ Lulju, 1953 meta sar l-attakk fuq il-Monkada ‘Barracks’, fl-ewwel theddida konkreta li l-moviment immexxi minn Fidel pogga fuq il-gvern ta’ Fulgencio Batista. Raul kien fuq il-lanca msemmija Granma meta fl-1956, tmenin gwerrillier telqu mill-Messiku ghal Kuba biex tinbeda r-revoluzzjoni. Raul iggieled tliet snin shah biex ir-revoluzzjoni tkun rebbieha. B’dan irrid infisser li f’ghajnejn in-nies Raul huwa l-persuna li bill idu fit-tajn, u bl-ebda mod ma jista’ jitqies bhala opportunist, minn dawk involuti fi kwlunkwe’ saff politiku gewwa Kuba. Raul jaf ukoll bid-decizjonijiet amministrattivi li Kuba hadet f’dawn l-ahhar hamsin sena. Ghandu l-esperjenza u l-hila mehtiega biex imexxi Kuba. Madanakollu, Kuba ghandha thejji ruhha sabiex tara liema hi dik il-generazzjoni zaghzugha ta’ mexxejja li ghandha l-kredenzjali mehtiega biex tkompli tibni s-socjalizmu gewwa Kuba, ghaliex wara kollox Raul ghandu 76 sena u mhux 46.

Jekk Kuba spiccat wehidha tmintax-il sena ilu, dan ma ghadux il-kas illum, bi Gvernijiet tal-Venezwela, Ecuador, Brazil, Argentina, Bolivja, Nikaragwa u c-Cile jkunu kollha ta’tendenza xellugija, min b’aktar u min b’anqas. Dan ipoggi lil Kuba b’allejati vicin taghha, u mhux hafna l-boghod minnha. Dan jaghmel l-affarijiet aktar facli ghar-relazzjonijiet kummercjali u diplomatici ta’ dan il-pajjiz.

Irridu naraw xi spazju se tibqa’ tinghata l-espressjoni religjuza taht Raul. Irridu naraw ukoll jekk Raul hux se jimxi lejn sistema plurali f’dak li ghandu x’jaqsam mas-sistema politika tal-pajjiz. Fuq hafna affarijiet irridu naraw hux se jkun hemm tibdil jew le, biex inkunu nistghu niggudikaw. Li dan il-mument huwa partikolari ghal Kuba hadd ma jista’ jichdu. Jekk huwiex se jkun difficli, dan hadd ghadu ma jista’ jghidu.

U d-demokrazija f’Kuba?

Malli ezatt issemmiet l-ahbar li Fidel kien qed ihalli t-tmun ta’ Kuba f’idejn haddiehor, il-President ta’ l-iStati Uniti, George W. Bush, mill-ewwel hataf l-okkazzjoni, u mill-pajjiz Afrikan tar-Rwanda, qal li issa huwa l-mument biex id-demokrazija tithalla tinghata spazju gewwa Kuba. Hawnhekk naraw il-kilba li l-iStati Uniti ghandha, bit-tmexxija prezenti, li tara lill-Kuba titmexxa’ bil-mod kif trid hi. Id-demokrazija, fiha tifsira tal-wahx, meta tkun imsemmija minn persuna bhal Bush. Dan qalilna li gab id-demokrazija fl-Iraq. Kull ma gab fl-Iraq huwa qtil ta’ nies innocenti, tkissir ta’ fabbriki u djar tan-nies, serq taz-zejt, glied bejn il-Musulmani Shiiti u dawk Sunni, u glied bejn Iraqqin u suldati skjavi ta’ l-imperjalizmu. Jekk din hi t-tifsira tad-demokrazija, mela ejja nhallu lill-Kubani jibqghu imexxu lill-Kuba. Id-demokrazija gewwa Kuba ma tivvotax lil min l-aktar ikun nefaq flus f’kampanja elettorali. Ma tivvotax lil min jixtri lill-midja, biex ikollu l-gazzetti, t-televixin u l-internet favorih. Id-demokrazija gewwa Kuba ghandha rapprezentanti f’kull lokal, u fl-assemblea nazzjonali teleggja 609 membri biex jirraprezentawha.

Mill-1959 lil hawn Kuba rnexxielha teghleb bizibilju ta’ sfidi bl-intelligenza tan-nies taghha, u bl-intelligenza li s-sistema edukattiva f’Kuba irnexxielha xxerred mill-bidu tar-rebha revoluzzjonarja. Il-Kubani ghandhom l-idejat u l-hiliet mehtiega biex lill-pajjizhom imexxuh bl-ahjar mod. Bil-politika realista li biha l-Gvern Kuban jimxi, ghandu l-appogg tal-poplu Kuban, li jaf li l-politika li thares il-kwalita’ tal-hajja tan-nies hija politika li tirnexxi. Nawgura lil Fidel Castro l-itwal ghomor, sabiex fih ikompli jaghtina l-analizi tad-dinja politika tal-lum u joffrilna suggerimenti varji biex l-isfidi ta’ ghada jkunu jistghu jinghelbu u s-socjalizmu jkun jista’ johrog dejjem rebbieh. Nawgura wkoll lil huh Raul sabiex ir-responsabilita’ fdata lilu juzaha bl-ahjar mod ghall-gid tal-poplu Kuban, u ghall-binja tas-socjalizmu madwar id-dinja.

Christopher Cutajar
Segreatarju Internazzjonali
Zminijietna Zghazagh tax-Xellug
www.zminijietna.org/zzx  

Other Articles Main Page