Referendum ghat-trattat ta’ l-UE - David Pisani

L-Orizzont - 07/01/08

 

 
Sur Editur,

Ÿminijietna – Leœen ix-Xellug qed tappella lill-partiti politiçi u l-gœaqdiet tas-soçjetà çivili Maltin biex jibdew dibattitu nazzjonali dwar il-œtieæa gœal referendum dwar it-trattat ta’ l-Unjoni Ewropea. Preÿentament Ÿminijietna qed tappoææja l-kampanji madwar l-UE favur referendum dwar it-Trattat. Il-proçess gœar-referendum f’Malta dwar it-Trattat ta’ l-UE gœandu jagœti l-opportunità lill-pubbliku Malti biex jiddiskuti u jiddeçiedi dwar kwistjoni fundamentali li tifforma parti mid-demokrazija ta’ kuljum. Hi œaæa ta’ l-gœajb li f’Malta bosta opinjonisti u organizzazzjonijiet tas-soçjetà çivili mhux qed jiddiskutu l-œtieæa ta’ referendum. Dan jgœodd l-aktar gœal dawk kollha li kienu gœamlu kampanji gœal referendum dwar id-dœul ta’ Malta fl-UE. Attwalment l-attentat tal-Kummissjoni Ewropea u bosta gvernijiet nazzjonali – fosthom dak ta’ Malta – li jxekklu d-dibattitu hu inaççettabbli u juri diÿrispett kbir lejn id-demokrazija u lejn il-verdett tal-popli Françiÿi u Olandiÿi fir-referenda tal-2005 li rriæettaw il-Kostituzzjoni Ewropea li æiet proposta. Il-kliem ermetiku ta’ Valery Giscard d’Estaing, id-disinjatur tal-Kostituzzjoni Ewropea juru diÿrispett kbir lejn id-demokrazija. F’ittra miftuœa li kien kiteb fil-gazetta Le Monde u xi gazzetti Ewropej xi æimgœat ilu, huwa qal li t-Trattat ta’ l-UE u l-istess bœall-Kostituzzjoni li æiet riæettata, u hu l-format biss li æie mibdul, biex b’hekk jiæu evitati r-referenda”.

Ÿminijietna – Leœen ix-Xellug qed tappoææja numru ta’ kampanji madwar l-UE favur referendum dwar it-Trattat. It-trattat kif inhu propost jistituzzjonalizza n-neo-liberaliÿmu f’oqsma varji u jippromwovi aktar militariÿmi. Gœall-kuntrarju, flimkien ma’ bosta partiti u gœaqdiet non-governattivi tax-xellug, Ÿminijietna – Leœen ix-Xellug hi kunfidenti li jista’ jkun hemm Ewropa oœra – Ewropa Soçjali ta’ koperazzjoni, progress soçjali, ekonomiku u ambjentali, u paçi”. Gœalhekk qed nappellaw lil dawk favur referendum biex jiffirmaw petizzjoni fuq is-sit http://x09.eu.

Articles Main Page