Nuqqas ta' sahha u sigurta' fuq ix-xoghol hu reat - David Pisani

ILLUM, 13 ta' Jannar 2008

 
 
Huwa ta' dispjacir li nibqghu nisimghu bi stejjer ta' haddiema li jweggghu jew imutu fuq il-post tax-xoghol. Ricenti kellna l-ahbar ta' mewt ta' haddiem u iehor li korra flimkien ma' shabu fuq il-post tax-xoghol. Wasal iz-zmien f'Malta li jiddahlu  mizuri qawwijin biex jizguraw is-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol. F'bosta postijiet tax-xoghol hemm nuqqas ta' mizuri ghas-sahha u sigurta'. Inutli jkun hemm ligijiet minghajr enfurzar serju. Prezentament jezistu biss ghaxar ufficjali ta' l-enfurzar li jridu jlahhaqu ma' eluf ta' postijiet tax-xoghol, inkluz madwar 40,000 xoghol ta' kostruzzjoni. Bizzejjed wiehed ihares lejn hafna siti ta' kostruzzjoni biex jara n-nuqqas ta' enfurzar, ghad-detriment ta' haddiema u residenti.

Zminijietna - Lehen ix-Xellug hi tal- fehma li l-mizuri ta' sahha u sigurta' fuq il-post tax-xoghol jiswew il-flus, u din hi raguni ewlenija ghalfejn bosta sidien u kuntratturi tal-bini mhux qed jdahhlu dawn il-mizuri. Izda sa dan it-tant, haddiema qed jitilfu hajjithom jew ibatu minn griehi. Dan hu ezempju car ta' reat ta' sidien li mhux qed jigi trattat mill-istat. Fattur iehor li jehtieg li jigi ndirizzat huwa li l-fatt li bosta sidien, inkluz dawk li jaghtu servizz lill-istat, ma jhallux lill-haddiema taghhom jissiehbu f'unjins tal-haddiema, li qed jirrizulta wkoll f'nuqqas ta' mizuri ta' sahha u sigurta', minhabba li l-vuci tal-haddiema qed tigi mahnuqa. L-istess jista' jinghad ghal sidien fl-ekonomija s-sewda li joffru kundizzjonijiet mill-aghar ghall-haddiema li m'ghandhomx ghazla hlief li jaccettaw, bhar-refugjati.

Haga ohra tal-misthija hi li tenders tal-gvern ma' jinkludux kundizzjonijiet sura ta' xoghol. Dawn huma ftit mill-punti li Zminijietna - Lehen ix-Xellug theggeg biex jigu diskussi fis-seminar Nazzjonali li ser jittellgha fl-ahhar tax-xahar mill-GWU dwar is-sahha u sigurta.

Zminijietna - Lehen ix-Xellug tappella ukoll lill-unjins biex jinghaqdu u jiehdu pozizzjoni iebsa fuq din il-kwistjoni.