Tislima lil-Fidel Castro Andre' Damato

L-Orizzont, 28 ta' Frar 2008

 

F’ Settembru li ghadda kelli l-opportunita li nzur Kuba mal-brigata Ewropeja li ssir kull sena, f’isem il-Malta-Kuba. Ghalkemm ma kellix ic-canz nara lil Fidel inniffsu, kelli l-opportunita li nara b’ghajnejja l-frott tar-revoluzzjoni Kubana, li taghha Castro kien l-figura principali ghal dan l-ahhar nofs centinarju. 

Kuba llum ghalkemm mhux pajjiz perfett, jew xi genna socjalista, tgawdi min rata t’alfabetismu ta’ l-fuq min 97%.  Dan permezz ta’ sistema edukattiva vasta u universali, li mhux talli hija b’xejn, izda l-istudenti ghandhom l-opportunita li minn eta’ sekondarja jghixu f’kulleggi ffinanzjati mill-istat.  Tgawdi wkoll minn rata ta’ mortalita infantili ta’ kwazi 6% u medja ta’ tul tal-hajja tal-fuq min 77.6 sena, dan permezz ta’ sistemi tas-sahha socjali b’xejn u universali.  Dawn is-servizzi socjali ta’ sahha u edukazzjoni huma fost l-ahjar tad-dinja, u dan hu kkonfermat minn istituzzjonijiet indipendenti bhall-Gnus Maqghuda.

Kuba tahdem hafna fil-kamp ta’ soledarjeta’ internazzjonali fejn toffri edukazzjoni terzjarja b’xejn lil studenti fqar min pajjizi ohrajn, specjalment mil-Afrika u l-Amerika Latina.  Tajjeb nghidu, li hemm xi studenti mill-Istati Uniti li qed igawdu minn din is-sistema ukoll.  Kuba llum tghin ukoll eluf ta’ Venezweljani permezz ta’ progetti tas-sahha holistici, li jinkludu minn operazzjonijiet fuq l-ghajnejn, ghotjiet ta’ farmacewti sa tahrig ta’ tobba u infermiera.  Kuba kienet wiehed mil ftit pajjizi li ghen permezz t’assistenza militari u teknika fil-glieda kontra l-imperjalizmu u favur l-independenza f’pajjizi gewwa l-Afrika bhal l-Algerija, il-Guinea Bissau, l-Angola, il-Mozambique, in-Namibia u l-Afrika t’isfel.  Tajjeb infakkru li kien propju Kuba, l-ewwel pajjiz li zar Nelson Mandela meta lahaq president ta’ l-Afrika t’isfel, sabiex jiringrazzja lil dan il-pajjiz li ghalkemm zghir u b’problemi tieghu xorta sab r-rizorsi sabiex juri s-solederjeta’ mal-pajjizi ta’ l-Afrika.  Dan kollu minkejja l-ostilita’ u l-imblokk ekonomiku minn gvernijiet ta’ l-Istati Uniti, u storja ta’ hidma kontinwa tas-CIA f’operazzjonijeit covert fuq l-istess Kuba u Fidel innifsu.

Naghlaq billi ninaqghad mal-poplu kuban u ma miljuni kbar ohra fid-dinja billi nirrigrazzja u nsellem lil Fidel Castro li tant hadem sabiex l-poplu tieghu u ta’ pajjizi ohra jinqalghu mil-faqar u l-mizerja u jgawdu hajja ahjar.  

Other Articles Main Page