Transport pubbliku hu servizz pubbliku essenzjali - David Pisani

Illum, Il-Hadd 27ta’ Lulju 2008

 

F’reazzjoni ghall-azzjoni industrijali tat-trasport pubbliku, Zminijietna – Lehen ix-Xellug tqies li trasport pubbliku huwa servizz pubbliku essenzjali. Il-Gvern f'dan il-qasam, nemmnu li ghandu jassumi iktar responsabilita’ sabiex jigi zgurat transport pubbliku accessibbli, nadif, irhas u efficjenti. Dan hu l-aqwa garanzija ghal-futur kontra l-kongestjoni tat-traffiku u kontra zieda fid-dhahen.

Zminijietna tappella ukoll li kull riforma f'dan il-qasam ma' ghandhiex tigi rizolta bi tnaqqis fl-impjiegi.

Sa dan it-tant, Zminijietna – Lehen ix-Xellug laqghet il-fatt li l-hsieb tal-gvern u li jintaxxa aktar il-karozzi godda u lussuzi li jikkonsmaw uzu eccessiv ta’ fuel. Din il-mizura taghmel sens kemm ekologikament u anka socjalment. L-appell taghna hu li l-Gvern ma jzidx pizijiet godda fuq haddiema u nies bi dhul baxx jew medji sabiex jikkumpensa ghal nuqqas ta’ dhul minhabba r-riformi f’dan il-qasam.  

Other Articles Main Page