Xi prioritajiet ghandu jkollu l-Partit Laburista? - Christopher Cutajar

Illum, 28 ta’ Mejju 2008

 

Wara l-hatriet tal-5 u t-12 ta’ Gunju li gej, il-Partit Laburista ghandu jara li li jitranga internament u li jkun pro-attiv fil-hidma tieghu. Bhala Partit tal-Haddiema, il-partit Laburista m’ghandu ghalfejn jiddejjaq xejn ipoggi fil-quccata tal-prioritajiet tieghu il-kwistjoni tal-kwalita’ tal-hajja tal-Klassi tal-Haddiema.

Sabiex ikun jista’ jkun effettiv fis-socjeta’ taghna, il-Partit ghandu l-ewwel jara li jnehhi d-divergenzi ezistenti fl-istrutturi tieghu. Irwoli li ghandhom il-potenzjal ikunu divergenti fi hdan il-Partit ghandhom ikunu definiti bl-aktar mod car fil-bidu tal-hatra taghhom, sabiex tinholoq l-armonija bejniethom. L-ghaqda fost il-Partit ghandha tkun biss kwestjoni bazilari li sservi ta’ punt tat-tluq fit-tishih tieghu.

Kwestjonijiet importanti li ghandhom ikunu affaccjati mill-Partit tal-Haddiema fil-Legizlatura li jmiss huma certament dawn li gejjin;

Access ghall-propjeta’ mill-Klassi tal-Haddiema

Il-Partit Laburista ghandu jaghmel pressjoni shiha kontra l-ispekulazzjoni tal-propjeta’, u ta’ l-artijiet. L-gholi fil-prezzijiet tal-propjeta’ qieghda tikkundizzjona l-qaghda ekonomika tal-maggoranza taz-zghazagh li jfittxu li jkunu sidien tal-propjeta’ li jghixu fiha. Tinhass ukoll il-problema li spazji li qabel kienu miftuha b’access bla hlas ghal kulhadd, illum il-gurnata qed ikunu ristretti ghal min ikun lest li jhallas. Ezempju car huwa ghadd kbir ta’ grawnds tal-futboll, li ghalkemm hafna minnhom sar sew li gew modernizzati, zgur li n-nuqqas ta’ accessibilita’ taghom relatat ma’ qabel m’huwiex fattur pozittiv.

Politika ambjentali li thares il-htigijiet socjali tal-Klassi tal-Haddiema

Il-Partit Laburista ghandu jkollu politika cara rigward l-Ambjent u nemmnu li b’mod car ghandu jippromwovi is-sostenibilita’ ekologika. Il-Partit Laburista ghandu jieqaf jipprova jzomm il-ballun politiku tieghu favur min jispekula u fl-istess waqt ikun favur dawk l-ghaqdiet ambjentalisti li jezistu f’Malta. Il-Partit Laburista jista’ facilment jipprogetta politika Ambjentali li tpoggih l-iktar Partit kredibbli rigward il-kwestjonijiet Ambjentali li jkun qed jaffaccja l-pajjiz. Jekk jibni pontijiet godda ma’ dik is-sezzjoni tas-Socjeta’ Civili li ghandha ghal qalba l-Ambjent, certament li jkun qed jattira lejh dawk il-Hodor-Ambjentalisti li s’issa ghadhom ma identifikawx ruhhom mieghu.

Il-Klassi tal-Haddiema Maltija hija inkwetata ferm rigward il-futur li jista’ jkollu l-Ambjent rurali taghna, li huwa spazju tajjeb ferm ghar-rikreazzjoni tal-familji taghha. Fl-istess waqt in-nuqqas fil-kwalita’ ta’ l-estetika u pjanar ta’ spazji urbani f’pajjizna, zgur li hija ta’ inkwiet ghal gruppi shah ta’ residenti f’Malta u f’Ghawdex. Jekk il-Partit Laburista jinfiltra f’dawn il-kwestjonijiet, u jpoggi ruhu bhala difensur ta’ tali gruppi, isahhah il-hajja fi hdan l-istess moviment u jirnexxilu jilhaq aktar nies.

Edukazzjoni li tilhaq il-htigijiet ta’ kull klassi fis-Socjeta’

Il-Partit Laburista ghandu jara li jressaq ‘l quddiem proposti favur edukazzjoni komprensiva li tnehhi kull tip ta’ elitizmu u selettivizmu fi hdan is-sistema edukattiva taghna. Ahna ta’ Zminijietna Zghazagh tax-Xellug nemmnu li jekk il-Partit Laburista jrid jara s-socjeta’ taghna, wahda egalitarja, li taghti opportunitajiet indaqs lic-cittadini taghha, m’ghandu ghalfejn jibza’ xejn li jpoggi tali politika fuq quddiem ta’ l-agenda tieghu. Certi, li jekk jinkludi diversi individwi prominenti fil-qasam edukattiv Malti, fosthom intellettwali midhla f’dan il-qasam, isib appogg shih. B’hekk ikun jista’ jifformula politika li jisparala kemm jisparala l-avversarju politiku, ma tkun tista’ tittaqqab b’xejn.

Aktar potenzjal ekonomiku ghall-Klassi tal-Haddiema

L-ghaqda taghna turi l-inkwiet taghha dwar kwestjonijiet kurrenti li diversi gruppi ta’ haddiema ghaddejjin minnhom, bil-kawza principali tkun il-globalizzazzjoni kapitalista. Il-haddiema ta’ l-ST MicroElectronics u tat-Tarznari, certament li raw zminijiet ahjar matul il-perjodu taghhom fl-impjieg li jhaddnu f’dawn il-kumpaniji. Nemmnu li l-Partit Laburista ghandu juza s-sahha Parlamentari tieghu f’pajjizna u anke fil-Parlament Ewropew biex ipoggi fuq quddiem il-kawza ta’ diversi haddiema li qed jaraw il-hobza ta’ kuljum mhedda.

M’ghandu jiddejjaq xejn jaghmel dan fi shab mall-Gvern, jekk l-ghan ta’ tali hidma tkun li jkun salvagwardjat is-sors ta’ l-ghixien ta’ diversi haddiema. Ghandu wkoll joffri spazji sabiex l-Unjins jahdmu aktar flimkien, bl-ghan li jsir il-progress fil-kundizzjonijiet tax-xoghol li fihom iwettqu hidmiethom il-haddiema ta’ pajjizna.

Il-Partit Laburista ghandu jara li kwestjonijiet negattivi li jezistu fid-dinja tax-xoghol Maltija ikunu affaccjati. Il-Partit Laburista ghandu jara li l-kwestjonijiet ta’ paga minima li ma tirriflettix l-gholi tal-hajja li qed jaffaccja pajjizna setturi ta’ haddiema li huma mhaddma b’kundizzjonijiet li jiffavorixxu biss lil min ihaddem, permezz ta’ toqob li jinstabu fil-ligijiet tax-xoghol (ez. haddiema rregistrati bhala self-employed biex ma jibbenefikawx mid-drittijiet li joffri mpjieg full-time)

kuntratti tax-xoghol li jinghataw lil kumpaniji privati mill-Gvern ma jispiccawx ihallu t-twettieq ta’ prattici ta’ xoghol ingusti. Tali prattici, ghalkemm ma jiksrux il-ligi, xorta ma humiex denji li jezistu fi zminijietna diskrepanzi fil-ligijiet tax-xoghol

Mizuri biex dawn il-kwestjonijiet ikunu affaccjati, ghandhom jittiehdu bi dritt u mhux b’sens ta’ talba fil-konfront tal-Gvern. Preparazzjoni u assertivita’ sabiex dawn il-kwestjonijiet ikunu miggielda, ghandhom isiru biss favur il-kwalita’ tal-hajja tac-cittadini Maltin u zgur fl-ahhar mill-ahhar iservu sabiex indirettament jinholqu alleanzi socjali godda mill-Partit. Il-Partit Laburista ghandu sehem kbir x’jaghti lis-Socjeta’ Maltija, aktar u aktar meta tqis li min ghandu l-mezzi tal-Kapital qieghed dejjem aktar jinghaqad (ez. il-Federazzjoni ta’ l-Industriji u l-Kamra tal-Kummerc li inghaqdu haga wahda).

Evalwazzjoni finali

Zminijietna Zghazagh tax-Xellug, qieghda tressaq quddiem il-qarrejja ta’ din il-gazzetta dawn il-proposti taghha, ghaliex temmen li l-Partit Laburista bhala Partit tal-Haddiema, m’ghandu bl-ebda mod jara li jekk jemfasizza fuq il-kwestjonijiet li jhufu madwar hajjet il-Klassi tal-Haddiema, ikun b’xi mod qed ipoggi ruhu barra mill-kuntest ta’ zminijietna. Nemmnu li setturi shah ta’ haddiema, ihossu li m’humiex rapprezentati bizzejjed f’pajjizna, u li hemm spazju politiku kbir, li ahna certi li l-Partit Laburista ghandu l-hila li jimla’ b’success.

Il-Partit Laburista ghandu jahdem ghal alleanza politika aktar inklussiva u wiesgha li tinkludi partiti u ghaqdiet ohra tax-Xellug. Fl-istess waqt ghandu jiftah aktar dirajgh lejn organizazzjonijiet tas-socjeta' civili minn oqsma varji. Sforz akbar ghandu jsir sabiex nies  minn klassijiet u kategoriji differenti ihossuhom aktar komdi jidentifikaw ruhhom ma’ dan il-Partit, u dan jista’ jsir permezz ta’ politika li tippromwovi drittijiet civili li sa issa ghadhom ma sabux posthom f’pajjizna.

Ghalina ta’ Zminijietna Zghazagh tax-Xellug huma tlieta l-principji li ghandhom jinghataw l-aktar importanza mill-Partit Laburista fiz-zmien li gej. Dawn huma; il-gustizzja socjali, l-ugwaljanza u s-sostenibilita' ekologika.

Christopher Cutajar
PRO u Segretarju Internazzjonali
Zminijietna Zghazagh tax-Xellug

Other Articles Main Page