Diskussjoniji Publika - Hidma Flimkien fis-Socjeta’ Civili

15 ta’ Novembru 2008

 

Id-diskussjoni dwar hidma flimkien fis-socjeta’ civili sehhet fil-15 ta’ Novembru 2008, u kienet l-ghaxar mis-sensiela ta’ diskussjonijiet pubblici dwar temi politici u socjali li qed jigu organizzati minn Zminijietna.

F’din id-diskussjoni, attendew bosta kelliema li huma msiehba ta’ ghaqdiet u partiti bhall-Zminijietna – Lehen ix-Xellug, Alternattiva Demokratika, Ramblers’ Association, l-Ghaqda Malta-Kuba, Alleanza Liberali, Moviment Graffitti, Gioventu’ Democratica Nazionalista, Grupp Universitarji Ghawdxin u Kampanja ghall-Helsien Nazzjonali.

Id-diskussjoni giet immexxijja mill-gurnalist Kurt Sansone, li qajjem punti varji dwar il-hidma fis-socjeta’ civili. Fost affarijiet ohra, huwa saqsa jekk l-ghaqdiet non-governattivi humiex lesti jahdmu ma’ partiti politici. Saqsa ukoll jekk l-ghaqdiet mhux governattivi humiex jghinu biex jonqos il-partiggjanizmu politiku u jekk l-ghaqdiet humiex lesti jirrakomandaw lil min wiehed ghandu jivvota, f’elezzjonijiet bhal tal-Kunsilli Lokali.  Barra min hekk, saqsa jekk l-ghaqdiet humiex lesti jilhqu iktar lis-socjeta’ civili, mhux biss permezz ta’ ittri fil-gazzetti, izda, fost ohrajn, billi jahdmu flimkien b’mod konkret.

Mario Mifsud ippropona li ssir analizi storika ta’ l-ghaqdiet tas-socjeta’ civili. Qal li jehtieg li l-ghadiet ghandhom ikunu hemm ghall-membri u mhux ghall-persuni individwali. ‘Fl-istess hin, jehtieg li ninqatghu mill-qasma f’pajjizna ta’ kollox tajjeb jew kollox hazin’.  Mifsud sahaq li Alternattiva Demokratika imissha taghti vizibilta’ lill-ghaqdiet mhux governattivi kontra s-sistema ta’ poter.

David Pisani innota t-tendenza li organizazzjonijiet ikollhom strutturi u mexxejja li jibqghu hemm ghal zmien twil. Filwaqt li saqsa jekk hijiex prassi demokratika, sahaq li hemm bzonn demokratizazzjoni ta’ l-istrutturi ta’ dawn l-organizazzjonijiet. Pisani innota li qed jizdied is-settarjanizmu fost ghaqdiet ambjentali, unjins u ghaqdiet universitarji fost ohrajn. Izda il-verita’ hi li ghaqdiet ghandhom x’jirbhu billi jahdmu flimkien. ‘Ghaqdiet bhall-Zminijietna u Graffitti jistghu jaghtu kontribut lill-ghaqdiet ambjentali f’affarijiet bhal taghrif socjologiku’, ‘Bosta ghaqdiet inbellghu mill-istituzzjonijiet’, sahaq Pisani u qal li n-nuqqas ta’ kritika ta’ xi ghaqdiet ta’ l-ambjent lejn il-mod xejn konsultattiv ta’ kif il-Gvern appunta l-kumitat dwar it-tibdil fil-klima huwa ezempju ta’ dan.

David Pisani innota ukoll li hemm ghaqdiet li qed jidhlu fl-ghalqa ta’ haddiehor u li hafna qed jahdmu ghal rashom. Minkejja li hu pozittiv li l-ghaqdiet jistghu jakkwistaw fondi mill-Unjoni Ewropea, dan qed jghin biex dawn il-problemi jikbru. Pisani appella sabiex l-ghaqdiet jahdmu flimkien permezz ta’  alleanzi.

Joe Agius qal li hija inevittabli li l-karizma tal-mexxejja ikollha effet. L-istess jinghad ghall-effett tal-media. Barra minn hekk, l-ghaqdiet ghandhom problema jsibu attivisiti li ghandhom bizzejjed hin.

Chris Mizzi qal li s-socjeta’ civili tmur oltre’ mil-Lemin u Xellug politiku. Zied li l-ghaqdiet ghandhom l-istrutturi taghhom u li xi mexxejja ghandhom sahha anke fil-media. Mizza zied li l-Moviment Graffitti ipprova jaghmel struttura iktar demokratika billi jkun hemm ‘rotating chairperson’, izda l-istituzzjonijiet huma strutturati b’mod li jaghmlu pressjoni biex l-ghaqdiet ikunu rigidi fl-istrutturi taghhom.

Michael Briguglio qal li fl-ghaqdiet tas-socjeta’ civili tezisti djalettika bejn il-principji ta’ l-ghaqda u l-valuri tan-nies fis-socjeta’. Osserva ukoll li jista’ jkun hemm il-periklu ta’ burokratizazzjoni u istitutozzjonalizmu zejjed li permezz taghhom l-ghaqdiet isiru inqas demokratici u jigu nkorporati fl-istituzzjonijiet ta’ l-istat. Briguglio qal li filwaqt li fil-Front Kontra l-Golf Kors kellek diversita’ shiha ta’ ghaqdiet tas-socjeta’ civili, xi ghaqdiet illum huma inqas disposti li jallejaw ruhhom ma’ ohrajn.

Michael Camilleri qal li l-ikbar problema li ghanda x’taqsam ma’ hidma flimkien fis-socjeta’ civili hi dik tal-partiggijanizmu politiku. Semma l-kwistjoni tal-unjins tal-haddiema bhala ezempju ta’ dan.

Alfred Vella qal li filwaqt li l-ghaqdiet non-governattivi qed jaghtu kontribut lis-socjeta’, tehtieg iktar kooperazzjoni bejn l-ghaqdiet fejn dawn jaqsmu l-informazzjoni bejniethom u ma jeskludux certu kwistjonijiet mill-hidma taghhom. Qal li l-mexxejja ta’ l-ghaqdiet ghandhom ikunu b’sahhithom izda fl-istess hin, il-membri m’ghandhomx ihalluhom jisfruttaw lill-ghaqda. Vella qal li Zminijietna Lehen ix-Xellug tista’ tahdem kemm ma’ partiti politici kif ukoll ma’ ghaqdiet non-governattivi.

Arnold Cassola qal li s-socjeta’ civili f’Malta ghandha xi karatteristici simili ghal ta’ pajjizi ohrajn u karateristici ohra li huma partikolari ghal pajjizna. Per ezempju, hemm tendenza li ghaqdiet kbar ghandhom tendenza li jahdmu flimkien u jeskludu ghaqdiet izghar. Il-kwistjoni tal-personalitajiet dominanti tinhass iktar minn barra u l-istess jinghad ghal pozizzjonijiet li jiehdu l-ghaqdiet vis-à-vis partiti. Dwar din ta’ l-ahhar, Cassola semma kif ghaqdiet ambjentali f’pajjiza ohra fl-Unjoni Ewropea jaghmlu pressjoni fuq kandidati politici u jsaqshuom ghall-opinjonijiet taghhom biex imbaghad jghidu liema kandidati u partiti huma l-iktar konxi f’affarijiet ekologici. F’Malta, l-ghaqdiet ihossuhom mhedda mill-pariti.

Cassola tkellem ukoll dwar il-fondi li jircievu l-ghaqdiet mill-UE u mill-Gvern Malti. ‘Filwaqt lid an hu pass pozittiv, minn naha l-ohra dan jista’ jorbot lill-ghaqdiet. Ninnota ukoll li filwaqt li l-Gvern jghin lill-ghaqdiet kbar b’impjegati, dan ma jsrix ma’ ghaqdiet izghar’. Ghalhekk, tezisti dikotomija bejn ghaqdiet kbar u dawk zghar.

Arnold Cassola fakkar ukoll li Alternattiva Demokratika ghamlet l-almu taghha biex ghaqdiet zghar jigu inkluzi fil-MEUSAC, il-kumitat nazzjonali Malti li jiddiskuti proposti li gejjin mill-Kummissjoni Ewropea. F’dan ir-rigward, il-pressjoni ta’ AD kellha rizultat pozittiv.

John Zammit qal li ghaqdiet li jittrattaw kwistjonijiet bhad-divorzju bhall-Alleanza Liberali isibu hafna xkiel minn bosta setturi tal-media, b’eccezzjoni ghal gazzetti bhall-Malta Today u Illum. Bhala ezempju, qal li l-PBS ma rraportax ahbar importanti bhal dik dwar iz-zjara ta’ politiku Liberali Daniz. Zammit qal li ghaqdiet bhal dawn isibuha difficli biex jiehdu fondi mill-istat, izda fl-istess hin qal kif ircieva formola tat-taxxa.

Ederic Micallef Figallo spjega kif hu gej mill-kamp lemini, fejn qal li l-ghaqda li jirraprezenta – Gioventu’ Democratica Nazionalista – hija inspirata mill-hsibijiet ta’ politici bhall-Nerik Mizzi u Herbert Ganado. Qal li hemm hafna konformita’ gewwa il-partiti politici, izda fl-istess hin, l-ghaqdiet non-governattivi huma karatterizzati minn diversita’ u vucijiet differenti. Semma l-htiega ta’ iktar komunikazzjoni u qal li tezisti l-problema tat-ticpis, fejn wiehed jiccappas ma’ partit anke jekk jaqbel ma’ pozizzjoni wahda tieghu.

Henry DeMarco qal li l-ikbar kwistjoni ghall-ghaqdiet tas-socjeta’ civili hi l-bzonn ta’ ghaqda biex tiggieled l-Unjoni Ewropea

Anthony Briffa qal li l-problema tat-ticpis laqtet lill-Ghaqda ta’ l-Universitarji Ghawdxin., fejn l-ezekuttiv precedenti kien jigi ttimbrat bhala wiehed li jxaqleb lejn il-Partit Nazzonalista, filwaqt li dak prezenti qed jigi ttimbrat li jxaqleb lejn il-Partit Laburista.

Andre’ Callus tkellem dwar numru ta’ problemi u sfidi li jsibu ma wicchom l-ghaqdiet mhux governattivi. Dawn jinkludu r-rizorsi, specjalment jekk membri ikollhom xoghol iehor; u diskors, li kemm il-darba jigi ssimplifikat fil-media, fejn tigi kostriwita stampa ta’ ‘favur’ jew ‘kontra’. Callus qal li meta l-Moviment Graffitti tkellmu dwar l-immigrazzjoni f’centri taz-zghazagh, id-dibattitu kien milqugh, ghax kien hemm l-ispazzjoni fejn dan isehh b’mod tajjeb.

F’dan id-dibattitu hargu bosta punti interessanti, izda fuq kollox, kien hemm rieda minn dawk prezenti sabiex ikun hemm iktar hidma flimkien. Nittamaw li dan isehh!

photo

peaceinthemiddleeast

Lura ghall-pagna: Diskussjonijijiet Publici