Rapport dwar Diskussjoni organizzata minn Zminijietna ‘Il-Futur tal-Welfare State’

5 ta’ Dicembru 2009

 

Id-diskussjoni pubblika dwar il-futur tal-welfare state sehhet fil-5 ta’ Dicembru 2009 gewwa 60a, Triq id-Dejqa, l-Belt Valletta  u kienet l-erbatax mis-sensiela ta’ diskussjonijiet pubblici dwar temi politici u socjali li qed jigu organizzati minn Zminijietna.

Il-kelliema prinċipali kienu Stefan Zrinzo Azzopardi (Partit Laburista), Michael Briguglio (Alternattiva Demokratika – The Green Party), Charles Pace (Lecturer in Social Policy) u Angele Deguara (Lecturer in Sociology). Il-kelliema ddiskutew u qajmu punti nteressanti dwar is-sostenibilita u l-futur tal-welfare state.

James Debono, li mexxa d-diskussjoni, fetah id-diskussjoni b’mistoqsijiet diretti sabiex igieghel il-kelliema u partecipanti jahsbu b’mod aktar wiesgha fuq il-kuncett tal-welfare state u l-futur tieghu.

Il-welfare state qed jemancipa lil dawk li qed jigu mghejuna jew qed johloq dipendenza?
Il-welfare state ghandu jghin biss lil dawk li qeghdin f’riskju ta’ faqar jew ghandu jkun wiehed universali bhala dritt ta’ cittadinanza?
Bil-popolazzjoni li qed tixjieh ghadu sostenibbli welfare state? Jekk taqblu ma’ dan il-hsieb kif lesti li nsostnuh?”

Charles Pace beda b’analizi u qabbel il-futur tal-welfare state mas-silg fi zewg poles tad-dinja  li qieghed kullma jmur dejjem jinhall. Qal li hemm zewg toroq biex nikkumbattu l-bidla fil-klima, li huma jew nibqghu bid-drawwiet ta’ qabel u nghidu li ma’ nistghux ninbidlu jew nkella ‘we go for change’. L-istess jista’ jinghad ghall-welfare state.

Kompla biex qal li fuq skala Ewropeja il-welfare state f’Malta hu l-hames l-inqas generuz u sitta f’dik li hi privatizzazzjoni ta’ oqsma fil-kura tas-sahha. Kompla biex qal li l-welfare state ma’ jistax jinzamm jekk ma’ nbidlux id-drawwiet u nnaqqsu n-nefqa pubblika. Ez tipiku huwa l-kaz tal-pensjonijiet fejn suppost il-problema solvejniha meta filfatt kull ma’ sar kien li ziedna l-eta ta’ l-irtirar. Jekk ma’ nirriformawx is-sistema ta’ tal-pensjonijiet billi l-persuna tohrog ghall-kontribuzzjoni tas-second pillar, is-somma ta’ 2/3 tkun inqas fil-futur qarib. Dana kollu juri li l-problema ghada mhux rizolta. Ghandna wkoll il-problema ta’ ‘waiting list’ li qed taffettwa l-aktar lill-popolazzjoni anzjana. Jew titqanna tistenna fil-kju jew nkella ma’ ghandekx ghazla ohra li tmur u thallas fil-privat. Ricenti ddahhlu mizuri tajbin fil-housing biex jghinu lill-koppji zaghzagh, imma mill-banda l-ohra l-prezzijiet ta’djar qed jkompli jizdiedu u aktar propjeta qed tkompli tinbiegh lill-barranin. Haga pozittiva hi li l-gvern qal li ser jirregola l-prezzijiet tal-medicina. Rigward il-‘means testing’ Charles Pace ikkritika sistema li tiffavorixxi l-aktar lil dawk li ma’ jaghtux l-informazzjoni kollha fid-dhul taghhom.

Stefan Zrinzo Azzopardi qal li jaqbel li welfare state jkun aggornat. Kien hemm zmien f’pajjizna meta bdejna nisimghu diskors li “ma’ghadux iz-zmien ta’ welfare state, imma rridu neqilbu ghal ‘welfare society’”. Il-Partit Laburista dejjem emmen u haddan il-principju ta’ welfare state. Ez tipiku hu r-riforma fil-ligi tal-kera ta’ l-Att No10, fejn l-emendi li saru, tfasslu b’mod sensittiv u responsabli, fejn nstab bilanc halli ma’ jispiccawx nies jorqdu barra fit-toroq.

Wasal iz-zmien li nirriflettu u nistaqsu x’ghandu jkun l-ghan ewlieni tal-welfare state li originarjament fi sebghinijiet gie mahsub biex l-Istat jaghti ‘cash hands out’ minhabba l-faqar socjali li kien jezisti u s-socjeta llum, fejn illum naraw socjeta aktar affluenti u li evolviet.

Is-sostenibilita tiddependi mit-tmexxija tal-pajjiz fejn il-gvern qed jiehu decizjonijiet zbaljati bhall-kaz ta; l-estenzjoni tal-power station li ser tissarraf fi spiza kapitali, hsara ambjentali u detriment ghas-sahha tal-bniedem li eventwalment ser izzid il-piz fuq il-kura tas-sahha u biex nimmaniggjaw l-iskart. Kompla biex qal li ma’ ghandniex nharsu lejn il-welfare state iktar bhala ‘cash hand outs’, hlief ghal min hu fil-bzonn. Partit Laburista jemmen  f’investiment aktar ta’ servizzi tas-sahha fil-komunita. Rigward il-means testing Stefan Zrinzo qal li hafna persuni qed jispiccaw eskluzi ngustament b’konsegwenza ta’  zieda minima fi dhul taghhom.

Michael Briguglio qal li welfare state beda biex il-kapitalizmu jibqa’ hemm. Ma’ jfissirx li ghax hi xi haga ta’ sistema kapitalista, min hu xellugi ghandu jkun kontriha, anzi nemmen li ghandna niggieldu biex il-welfare state insalvawh. Ma’ rridux inharsu lejn il-welfare state bl-idejat ta’ hamsin sena ilu, li qisu qieghed hemm biex itik ic-cekkijiet. L-ewwelnett minhabba s-sostenibilita finanzjarja li ha tikkollassja u l-ohra ghax tista’ tohloq dipendenza fuq l-individwu li taf twasslu ghal aktar faqar. Fuq livell Ewropej hemm minn qed jimbotta ghal Ewropa iktar socjali u ekologika, bhal Greens u ohrajn li qed jimbuttaw ghall-Ewropa neoliberali bhall-lemin.

F’pajjizi li ghandhom taxxa tad-dhul progressiva, ghandhom iktar ugwaljanza bhall-Isvezja u l-Finlanda. Huma ukoll l-iktar pajjizi kompetittivi, sostenibbli u socjalment gusti. Dana jikkonferma anka l-istess World Economic Forum. Mill-banda l-ohra f’Malta iz-zewg partiti l-kbar jikkompetu bejniethom minn irid inaqqas it-taxxa tad-dhul l-ewwel. Din mhi xejn ghajr politika leminija.. Jekk irridu nsahhu l-welfare state u wgwaljanza rridu nziedu taxxi fuq minn jaqla’ flus kbar u mhux innaqqsu taxxi. Fuq livell Ewropew minn ghandu ghal qalbu l-gustizzja socjali rridu niggieldu sabiex nsahhu s-sistema ta’ Cohesion funds u Structural funds li tghin sabiex iggib ugwaljanza bejn il-pajjizi u l-popli Ewropej. Ez hu l-Germanja tal-Lvant li peress li hi inqas zviluppata mill-germanja tal-punent qed tibbenifika minn dawn il-fondi.

Il-welfare state tista tarah bhala l-gvern li jtik il-huta jew il-qazba. Fil- fehma tieghi l-Gvern ghandu jtik il-huta jekk ghandek bzonnha, kif ukoll ghandu jarmak b’qasba. Din irridu nharsu lejha billi nirriflettu fuq is-socjeta ta’ llum, li hi socjeta ta’ hafna riskji. Ghandna riskju mill-bidla fil-klima, l-ikel li nieklu ma’ nafux x’fih, dhahen fuq is-sahha, job stability etc, Nemmen li l-gvern ghandu jarmak ghal dawn il-riskji. Filfatt l-Edukazzjoni u Sahha huma ta’ mportanza primarja ghal welfare state.

Nemmen li welfare state ma’ ghandniex narawh bhala wiehed fejn kollox gej minn stat omnipotenti, izda wiehed fejn l-istat huwa sit li jigi influenzat minn interessi varji. Ma’jistax ikollna socjeta fejn l-istat jiddetta kollox ghax tista’ twassal ghal socjeta awtoritarja. F’socjetajiet li mhumiex pluralisti ssib hafna movimenti li drittijiet taghhom ma’ jtihomlhomx l-istat imma ghax iggieldu ghalihom bhal drittijiet tal-gays, persuni b’dizabilita u drittijiet tan-nisa. Id- drittijiet tal-haddiema ma’ waqghux mis-sema imma gew ghax iggieldu l-unjins ghalihom.

Nemmen li l-MCESD ghandha struttura skaduta ghax movimenti mis-socjeta civili huma eskluzi mid-diskussjoni fl-istess fora. Hafna nisa ma’ jahdmux ghax neqsien minn policies favur il-familja u xoghol. Rigward il-Means testing generalment jigu kkastigati dawk il-haddiema li avvanzaw ftit fil-paga.

Angele Deguara qalet li taqbel ma’ l-welfare state u li dan ghandu jkun ukoll sostenibbli. Fit-teorija taqbel ukoll ma’ universal benefits milli means testing. Semmiet li llum ghandna niddentifikaw u nghinu l-aktar lil dawk il-gruppi li huma f’riskju ta’ faqar bhal anzjani, emigranti, lone parents, etc. Socjeta bhal taghna ghadna nharsu lejn lone parents bhala persuni rresponsabbli. F’socjetajiet fejn hemm edukazzjoni sesswali ez condoms li llum ghadu taboo f’Malta, rata ta’ lone parents hija ferm inqas u socjeta hija iktar ugwali, b’sahhitha u kompetittiva. Qalet ukoll li ma’ taqbilx ma’ tax rebates ghal dawk il-genituri li ghazlu li jibghatu tfal taghhom fi skejjel privati kemm ghax ma’ taghmilx sens u gvern ma’ ghandux jaghmel tajjeb ghal ghazla tieghek. Rigward il-means testing Angele qalet li  l-Gvern biex jopera s-sistema tal-means jrid jonfoq ukoll. Means testing itaqqal l-aktar lil dawk li huma bil-paga u li jimxu gustament fid-dikjarazzjoni tad-dhul taghhom.

David Pisani miz-Zminijietna – Lehen ix-Xellug qal li l-partiti tax-Xellug kienu huma li ntroducew il-welfare state u rwol ta’ l-istat hu wiehed mportanti. Il-kuncett tal-welfare society ma’ hadmitx, filfatt fi krizi ekonomika l-ghaqdiet li jiddependu mill-ghotjiet karitattivi ntlaqtlu ferm aktar hazin bhal Dar tal-Providenza.

Mario Mifsud semma l-isfida li rridu naghmlu biex insostnu l-welfare state, fejn qal li l-kuncett llum hu wiehed hazin. Tenna li hemm bzonn li nharsu lejn il-problemi u nghafsu aktar fuq kura preventiva. Il-vaccinazzjoni hi hafna inqas mill-ispiza li nonfqu ghall-konsulenti.

Alfred Vella qal li kien hawn xi pajjiz li falla ghax kellu welfare state ahjar minn ta’ haddiehor? Il-pajjizi li nvestew fil-welfare state avvanzaw aktar il-quddiem. Il-problema hija l-abbuz mill-evazjoni tat-taxxa u l-abbuz mill-beneficcji.

Michael Camilleri qal li kullumkien il-welfare state qisu jinsab fil-krizi. Dana prodott stess tal-falliment tas-sistema kapitalista. Filfatt bil-privatizzazzjoni naqas id-dhul tal-Gvern. Minghajr welfare state jizdied il-faqar fis-socjeta.

Michael Grech qal tajjeb insaqsu min qed igawdi mill-welfare state? Ez l-isptarijiet privati qed jirreklamaw minn fuq l-inefficjenza tal-gvern fil-kura tas-sahha. Saqsa lill-kelliema prezenti jekk humiex lesti li jekk jkun hemm partit Xellugi fil-Gvern jinvesti tant fis-servizz tas-sahha pubblika li nies ma’ jibqghux jiddependu aktar mis-settur privat? Kompla biex qal li l-gid komuni ma’ jezistiex, imma tezisti socjeta b’interessi kontrastanti.

Mary Anne Zammit qalet li hi ukoll favur universalita ta’ welfare state. Fl-Edukazzjoni u Empowerment huma oqsma li qed nfallu u b’hekk in-nies li fallew qed jibqghu dipendenti fuq il-beneficcji. Filfatt dawk li mhux emancipati jaqghu lura u ohrajn qed jistaghnew.

Clyde Caruana qal li l-welfare state huwa dik l-insurance li tinghata lill-individwu milli jaqa’ fil-faqar. Fl-ewropa ghandna diversi forom ta’ welfare state. Fil-pensjonjiet ghollejna cealing, ghollejna l-eta ta’ l-irtirar, pero l- kontribuzzjoni ghada l-istess. Ghandna naraw id-difetti fit-thaddim tal-welfare state. Il-problema hi ukoll geokrafika fejn ir-rata ta’ twelid qed tonqos biex taghmel tajjeb fi tkabbir ekonomiku. Unemployment benefits ukoll qed joholqu dipendenza u spiza kapitali. Jehtieg riforma biex nsahhu l-welfare state universali. Jekk ir-riforma tkun mahsuba b’mod tajjeb taghti rizultati iktar ahjar.

welfarestate

Lura ghall-pagna: Diskussjonijijiet Publici