‘Ir-riforma u l-Futur tal-Sahha Pubblika’

24 ta’ April 2010

 

Rapport dwar Diskussjoni organizzata minn Zminijietna ‘Ir-riforma u l-Futur tal-Sahha Pubblika’.

Id-diskussjoni pubblika dwar il-futur tas-sahha pubblika ittellghat fil-24 ta’ April 2010 gewwa 60a, Triq id-Dejqa, l-Belt Valletta u kienet l-hmistax mis-sensiela ta’ diskussjonijiet pubblici dwar temi politici u socjali li qed jigu organizzati minn Zminijietna.

Il-kelliema prinċipali kienu Dr Michael Farrugia (Partit Laburista), Bernardette Mercieca (Alternattiva Demokratika – The Green Party), Tony Zarb (GWU) u Sylvia Spiteri (MUMN). Il-Partit Nazzjonalista kkonfermaw, imma ma’ baghtu l-hadd. Mexxa d-diskussjoni l-gurnalista James Debono.

James Debono beda diskussjoni billi saqsa lill-kelliema dwar ir-reazzjoni taghhom ghar-riforma kif proposta mill-Gvern ghas-servizz tal-kura tas-sahha primarja.

Sylvia Spiteri (MUMN) bdiet biex qalet li fil-kura primarja ilu ma jsiru tibdiliet. Bhala MUMN nemmnu li l-ewwelnett ghandu jkun hemm aktar servizzi moghtija fil-komunita u r-riforma gdida ghandha tinkludi aktar ir-rwol ta’ l-infermiera fil-komunita. In-nies fil-komunita ghandhom bzonn is-servizz ta’ tim mediku u dan ghandu jinkorpora wkoll rwol ta’ l-infermiera. Ez prezentament is-servizz ghall-kura ta’ tqala offrut fil-komunita mill-‘midwives’ hu wiehed limitat.

MUMN jaqblu wkoll ma’ l-introduzzjoni ta’ ‘Nurse practitioner’ li tahdem direttament u  b’kollaborazzjoni ma’ tabib tal-familja sabiex jigi offrut servizz ta’ kura direttament fid-djar. B’hekk nkunu qed nahdmu aktar fil-qrib mal-familji fil-komunita u b’hekk jitnaqqas l-piz minn fuq l-Isptar Mater Dei. Jesiztu wkoll nuqqas kbir ta’ nfermiera u ta’ dan qeghdin f’diskussjoni mall-Ministru. Certu servizzi mhumiex jinghataw fil-kura primarja u lanqas fil-komunita. Il-biza ta’ hi li hemm nies li lanqas qatt ressqu ghall-kura primarja.

Tony Zarb mill-GWU qal li bhala Trejdjujin jaqblu ma’ riforma li tiehu hsieb is-sahha tal-poplu filwaqt li s-servizzi ghandhom jibqghu garantiti mill-Istat, igifieri ma’ ghandux ikun hemm hlas addizzjonali. Nemmnu li r-riforma ma’ghandhiex tkun b’imposizzjoni imma b’diskussjoni sabiex jkun hemm qbil bejn stakeholders involuti kollha, nkluz GWU. Ez x’ser jigri meta lkoll nafu li certu tobba tal-familja ma’ jahdmux bil-lejl, u persuna ma’ ssibx klinika miftuha mbaghad. Nemmnu li l-haddiem irid aktar serhan il-mohh u bhala trejdjujins hemm bzonn li nkunu vigilanti fuq din il-materja. Ahna ser nibqghu vigilanti fuq din l-issue.

Dr. Michael Farrugia (PL) beda biex qal li l-Partit Laburista jemmen bis-shih f’riforma holistika u bla hlas. Ghalkemm saru xi tibdiliet fl-isptarijiet xorta baqghet il-problema tar-rizorsi umani. L-ewwelnett irridu naraw kemm ghandna bzonn risorzi umani biex tithaddem is-sistema u dana jista’ jsir bi ftehim ma’ l-Universita u l-qasam ta’ l-edukazzjoni sabiex nheggu aktar studenti jsegwu t-tahrig fil-kamp mediku.
 
Hemm bzonn ta’ pjan ta’ vizjoni. Ez demografija qed turi li numru ta’ anzjani ser jkompli jizdied fis-socjeta taghna. Igifieri iridu naraw kif ser jkollna dak is-support biex dawn nzommuhom fid-djar. Kif ukoll kif ser naghtu support lil dawk il-membri tal-familji li ghazlu li jibqghu d-dar biex jiehdu hsieb lil anzjani taghhom, filwaqt li rridu naraw x’inhu l-ahjar li nibnu djar fil-komunita jew djar ta’ l-anzjani li hafna drabi jkunu l-boghod mill-komunita. Idejalment li nzommuhom vicin fejn trabbew.

Ir-rata ta’ twelid f’Malta hi ta’ 1.3 ghal kull familja. Grazzi ghas-single mothers, kieku rata ta’ twelid tkun ferm inqas minn dik Ewropeja. Il-Gvern mhux joffri servizzi ta’ child care centres biex jghin lil dawn il-familji. Nemmen li ghandna ninbarkaw lejn pjan biex nedukaw aktar favur il-prevenzjoni. L-istess il-Gvern jista’ jixtri direttament jew b’joint venture ma’ haddiehor biex jixtri l-medicini jew nkella b’diskussjoni ma’ l-imsiehba jista’ jasal biex jitbaxxew l-prezzijiet wara li jittiehed average ta’ prezzijiet f’pajjizi ohra Ewropej.

Bernardette Mercieca qalet li l-Alternattiva Demokratika temmen li s-sahha ghandha tkun b’ xejn ghal kulhadd. Ahna nkwetanti bit-terminologija ta’ ‘means test’ li  hareg biha l-Gvern. Dawn it-tip ta’ mekanizmi ma nafux fuqxhiex gew ibbazati u AD kienet tippreferi li jkun hemm riformi kif ser jeliminaw l-ineficcjenzi. Ezempji l-hela fl-ghoti tal-medicini. L-isptar ghandu bzonn aktar sighat twal fejn il-pazjent jigi mghoqdi. B’din it-tip ta’ riforma proposta mill-Gvern ser ikun hemm certu nies li jevitaw li jmorru ghall-kura, anka fuq affarijiet minuri li jafu jiggrafaw.                
        
Importanti ukoll li tidhol fis-sehh s-Sexual Health Policy. Din ghandha tkun ko-ordinata ma’ settur ta’ l-edukazzjoni u dipartimenti ohra bi ‘proper work plans’. Dwar il-‘cost’ tal-medicini l-AD temmen li l-Gvern ghandu jixtri hu u jqassam lokalment sabiex jinqata l-abbuz fuq il-prezzijiet tal-medicini. 

David Pisani minn Zminijietna – Lehen ix-Xellug qal li kura primarja ghandha tibqa bla hlas u ghandu jizdied l-investiment fil-komunita. Semma l-fatt li l-istess statistika tal-Gvern turi zieda fl-ammont ta’ nies li jaghmlu uzu mis-servizz tal-kura primarja moghtija fil-klinici pubblici. Hemm bzonn ukoll ta’ Sexual Health policy u li tkun cara, fejn il-Gvern prezentament qisu qed jibza minn dak li ser tghid il-knisja jekk jigi ppublikat. Kompla biex qal li jekk il-Gvern ma’ ghandux flus ghas-sahha, allura nies ghandhom flus biex ihallsu ghas-sahha privata?

Punt iehor hu li rriforma trid tinkludi l-kundizzjonijiet tal-haddiema li jahdmu fis-settur tas-sahha u l-problema ta’ risorzi umani. L-istess rigward l-obesita, li grawnds tal-futbol fil-lokalita jinfethu biss ghall-membri ta’ nurseries, zgur mhiex ser tghin biex tigi miggielda l-obesita u dritt ta’ tfal li jkollhom access ghal facilitajiet sportivi.  
        
Kelliema ohra ghal MUMN semmiet li jezisti nuqqas ta’ risorzi umani waqt li min-naha l-ohra hemm madwar 150 student. L-istaff qeghdin jahdmu taht stress u b’riskju ghas-sahha mentali taghhom u hafna drabi jkollhom ihallsu huma ghas-servizz ta’ psychologist. Tezisti problema ohra li hi dik fid-dipartiment tad-dental clinic. L-equipment kollu li kien hemm fil-health clinic tal-Mosta li kien ghadu kemm gie nstallatttiehed kollu gewwa l-isptar ta’ Ghawdex. Dan jfisser li l-politika tal-Gvern ser twassal biex dan is-servizz ma’ jibqax jinghata fil-komunita fil-‘Health Centres’.
 
Alfred Vella qal li fl-isptar it-tobba ghandhom parti principali fit-tmexxija. Ukoll, hemm problema ta’ waiting lists u persuna jekk ma jkunx jaf lil xi hadd jispicca jibqa l-art waqt li dawk li jkunu jafu n-nies jigu preferuti. L-Isptar qisu sar ta’ tobba, tajjeb li nurses jinghataw l-importanza misthoqqa fil-kura. MUMN hemm bzonn li ssir militanti fuq din il-materja.

Mary Anne Zammit minn Zminijietna – Lehen ix-xellug semmiet li huwa nkwetanti li r-rata tat-twelid hija baxxa u jkollhom jaghmlu tajjeb ghal din is-single mothers, minhabba l-faqar li jghixu fih. Meta l-Gvern fl-istess hin baqa jkaxkar saqajh sabiex jiddahhlu family friendly measures, ez estensjoni tal-maternity leave bi hlas sabiex jghin il-familji.     

sahha

Lura ghall-pagna: Diskussjonijijiet Publici