Diskussjoniji Publika - Il-Housing u s-Suq tal-Propjeta’ f’Malta

10 ta’ Settembru 2006

 

Id-diskussjoni dwar il-housing u s-suq tal-propjeta’ f’Malta sehhet fl-10 ta’ Settembru u kienet l-ewwel mis-sensiela ta’ diskussjonijiet pubblici dwar temi politici u socjali li qed jigu organizzati minn Zminijietna.

F’din id-diskussjoni, il-kelliema kienu Dr Charles Pace (Lecturer tal-Politika Socjali fl-Universita’ ta’ Malta), l-opinjonijista Dr Reno Borg u Edward Fenech (il-Kelliem ta’ Alternattiva Demokratika dwar l-Ekonomija u l-Finanzi). Id-diskussjoni giet immexxijja mill-gurnalist ta’ Malta Today James Debono.

Fil-prezentazzjoni tieghu, Dr Charles Pace saqsa   “Fejn qieghed isuqna s-suq tad-djar? Min isuq? Is-suq jew il-politika?”

Pace qal li Malta ghandha l-karatteristici taghha li fost ohrajn jinkludu d-densita’ qawwija tal-popolazzjoni u li l-ikbar proporzjoni tal-Prodott Gross Domestiku imur ghad-djar. F’dak li ghandu x’jaqsam mas-suq tal-propjeta’, qal li t-toroq li jezistu jinkludu ligijiet dwar il-kera; housing socjali u suq liberalizzat.

Dr Pace ippropona ‘Suq Immanigjat’. Dan jaghti valur lill-gid komuni u li s-suq ikun wiehed sostenibbli. Jesigi li s-suq tal-propjeta’ jigi studjat bir-reqqa biex fost ohrajn,

  1. jigi assigurat li jkun hemm bejgh, u mhux spekulazzjoni fuq il-propjeta’;
  2. ikun hemm distinzjoni cara bejn familji, prodotturi u spekulaturi;
  3. ikun hemm trasparenza u regolazzjoni;
  4. il-barranin ma jithallewx jikkompetu mal-Maltin b’mod dirett ghall-akkomodazzjoni;
  5. il-prezz ta’ l-akkomodazzjoni socjali u tal-propjeta’ li kienet tal-Knisja ikun ikkontrollat; u
  6. Jigi mrazzan l-investiment fuq l-art biex dan minflok imur lejn investiment produtti

“Ir-realtajiet tas-suq tal-propjeta’ qed igibu bosta problemi, li jinkludu tensjonijiet bejn il-koppji; djun kbar mal-banek u partijiet mis-suq li qed jigu monopolizzati”, sahaq Charles Pace.

Dr Pace qal li qed ikun hawn twemmin neo-liberali li jesigi liberaliazzazjoni tal-kera. Izda l-verita’ hi li kontrolli fuq is-swieq tal-propjeta’ jezistu madwar id-dinja kollha. Gab ezempji b’New York, fejn is-suq tal-kera huwa kontrollat. F’ Amsterdam, wiehed ma jistax ihalli propjeta’ vojta ghal zmien twil.

Charles Pace ikkonkluda billa saqsa jekk l-art hijiex rizorsa strategika f’Malta. Huwa qal li l-Istati Uniti tipprotegi z-zejt taghha ghax dan hu meqjuz rizorsa strategika. Malta tista’ taghmel l-istess ghall-art, li hi limitata?

Minn naha tieghu, Edward Fenech beda l-intervent tieghu billi qal li l-Alternattiva Demokratika -  li qed tipproponi referendum sabiex jitwaqqghu erba’ ligijiet ta’ qabel l-1995  – ma temminx li bidla fil-ligi tal-kera hija l-uniku soluzzjoni.

Fenech qal li l-ligi tal-kera tal-1939 kienet bzonnjuza ghal zmienha izda 60 sena wara hemm 32,000 dar vojta (dawn ma jinkludux villegjaturi).  Skond Fenech, l-Alternattiva Demokratika qed tipproponi referendum ghax m’hijiex fil-parlament u ghax ghandha twemmin ahdar li ma jaccettax li ghandu jkun hemm 32,000 dar vojta.

“AD ma taqbilx li l-propjeta’ ghandha tigi trattata qisha f’xi suq ta’ l-ishma izda ghandha tigi trattata b’gustizzja socjali ma kull naha”, kopla Fenech. Huwa sahaq li ghandu jkun hemm xibka socjali u bazi ideologika soda li tesigi li

  1. Kulhadd ghandu d-dritt ghall-akomodazzjoni;
  2. Kulhadd ghandu d-dritt li jgawdi minn xogholu u mill-propjeta’ tieghu; u li
  3. L-appropriazzjoni ta’ l-akkomodazzjoni privata bl-iskop li tinghata lill-haddiehor m’hijiex gustizzja socjali

Edward Fenech qal li fis-17,000 dar li huma suggetti ghall-ligijiet tal-kera ta’ qabel l-1995, 5,000 inkwilin huma foqra. Fost it-12,000 l-ohra, hemm min ghandu bzonn sussidji izda hemm ukoll min hu sinjur.

Wara Edward Fenech tkellem Dr Reno Borg, li sahaq li storikament, il-ligijiet tal-kera madwar id-dinja huma kuntratt socjali biex jipprotegu lill-familji u n-nies. Anke fl-iktar pajjiz kapitalist tad-dinja, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, jezistu kontrolli fuq il-ligi tal-kera. F’Malta wkoll jezistu l-kontrolli, u hemm bosta ligijiet dwar il-kera, bhal dik tal-1959, u mhux sempliciment dawk tal-1939 u tal-1995.

Reno Borg qal li f’Malta hafna nies qed isofru minhabba r-realtajiet tal-propjeta’ u li kull diskors dwar il-ligijiet tal-kera ghandu jqis il-kuntest socjo-ekonomiku. Il-paga minima hija ta’ Lm52 fil-gimgha u hemm kirjiet li qed jitilghu ghal Lm1,200 fis-sena taht il-ligijiet prezenti. Il-qrati jippruvaw isibu soluzzjonijiet gusti ghal min jispicca bi problemi kbar bhal min ikollu johrog minn dar ghax jinghalaq ic-cens.

Ghalhekk, sahaq Reno Borg, din m’hijiex sempliciment kwistjoni legali. Zied li l-Alternattiva Demokratika qed tipproponi li titnehha ligi izda m’hi tipproponi xejn konkret dwar x’ghandu jigri jekk dan isehh.

Reno Borg qal li huwa favur bidliet bilancjati li jaghtu kas il-kuntest socjo-ekonomiku. F’dan  ir-rigward, huwa fakkar li l-pensjonijiet ghandhom saqaf massimu u hemm min jiehu biss Lm28 fil-gimgha bhala pensjoni. Qed jizdiedu l-penzjonanti minhabba tibdil demografiku u 90% tan-nies li huma taht ix-xibka socjali jghixu f’akkomodazzjoni ‘substandard’ u f’kerrejjiet.

Borg tkellem ukoll dwar il-kuntest kulturali, fejn qal li l-Maltin jippreferu jkunu sidien tal-propjeta’ li jghixu fiha. Il-fatt li l-liberalizazzjoni tal-1995 ma gabitx maghha tkabbir kbir fis-suq tal-kera isahhah dan l-argument. Il-Maltin xorta ippreferew jixtru l-propjeta’. Il-pagi f’Malta huma baxxi u n-nies jaqbilhom jixtru biex b’hekk ikunu qed jinvestu ghall-gejjieni.  Ghalhekk, sahaq Borg, biex suq tal-kera jirnexxi, irid ikollu kirjiet bi prezzijiet gusti ghall-bwiet tal-Maltin!

Ghalhekk, ikkonkluda Reno Borg, minflok ma tigi addottata politika ta’ zmantellar, ghandu jkun hemm tibdiliet bhall-introduzzjoni ta’ regoli fejn, fost ohrajn, min hu propjetarju ta’ djar mikrijin skond il-ligijiet ta’ qabel l-1995 jigi mhejjun. Per ezempju, l-inkwilin jista’ jassumi r-responsabilita’ tal-manutenzjoni, u kirjiet baxxi jistghu joghlew b’mod gradwali izda affordabbli. L-istat ghandu joffru akkomdazzjoni tassew socjali u mhux bi prezzijiet kwazi kummercjali, bhal m’hu qed jigri llum.

Fid-diskussjoni hemm ukoll bosta interventi mill-publiku.

Kien hemm min argumenta li l-proposta’ ta’ Referendum ta’ l-Alternattiva Demokratika hija ultra-liberali ghax din iggib maghha liberalizazzjoni tal-kera kollha minghajr ma ggib obbligi socjali. Kien hemm min qal li l-AD qed taghmel alleanza mas-sidien li aktarx ikunu kontra intervent socjali mill-istat bhal taxxi fuq il-bini vojt. Bosta interventi ohrajn enfasizzaw l-ispekulazzjoni rampanti li hawn fis-suq tal-propjeta’ u li l-Gvern ghandu jintervjeni b’mod dirett biex irazzan dan. Kien hemm min qal li dan is-suq jahdem differenti minn swieq ohrajn minhabba l-ispekulazzjoni, u ghalhekk ikun zball jekk wiehed jassumi li liberalizazzjoni ggib maghha tnaqqis jew kontroll ahjar fil-prezzijiet. F’intervent iehor, tqajjem argment li huma l-foqra li jbatu b’liberalizazzjoni tas-suq u li huma dawn in-nies li ghandhom jinghataw priorita’. Argument iehor li tqajjem hu li n-nies jaqbillhom jixtru milli jikru, ghax il-prezzijiet tat-tnejn huma simili izda fl-ewwel kaz wiehed ikun qed jinvesti flusu.

F’kummenti ta’ l-gheluq,  Charles Pace qal li f’Malta hemm bzonn attivita’ politika – bhall-ghaqdiet ta’ l-inkwilini kif ukoll studji serji dwar is-sostenbilita’. Huwa qal li jkun zball gravi jekk jitnehhew il-kontrolli fis-suq tal-propjeta’.

Edward Fenech qal li hu jaqbel ma’ taxxa fuq il-bini vojt izda huwa kontra l-kontroll tal-prezzijiet. Il-mizuri fiskali ghandhom jintuzaw biex ikun hemm piz fuq min izomm il-propjeta’ vojta u biex id-dhul tal-Gvern jintuza biex jghin lil min ghandu bzonn akkomodazzjoni.

Reno Borg qal li diskors fuq taxxi fuq il-bini vojt m’ghandux jigi mhawwad ma’ riformi fil-ligijiet tal-kera. Zied li ghandu jkun hemm studju serju dwar taxxi fuq bini vojt ghax dawn jistghu jirrizultaw f’spekulazzjoni fuq il-bejgh tal-propjeta’. Ghandu jkun hemm ukoll analizi socjologija ta’ l-kwistjoni kollha. F’dan ir-rigward, kompla Borg, jekk l-Alternattiva Demokratika  trid bidliet fil-ligijiet tal-kera, ghandha tipproduci dokument li jkollu proposti studjati u konkreti. Reno Borg ikkonkluda li liberalizazzjoni shiha fis-suq tal-propjeta’ tista iggib maghha problemi socjali kbar.

Lura ghall-pagna: Diskussjonijijiet Publici