Diskussjoniji Publika - Ir-Riformi fis-Settur Edukattiv f’Malta

29 ta’ Ottubru 2005

 

Id-diskussjoni dwar ir-riformi fis-settur edukattiv f’Malta sehhet fid-29 ta’ Ottubru 2005 kienet it-tieni mis-sensiela ta’ diskussjonijiet pubblici dwar temi politici u socjali li qed jigu organizzati minn Zminijietna.

F’din id-diskussjoni, il-kelliema kienu Dr Carmel Borg (Dekan tal-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni fl-Universita’ ta’ Malta), l-edukatur Frank Fabri,  Mario Mallia (Vici Chairperson u Kelliem ta’ Alternattiva Demokratika dwar l-Edukazzjoni) u John Bencini (President tal-Malta Union of Teachers). Id-diskussjoni giet immexxijja mill-gurnalist ta’ Malta Today James Debono.

Frank Fabri, li emfasizza li qed jitkellem fuq kompetenza personali tieghu, qal li t-tliet partiti politici f’Malta jaqblu mal-htiega ta’ riformi fl-edukazzjoni u fl-iskejjel n’mod partikolari.  Huwa qal li dak li qed jipproponi l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni kien ikun jaghmel iktar sens li kieku kien iktar olistiku u jinkorpora setturi differenti fil-qasam edukattiv.

Frank Fabri qal li d-dokument tal-Gvern dwar riformi fis-settur Edukattiv ghandu bosta nuqqasijiet. Dawn jinkludu l-analizi storika, li xxeqleb lejn partiggjanizmu Nazzjonalist, u l-proposta ta’ sistema ta’ ‘networks’, li hi nieqsa minn referenzi dwar alternattivi li jistghu jezistu. F’dan i-rigward huwa rrefera ghall-‘Clusters’ li qed jigu meqjusa b’mod geografiku. Fabri qal li filwaqt li l-idea ta’ networks  hi wahda tajba, dawn jistghu jigu organizzati b’mod iehor, per ezempju permezz ta’ l-uzu ta’ l-IT.

Frank Fabri saqsa jekk dak li qieghed jipproponi l-Gvern huwiex ser isolvi l-problemi edukattivi, u qal li l-proposti huma bbazati fuq sistema Ingliza li giet ikkrtikata minn bosta ricerkaturi, u li permezz taghha ghalliema qed isiru  teknici minflok professjonijsti. Fabri qal ukoll li fil-proposti tal-Gvern Malti, il-Ministru ghandu poter assolut biex jappunta bordijiet, principali, kumitati u ohrajn. Din tista’ ggib bosta problemi. Jekk, per ezempju, il-Ministru ma jappuntax lid-Dekan tal-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni, din il-Fakulta’ ma tkunx rapprezentata.

Fabri kkonkluda li “Malta ghandha bzonn direzzjoni cara u m’ghandiex tkun Gulliver”.

Dr Carmel Borg, fi twegiba ghall-mistoqsija ta’ James Debono dwar il-konnessjoni bejn id-diokument tal-Gvern u l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali, qal li Malta qeghda fis-sena 2005 u ghad m’ghandiex strategija ta’ taghlim tul il-hajja tal-bniedem, minkejja li l-Prof Kenneth Wain kien ipprepara rapport dwar dan.

Carmel Borg qal li Malta ghandha bzonn riformi organici u koerenti. Pajjizna kellu vizjoni permezz tal- Kurrikulu Minimu Nazzjonali, izda x’sar s’issa? Huwa semma bosta problemi li nqalghu, fosthom li l-MUT trid li l-ghalliema jigu kkumpensati ghall-bidliet fix-xoghol li jaghmlu. Il-Kunsill dwar il-Kurrikulu Nazzjonali inqabad f’bosta problemi, li jinkludu wkoll n-nuqqas ta’ rizorsi finanzjarji u n-nuqqas ta’ preparazzjoni ideologika f’Malta ghal tibdil. “Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali kellu vizjoni ta’ gustizzja socjali, demokrazija u inkluzjoni”, sahaq Carmel Borg.

Borg semma kif meta kien qed jigi diskuss il-Kurrikulu fis-snin disghin, kien hemm opozizzjoni ghall-proposta biex jitnehha l-istreaming u minflok ikun hemm sistema edukattiva komprensiva. Dawn il-proposti progressivi u gusti twarrbu minhabba nuqqas ta’ kuragg politiku.

Carmel Borg qal li d-dokument gdid tal-Gvern qed jaghmilha cara li l-istreaming mhux ser jitwarrab ghal futur previst, u li l-Gvern jemmen li Malta mhux lest ghal sistema komprensiva. F’dan ir-rigward, sahaq Borg, il-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni hija lesta li toffri l-ghajnuna sabiex tiddahhal sistema komprensiva fil-Kulleggi.

Borg qal li filwaqt li ricerka ta’ l-1999 turi li hafna genituri jibzghu minn sistema komprensiva, ricerka iktar ricenti f’zewg tezijiet ta’ livell ta’ Masters juru li jekk is-sistema tkun effettiva, hafna genituri huma lesti li jaddottaw sistema komprensiva f’sistema ta’ ‘clusters’ b’inqas skossi.

Carmel Borg qal li fil-prezent it-tfal qed ikollhom jiffaccjaw tliet skossi kbar – il-kindergarten, skola A u B u l-iskola sekondarja. Ricerka turi li hafna tfal qed ibaghtu. Is-sistema ta’ ‘Clusters’ tghin biex din il-problema tonqos u ma jkunx hawn ‘ghettos’ edukattivi. F’dan ir-rigward, Carmel Borg qal li huwa favur il-mobilita’ geografika tat-tfal.

Borg qal ukoll li jaqbel mal-proposta tal-Gvern li permezz taghha jista’ jkun hemm ghazla ta’ mudelli alternattivi insipirati minn ideologiji differenti. Din taghti iktar ghazla lill-ghalliema.

Carmel Borg ikkonkluda li l-vizzjoni originali tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali kien wiehed li joffri hajja ahjar ghall-istudenti. “Ugwaljanza fl-opportunita’ mhux bizzejjed. Hemm bzonn ta’ ugwaljanza fir-rizultati”, sahaq Carmel Borg, b’referenza ghall-fatt li bosta studenti mill-klassi tal-haddiema u minn familji b’inqas opportunitajiet qed ikunu zvantaggjati specjalment minhabba s-sistema ta’ streaming.  

“Anke jekk it-tfal qed jigi mghallma l-valuri ta’ l-inkluzjoni socjali, l-istruttura edukattiva tibqa’ wahda diskriminatorja, ibbazata fuq apartheid edukattiv”.

Wara l-intervent ta’ Carmel Borg, James Debono saqsa lill-Mario Mallia dwar il-pozizzjoni ta’ l-Alternattiva Demokratika dwar il-proposti tal-Gvern. “L-AD kienet taqbel mal-abbozz tad-dokument. Izda d-dokument finali jipproponi gustizzja socjali?”

Mario Mallia qal li Malta ghandha nuqqas ta’ tmexxija. Kull min jaghmel pass lil’hinn mill-ideologija dominanti qisu qed jaghmel xi haga hazina.

L-Alternattiva Demokratika, sahaq Mallia, hija favur il-clusters. F’Malta jezistu qasmiet artificjali bhall-iskejjel ‘A’ (year 1 sa 3 u minghajr streaming) u ‘B’ (year 4 sa 6 u bl-istreaming) li qed iwassal ghal biza’ fit-tfal u l-genituri u li tfal jigi ttimbrati minn ckunitom.

Mario Mallia qal li hawn kontradizzjonijiet kbar. F’nifs wiehed qed nghidu li rridu nnehhu l-iskossi permezz ta’ clusters geografici, fl-istess lokalita’, u fl-istess hin ser inzommu l-istreaming li huwa skoss kbir fl-izvilupp tat-tfal. F’nifs wiehed qed nohoqlu kunsilli ghall-inkluzzjoni (per ezempju ghall-tfal bi bzonnijiet specjali), u fl-istess hin qed neskludu bosta studenti permezz ta’ l-istreaming.

Ghalhekk hemm il-bzonn ta’ interdipendenza. Il-proposti tal-Gvern jistghu iwasslu ghall-immanigjar ahjar ta’ rizorsi, izda mhux ghal hafna iktar.  Il-verzjoni originali tar-riformi kienet koerenti f’oqsma bhall-inkluzjoni socjali. Izda l-verzjoni finali izzomm l-istreaming. “Dan juri n-nuqqas ta’ tmexxija u n-nuqqas ta’ vizjoni”, ikkonkluda Mario Mallia.

Minn naha tieghu, John Bencini qal li bosta proposti tal-Gvern huma pozittivi, u li l-MUT qed tiltaqa’ regolarment mal-Gvern u taghmel bosta proposti. “L-MUT qed tipprova ttejjeb id-dokument propost mill-Gvern u tezisti l-bona volonta’ ta’ l-awtoritajiet”.

Izda Bencini wissa li  jekk il-bidliet ikunu biss fizici u b’hekk jinvolvu biss tibdil fl-irwoli ta’ l-ghalliema, ir-riformi jfallu. Jekk minn naha l-ohra ir-riformi jwasslu ghal inqas assentijizmu u iktar interess mill-gheruq, allura l-MUT taqbel ma’ l-istess riformi.  “L-MUT hija nteressata mhux biss fil-kundizzjonijiet tax-xoghol ta’ l-ghalliema, izda wkoll fil-kwalita’ ta’ l-edukazzjoni. Izda ekdukazzjoni ta’ kwalita’ tiswa l-flus”, qal Bencini.

Bencini esprima l-opozizzjoni tal-MUT ghall-proposta li l-Ministru ikollu d-diskrezzjoni li jaghzel min ikollu rwol ta’ tmexxija fil-kulleggi, etc.. . Huwa ghamilha cara wkoll li l-MUT hija kontra li skejjel ikunu jistghu jimpjegaw nies minghajr ma jsegwu l-proceduri tas-settur publiku.

John Bencini qal li jaqbel mal-kuncett tan-networking u li l-MUT taqbel ma’ sistema komprensiva, izda t-tibdil irid ikun fl-interess tat-tfal. F’dan ir-rigward huwa qal li zewg terzi minn 900 facilitatur huma nieqsa mit-tahrig necessarju u li bosta skejjel m’humiex attraenti.

Bencini kkonluda li sfortunatament hafna ghalliema huma kontra sistema komprensiva ta’ hiliet imhalta. “Il-marda hija fis-socjeta’”, huwa sahaq. Bencini qal li l-Kelliema dwar l-Edukazzjoni tal-MLP u l-PN ghandhom johorgu dikjarazzjoni komuni favur din is-sistema.

Lura ghall-pagna: Diskussjonijijiet Publici