Diskussjoniji Publika - It-Tkabbir Ekonomiku

10 ta’ Novembru 2007

 

Id-diskussjoni dwar it-tkabbir ekonomiku kienet is-seba’ diskussjoni minn serje ta’ diskussjonijiet socjo-politici organizzata minn Zminijietna. Din id-diskussjoni saret fl-10 ta’ Novembru 2007 gewwa 60A, Triq id-Dejqa, l-Belt Valletta.

Il-kelliema f’din id-diskussjoni kienu Charles Selvaggi (Partit Nazzjonalista); Edward Fenech (Alternattiva Demokratika); Philip Beattie (Azzjoni Nazzjonali);  Michael Briguglio (Zminijietna – Lehen ix-Xellug); Dr. Gordon Cordina (Ekonomista).  Id-diskussjoni kienet immexxija mill-gurnalist James Debono.  Sfortunatament Dr. Charles Mangion ghal Partit Laburista ma setax jattendi mhabba xi impenji li nqalghu dak in-nhar stess.

Fetah id-diskussjoni Dr. Cordina, b’intruduzzjoni hafifa lejn is-suggett.  Qal li matul is-snin, kien hawn hafna mizuri differenti sabiex tikber l-ekonomija, bil- premessa li l-flus jinzlu lejn il-faxxex t’isfel.  Huwa uza l-kejk bhala simbolu tal-ekonomija, li apparti li nippruvaw nkabbruh kemm nistghu, irridu wkoll naqsmuh b’mod gust.  Gharaf li kif jitqassam il-kejk jiddependi wkoll fuq il- kobor tieghu.  Cordina kompa billi jsaqsi l-pubbliku presenti, ’jekk il-kejk jipproducih min hu l-iktar produttiv, tajjeb li naghtu bicca sew minnu lil haddiehor?  Problema antika, bi bzonn ta soluzzjoni moderna.

Debono immarka lil Selvaggi, li ghalkemm hawn it-TE, hafna mill- impjiegi huma part-time, li bihom il-familja ma tantx tista tippjana fil-futur.

Selvaggi fakkar li l-PN dahhal is-sistema tal-flexi-time.  Qal ukoll li hafna min-nisa jahdmu part-time mhabba impenji tal-familja.  Min-naha l-ohra, is-settur turistiku jrid jiddependi fuq il-part-timers, ghax ma tantx hawn provista ta’ nies li lesti jahdmu dawn it-tip ta’ impjiegi full time.  Il-PN investa hafna fl-edukazzjoni, li dan huwa l-pilastru tal-ekonomija, bhal l-ITS, MCAST u l-Universita.  Sar investiment ukoll bhala ETC, li jaghti courses u tharrig f’oqsma differenti.  Selvaggi immarka li hemm bzonn iktar infurzar u informazzjoni fuq il-ligi gdida tal-part-timers.

Briguglio, qal li tkun sid tal-propjeta hija forma ta sigurta ghall-futur. B’risposta ghal Gordon, fuq ‘Universal Welfare State’ kontra l-‘Means-Tested Welfare State’, qal li hawn pajjizi li iktar jenfazzizzaw fuq il-liberalizzazzjoni ekonomika, l-individwu u l-produttivita waqt li ohrajn jippruvaw jikkalibraw l-egwaljanza u l-produttivita flimkien.  Per ezempju l-Stati Uniti u l-Isvezja jaqaw f’dawn il-gruppi respettivament.  Fl-Stati Uniti u r-Renju Unit, b’Regan u Thatcher u iktar tard Major kienu nehhew hafna mill-welfare universali u qarbu lejn il-means test.  Izda f’RU veru zdiedet il-prodottivita, izda zdied ukoll il-qaghad u l-faqar.  Bil-Means test, l-iktar li ibaghtu huma l-haddiema onesti, li hafna minnhom qeghdin fil-Lower Middle Class.  F’dan il-bagit huma l-inqas faxxa li gawdew. Iktar ma tkun onest, iktar ma tikkwalifikax ghal means test.  Sistema ta’ welfare iktar universali, iktar tinkoraggixxi lin-nies biex ikunu onesti fil-welfare taghhom, li din twassal ghall-iktar egwaljanza.   Ezempju s-single parents jekk jiedhlu fid-dinja tax-xoghol, jitilfu hafna mil-beneficcji, incentiv biex ma jahdmux jew biex jahdmu fil-black market.

Philip Beetie mmarka, li il-gvern ghandu ’jirregola’ l-ekonomija u mhux ’jidderigi’ kif qal Briguglio.  Kulhadd ghandu jitqies bhala haddiem kemm jekk huwa impjegat, kuntrattur, lavrant, etc.. hu x’inhu ghandu jgawdi l-frott tal-hidma tieghu.  Beetie kompla jispjega li l-Malti huwa sopra-intaxxat.  F’pajjizna ghandna sistema li nittaxxaw hafna biex nonfqu hafna.  Sahaq li jekk titnaqqas il-hela u tizdied l-efficjenza tal-gvern, ministerji u d-dipartimenti tieghu, il-piz tat-taxxi jista jitnaqqas.  Ikkritika wkoll it-taxxi godda li ddahlu mill-PN bhall-eco tax, u z-zieda fil-licenzji mahruga mil-MTA, dawn it-tip ta’ taxxi johonqu t-TE.  Ghandna nincentivaw servizzi alternattivi u r-ricerka, halli nikkumbattu n-nuqqas ta’ diversita ekonomika, noholqu servizzi jew niccec li jistghu jikkompetu ma kumpaniji barranin.  Fakkar li irridu nzommu saqajna ma l-art, u nittargetjaw problemi ohrajn bhal faqar u d-droga.

James saqsa lil Edward Fenech, fuq il-housing fejn hafna mid-dhul tan-nies jintefaq fuq dan is-settur.  Il-propjeta tghin fit-TE.  L’AD kif jarawha fil-kwadratura tad-diskors kollu? 1) fil-konkret, x’mizuri jistghu jittiehdu biex jibqa iktar flus f’idejn min qed ihallas il-loan? 2) il-ligi tal-kera.  M’hemmx il-possibilta li dawn iz-zewg ghanjiet jikkontradixxu lil xulxin? Wahda ha thalli iktar flus fl-idejn min qed jikri u l-ohra bil-liberizazzjoni tal-propjeta ovjament ha tghola l-kera.

Fenech qal li huwa ma jemminx f’ekonomija ta’ Robin Hood, fejn tisraq lil wiehed biex tghati lil iehor, izda jemmen f’gustizzja socjali li int tintaxxa lil xi hadd biex tghin lil xi hadd iehor.  Mis-17K propjeta kerejja hemm 4.5K li huma kazijiet socjali.  Dawn ghandu jidhol ghalihom il-gvern, mhux l-individwi.  Qeghdin f’socjeta li min imur jiddejjen Lm60K biex jixtri dar, u sezzjoni ohra li laqtithom il-fortuna li ghandhom dar b’Lm60 kera fis-sena, din mhux gustizzja.  L-Irlanda hemm 4.5M nies, u hemm 7K post vojt.  F’Malta 53K propjetajiet vojta, tnehhi l-villaggaturi jinzlu 42K.  Huwa sahaq li ghandu jkun hemm taxxa fuq it-tielet propjeta l-fuq.  F’Malta hawn qisu paradoss, ghala l-propjetajiet vojta dejjem jizdiedu u l-prezzijiet jibqghu joghlew?  Raguni wahda tista tkun li Malta, kuntrarju tal pajiezi ohra tal-UE, dar vojta tiswa lis-sid kwazi xejn.  M’ghandikx piz finanzjarju fuq il-propjeta vojta, u lanqas obbligazzjoni biex tmantni l-propjeta tieghek.  F’Malta hawn taxxa fuq kull televixin u hawn ligi li ma tistax thalli l-karozza mahmuga, izda m’hawn l-ebda ligi dwar il-mantinament tal-faccatta tad-dar.   Ghala kull centru urban imniggez bil-propjetajiet vojta?  Minnhom bit-twieqi maqlughin u hgieg imkisser. 
James kompla jsaqsi lil Fenech, din it-taxxa fuq il propjeta vojta, tahseb li tista twassal ghar-rohs fil-prezzijiet tal-propjeta?
Jekk ikun hemm taxxa fuq it-tielet propjeta l-fuq, ikun hemm iktar nies li jithajjru jikru.  Presentament in-nies ma jikrux, ghax ma jhabblux ghajnhom, mhu qed jiswijlhom xejn il-post vojt.  Izda jekk ikun hemm taxxa, ezempju Lm150 fis sena fuq kull propjeta vojta, dak li jkun jara kif jaghmel u jipprova jikri.  Nincentivaw il-kera, mhux biex in-nies ma jkunux sid ta’ darhom, izda hawn nies li ma jifilhux jixtru propjeta.  

Kompla Cordina, il-propjeta ghanda hafna setturi differenti fl-istess suq, li bazikament jinqasmu: black market, l-faxxa tan-nofs, u l-entry level property.  Il-problema socjali f’pajizna hija fl-entry level.  Fejn sabiex ikolli l-ewwel propjeta, irrid nonfoq daqs hames darbiet il-paga annwali tieghi, u jekk koppja din tinzel 2-3.  F’hafna pajjizi ta’ l-UE ir-rata hija kwazi n-nofs taghna.  Dis-sitwazzjoni tohloq problema socjali.  Jekk nippruvaw innaqqsu l-valur tal-propjeta drastikament, ha jkun hawn hafna faqar.  Peress li hawn hafna familji Maltin li l-ikbar asset taghhom hija d-dar li jghixu fiha u l-ikbar infieq huwa l-loan li ghandhom fuq l-istess dar.  Irridu nsibu mizuri li jaghmlu l-entry level housing iktar affordabli.  Il-propjeta ma tispjegax il-ligi tas-suq.  Il-propjeta ma tinxtarax ghall-bazi ta’ esigenza biss, Malta l-propjeta jew ahjar l-art tinxtara bhala investiment ukoll.  Bhala ekonomija, ikollok suq ta’ propjeta li huwa b’sahhtu, tfisser li ghandek likwidita b’sahhita.  Jinkwieta meta jisma fuq taxxi fuq propjeta, meta ghamilna dik it-taxxa, min ibiegh kien jitfaha fuq min qed jixtri.  Min-naha l-ohra jekk tohloq taxxi fuq sezzjoni ta’ propjeta, tinholoq problema kif ha tapplikha.  Hemm hafna loop holes, ezempju naghmel id-dar f’isem il-kumpanija tieghi, nikriha lili nnifsi, etc..  Li nistghu ezempju, taht certu valur ta’ propjeta, ma jkunx hemm taxxi.   Irridu nibdew, li kull mizura naraw ghala qed tittiehed, ghat-TE jew ezempju halli nnaqqsu l-faqar.  Gordon kompla billi qal li ma jaqbilx mal Universal Welfare System, qal jekk ghandi ammont ta’ rizorsi nuzhom ghal min ghandu vera bzonn.

Saqsa James, jekk ma jkunx hemm ghajnuna lil lower middle class, m’hemmx cans li dawn jinzlu l-isfel?
Ic-children’s allowance mill-ahhar bagit inbidlet min mizura socjali ghal dritt demokratiku.  Filli kienet mizura ta’ ghajnuna lil dawk li jaqalghu taht certu ammont, issa saret mizura biex ikollna t-tfal.  Irridu nghinu lil min ghandu vera bzonn; hawn zewg tipi ta’ kapital, dak finanzjarju u dak uman bhal sahha u gherf.  Min ghandu bzonn huwa min m’ghandux wiehed min dawn it-tnejn.
Briguglio qal li fuq il-proposta tal-AD fuq il propjeta ma jaqbilx maghhom.  L’AD harget policy qabel ma hareg ic-censiment, mic-censiment hareg li 70% ta’ dawn il-propetajiet  mikrija, min qed fihom qed f’problema socjali.  Ricerka socjologika turi li meta tkun anzjan ghandek iktar cans li toqrob lejn il-faqar, li taqbad tiliberalizza tfisser li twaqqa l-ligi u dawn jistghu jigu mkeccija min dawn id-djar.  Facli tghid li das-settur ta’ nies taghmilom kazijiet socjali, imma mhux facli meta l-gvern qed jara kif ha jnaqqas l-infiq tieghu.  Irrid ikun hemm pjan holistiku, l-AD mhux qed tara l-istampa kollha.  L-AD tahseb li n-nies iridu jikru, imma dan mhux vera.  Hija xi haga possittiva li n-nies ikunu sid ta’ darhom.
Charles Selvaggi tkellem ftit fuq il-bagit, ikkwota hafna mil-istuzzjonijiet u medja prominenti Maltija li fahhru l-ahhar bagit.  Qal li l-bidla fis-sistema tac-children’s allowance kienet wahda importanti, dan ghaliex dawk li jaqilghu iktar min Lm10k/Lm12k hafna minhom huma dawk il-familji li jahdmu t-tnejn, u jaf ikollhom xi part-time ukoll, u kif kienet, dak li ried jahdem xi haga zghira zejda kien disincentivat peress li kieku kien jiflef id-dhul tac-CA.

Kummenti mill-pubbliku presenti...


Anglu Xuereb mill-AN - Malta huwa wiehed mill-iktar pajjizi ntaxxat fl-Ewropa.  Mir-rapport ta’ l-IMF, Malta hija l-iktar pajjiz fl-UE li l-gvern jissussidja l-parastatali.  Dawn is-sussidji jithallsu mit-taxxi taghna.  L-abbuzi l-istess, hawn madwar 11K persuna boarded out.  F’Ghawdex 600 persuna qeghda u madwar elfejn boarded out.  Probabli hemm iktar min-nofs ta’ dawk li jirregistraw li jahdmu.  Jekk nnaddfu dawn l-abbuzi u nnaqqsu l-infieq zejjed nistghu nnaqqsu hafna mit-taxxi. 
Mario Mifsud minn Zminijietna – Jikkwota lil Gwido Saliba, fejn kien jghid li kull poplu jkollu gvern li jixraqlu.  Li smajna llum huwa ugieh li nifhmu izda mhijix l-ispjegazzjoni tal-problema, il-problema hija ferm ikbar.  Is-soluzzjonijiet li lkoll qed noffru rridu ninkwadrawhom f’termini godda.  Ahna bhala Maltin, l-idejat taghna huma mwahhlin fis-seklu 18 u 19, min-naha l-ohra fuq livell Ewropew, mhux dak li jidderigi izda dak li jirrivoluzjona ghadna ma thalniex fih.

John Zammit mill-Allejanza Liberali, semma l-hidma tal-partit tieghu u tal-partiti liberali fl-UE.  Ikkritika z-zewg partiti, ghaliex min 1965 daqs kemm ilu fil-gurnalizmu, jekk partit fil-gvern jaghmel xi haga, l-iehor jghid li ghamel hazin u bil-maqlub.  Qal ukoll li jaqbel mal-proposta tal-MLP li l-over time ma jkunx intaxxat.

Charles Attard mill-AN kkritika t-taxxi/spejjez jew iz-zieda taghhom fiz-zmien ricenti bhal l-ekotax, li dawn qedin jahdmu kollha kontra it-TE.  Jekk irridu t-TE, u sistema fejn dak li jkun ikollu iktar flus sabiex jahdem bihom, irridu naraw kif se nirrelattaw dawn l-ispejjez zejda.  Saqsa lil kelliem ta’ l-AD, kif irridu lil banek jaghmlu kundizzjonijiet ahjar lix-xerejja tad-djar u li fl-istess hin iridu li jizdiedu l-interessi ghax jekk le iridu li jintaxxawhom iktar.

David Pisani attivist ta’ Zminijietna qal li progetti ffinanzjati min-naha ta’ l-istat huwa importanti ghaliex ikunu sabiex igawdi l-poplu, cioe ghal gid komuni.  Waqt li dak min-naha tas-settur privat ikun bil-hlas, b’hekk tajjeb li nghamlu d-differenza, bejn TE li gej min-naha tal-istat u dak mill-privat.  Qal li importanti nharsu lejn in-natura umana ukoll bhal kundizzjonijiet tal-haddiema inkluz l-emigranti, xoghol bil-kuntratt, u mhux nitkellmu biss fuq tibdil tat-taxxa, u t-TE.  Semma wkoll kif certu taxxi bhal l-eko-tax izommu t-TE milli jsir. 

Michael Camilleri minn Zminijietna.  Skond rapport ta’ l-UE, l-ekonomija Maltija kibret min tlett oqsma biss, fis-settur finanzjarju, dak tal-gaming, u fl-industija tal-bini.  B’hekk isaqsi ’Ghal min qed tikber l-ekonomija?’  Jekk ghal tal-gaming, hafna mill-flus qed imorru barra.  L-istess ghall-banek bhal l-HSBC.  Fl-industrija tal-bini, hafna mill-flus qed imur ghand ftit nies biss.  Jikonkludi li f’dis-sitwazzjoni l-haddiema u l poplu Malti l-inqas li qed igawdu mit-TE. 

John Spiteri, mill-AN.  B’risposta ghas-sur Fenech, fejn dan qal li t-TE jgib hafna paradossi u ingwaljanzi mieghu. Izda Spiteri kompla, fir-realta l-hajja mhux perfetta, u llum pajjizi li pprovaw jimponu l-egwaljanza gabu hafna mizerja lill-poplu taghhom.  Nghamlu differenza bejn dak li huwa utopiku u dak li huwa rejali.  Fenech qal li TE ma gibx kuntentizza, qall li l-ekonomija tikber bil-konsum, izda Spiteri qal li l-ekonomija tikber bit-tfaddil u mhux bil-konsum.  B’risposta ghal Briguglio, fejn dan pinga lil Sweden bhala xempju tal-efficjenza, Spiteri semma kif hafna svedizi qedin jaharbu min pajjizhom u jinzlu l-isfel.  Spiteri kompla, billi qall li irridu naraw kif nincentivaw, u mhux bil-fors naraw kif nintaxxaw.   

Konkluzzjonijiet…

Selvaggi, issemmew li f’dawn l-ahhar snin ddahllu taxxi godda bhal l-eko-tax, tal-MTA, etc.. Izda wiehed irid jghid, li dahhalna incentivi ukoll, bhal dawk fuq l-energija solari.  Fl-E-Gaming tajjeb li nghidu li hemm hafna Maltin qed jahdmu f’dan is-settur, u hafna flus qed jibghu Malta, u l-gvern qed jigenera miljuni ta’ taxxi minn dan is-settur.  Haga importanti li naghmlu hija li nahdmu biex jitnaqqsu l-abbuzzi, kemm dawk relatati ma’ taxxi, u dawk relatati ma’ l-ekonomija s-sewda.
Edward, regward l-abbuzi, dan kompla jghid li hija problema kbira, fejn f’Ghawdex tista tghid hija sistematika u istutuzjonalizata.  Din il-kultura ta’ abbuz hija probabli frott il-kultura u l-istorja taghna.  Fejn il-Maltin iharsu lejn il-gvern bhala xi haga esterna li mhux taghhom.  Il-Mater Dei huwa tal-Maltin, izda l-Lm 1.6B dejn le.  Regward il-ligi tal-kera, jghid li tant hija kwistjoni tahraq li z-zewg partiti maj jridux jersqu lejha, u b’hekk jibqa ma jsir xejn, ghas-skapitu tas-sidien.  Iz-zieda tal-imghax min-naha tal-banek, jekk tizdied it-taxxa, jsir peress li m’hawnx suq kompettittiv, u z-zewg banek il-kbar jiftehmu bejniethom.  Fenech ssugerixxa li nintaxxaw il-banek bhala kontra-misura sabiex ikunu jistghu jitnaqqsu t-taxxi fuq il-kumpaniji u l-intraprizi z-zghar, u b’hekk id-dhul tal-gvern ma jigix affettwat.  Ghalaq billi jikkwota lil Mahatma Gandhi; ’The world can provide for everybody’s need but not for every body’s greed’.

Gordon Cordina qal li ghalkhemm saru hafna korrelazzjonijiet f’dan is-seminar bejn TE u mudell socjali, infakkru li fil-1950s gewwa New York kien hemm korrelazzjoni bejn in-numru ta’ storks u n-numru ta’ trabi imwielda.  Huwa possibli li ikollok pajjiz li jkun fuq basi socjali u jkollok il-kompettivitta izda pajjiz mibni fuq mudell socjali mhux necessarjament ikun pajjiz kompettitiv.  Cordina jkompli billi jghid li ghandu riservi ghal dak li ntqal, fuq kemm il-means-testing jista jintuza hazin.  Dan peress li bil-mezzi ta’ linformazzjoni tal-lum, tista tkun taf kemm ghandu dhul persuna.  Fakkar li l-bnedmin mhux bhan-nemel jew in-nahal li lesti jmutu ghall-kolonja taghhom, b’hekk ghat-TE ghandna nressqu l-quddiem l-individwu, l-potenzjal tieghu u dak li jista jikkontribwixxi fih.  Is-safety net fl-ekonomija hija importanti, halli hadd ma jaqa’ hafna lura fis-socjeta.

Briguglio.  Hawn min, malli ssemilu mudell socjali, joqmos u jghidlek li dan mhuwiex kompettittiv, xejn min dan qal Michael.  Ikkwota lil World Economic Forum, fejn Svezja qieghed fir-raba post u l-Fillandja fis-sitta, fil-lista ta’ l-ikar pajjizi kompettivi tad-dinja, fejn dawn it-tnejn huma mibnija fuq mudell socjali.  L-istess japplika ghal produttivita tal-pajjiz.  Ghalkhemm Gordon spjega sew il-problema minn lenti ekonomika, fil-hajja hemm il-politika, semma l-UE fejn il-lemin qed isir iktar b’sahhtu, u ta’ ezemju tal-kunflitt tas-services directive.

Semma wkoll il-bagit li fil-fehma tieghu kien wiehed elettorali u li l-haddiema ftit gawdew minnu.  Irrefera ghal Selvaggi, fejn semma l-part timers li jahdmu inqas min-10 sighat, Briguglio qal li meta kkuntatja dipartimenti differenti tal-gvern fuq din is-sistema, anke dawn wigbuh differenti fuq id-drittijiet ta’ dawn il-haddiema; dan semmieh biex jaccenna n-nuqqas ta’ informazzjoni ta’ dawn id-drittijiet li ghandhom il-haddiema. Semma wkoll il-problema ricenti fejn xi kumpaniji qed igeghlu l-haddiema taghhom jiddikjaraw ruhhom self-employed.

tkabbir_ekonomiku

Lura ghall-pagna: Diskussjonijijiet Publici