Diskussjoniji Publika -‘Kriżi Ekonomika’

19 ta’ Novembru 2011

 

Id-diskussjoni pubblika dwar il-‘Kriżi Ekonomika’ ttellgħat fi 19 ta’ Novembru 2011 ġewwa 67, Triq id-Dejqa, l-Belt Valletta u kienet id-dsatax mis-sensiela ta’ diskussjonijiet pubbliċi dwar temi politiċi u soċjali li qed jiġu organizzati minn Żminijietna.

Il-kelliema prinċipali kienu Toni Abela (Partit Laburista), Michael Briguglio (Alternattiva Demokratika), u Wayne Hewitt (opinjonista u attiv mall-partit Nazzjonalista). Mexxa d-diskussjoni l-ġurnalista James Debono.

James Debono saqsa f’kuntest li qed ngħixu fih illum, ta’ Kriżi ekonomika. Kemm taħsbu li l-Gvernijiet Nazzjonali baqgħalhom spazju ta’ manuvra? Kif ukoll kemm taħsbu li baqgħalhom ‘say demokratiku’; fejn ħafna deċizjonijiet m’għadhomx prerogattiva ta’ l-Istat, imma huma kundizzjonati minn dak li qed jiġri fid-dinja ta’ madwarhom u swieq finanzjarji?  

Toni Abela (Partit Laburista) beda diskussjoni billi ta’ spjegazzjoni analitika ta’ l-istorja ekonomika. Hu qal illi wara t-tieni gwerra dinjija, kienet tinħass il-ħtieġa tal-presenza tal-Istat, fil-kontroll u r-regolamentazzjoni ta’ l-ekonomija, sabiex tiġi stimulata l-ekonomija.

Il-Fawtur prinċipali ta’ sistema ekonomija, wara tieni gwerra dinjija, kienet tal-ekonomista Maynard Keynes. It-teorija tiegħu kienet is-salvazzjoni ta’ l-ekonomija dinjija, billi l-‘kapital’ ingħataf’idejn in-nies sabiex jkun hemm aktar konsum, li jfisser aktar produzzjoni. Filfatt l-ħolqien tas-servizzi soċjali, hawn min jgħid, li hija teorija, kwazi kwazi anti-marxista, għalkemm ħafna oħrajn jippreżentawha bħala teorija ntrinsikament Soċjalista.

Oħrajn jgħidu li l-‘Welfare state’ kullma għamel hu naqqas mid-dannu li għamlet is-sistema kapitalista, pero ma solvietx il-problemi ekonomiċi u soċjali fil-fond tagħhom.

Minn naħa l-oħra kellna l-Haigli kien qal li l-intervent ta’ l-Istat jxekkel l-ekonomija milli tikber u kien jippriedka sabiex l-istat jservi biss bħala arbitru. Wara dan, bdew deħlin teoriji moniteristi minn nies bħal Milton Friedman, Keith Joseph li kien il-Konsulent prinċipali ta’ Magaret Thatcher, Klessinger li kien il-Konsulent prinċipali ta’ l-Amministrazzjoni Bush, kif ukoll kellek il-famuża skola ta’ ‘Chigago boys’ li kienet tesperimenta bl-Amerika Latina.

Din l-iskola ta’ ‘Chigago boys’ sa anka ntervjeniet attivitament biex tinstalla Gvernijiet ’konservattivi’, bl-aktar eżempju ċar hu tneħħiha bil-forza tal-Gvern Xellugi Ċilen Salvador Alende fl-1973 u minfloku ġie installat reġim li kien iħaddan ideoloġija kuntrarja tal-intervent ta’ l-Istat fi tħaddim ta’ l-ekonomija.

Bil-mod il-mod bdiet tirbaħ din it-teorija neoliberali fejn l-Istat hu biss ‘sens ta’ level playing field’  bejn minn jissuplixxi s-servizzi u minn jilgħabha ta’ konsumatur. Din is-sistema kienet maħsuba li tiġġenera aktar ġid, b’teorija ekonomika fejn is-suq ħieles jirregola hu l-prezzijiet. Ftit ftit qed naraw li din it-teorija wkoll qiegħda tfalli.

Il-Ħassieb Marxista Alain Bodiou jispjega b’mod sempliċi l-falliment ta’ din it-teorija fejn
qal li “filwaqt li ħafna kienu jaħsbu li meta persuna qed tħallas (x-ammont) sabiex tieħu servizz li sa ftit ilu kien joffriħ l-Istat, bħal banek, posta, servizzi oħra essenzjali u li llum dawn ġew ‘outsourced’ lis-settur privat, wieħed kien jaħseb, li l-fatt li l-gvern neħħa responsabilta’ tiegħu mit-tħaddim ta’ dawn is-servizzi, il-gven kien ħa jkun aktar b’sahhtu ekonomikament. Meta filfatt li ġara hu ‘li cittadini sabu ruħhom mingħajr ma jafu, indirettament jew direttament, qed iħallsu doppjament ‘dual pay’ għall-istess servizz li kienu jieħdu mill-Istat, bil-konsegwenza li llum iċ-ċittadini qed iħallsu ferm aktar u mhux qed jibqalhom flus biex iħallsu għal dawn is-servizzi,’ temm jgħid Toni Abela

Toni Abela għalaq id-diskors tiegħu billi saqsa, għala n-nies inżammu milli jkunu jafu f’liema stat tinsab l-ekonomija dinjija biex imbagħad meta falliet, ħafna nies spiċċaw tilfu ġidhom, ix-xogħol u djarhom?

 

Wayne Hewitt (opinjonista u attivist Nazzjonalista) qal li jinsab kuntent jisma’ li qed naċċettaw li hawn kriżi ekonomika, għax f’Malta il-Partit Laburista jitkellem qisu ma hawnx kriżi, filwaqt li semma numru ta’ miżuri li ħa l-Gvern Nazzjonalista biex jimminimizza l-impatt, fosthom aktar ħolqien tax-xogħol, ta’ prioritá lis-settur privat u aktar privatizazzjoni, kabbar ir-rata ta’ tkabbir f’dak li hu GDP, naqqas in-nies mas-settur pubbliku, inċentiva l-pensjonanti u n-nisa biex joħorġu jaħdmu, fost ħafna oħrajn etc. U għalaq billi qal li l-Gvern llum qed jippruva jinċentiva l-ekonomija biex il-pajjiż ikompli miexi aktar il-quddiem.

 

Michael Briguglio (Alternattiva Demokratika) beda diskussjoni tiegħu b’referenza għal analiżi ta’ Alan Lipbetz (soċjologu u attiv ma’ European Greens), fejn qal “li minn kull analiżi li ssir, joħroġ li hemm numru ta’ fatturi li jwasslu għal dik ix-xi ħaġa”. Filfatt l-kriżi globali li qed niffaċċjaw llum għandek fiha elementi soċjali, ekonomiċi, ambjentali, li kollha jinfluwenzaw. Ma nistgħux ngħidu li l-kriżi hi biss ekonomika. Għalkemm l-argument ta’ ċertu marxisti li jemmnu li l-kriżi hi waħda ekonomika u ġejja mill-kapitaliżmu fiha ċertu validitá wkoll.

Michael kompla billi qal li hemm kriżi wkoll ekoloġika, fejn iċ-Ċina li għandha stil tagħha ta’ kif tmexxi l-ekonomija hi l-ikbar ‘polluter’ fid-dinja u nemmen li kieku l-Unjoni Sovjetika kienet hemm, lejn dak il-pass kienet timxi.

Issa l-argument f’din id-diskussjoni jidher li hu aktar politiku, jekk nation state għadux validu. Kważi kważi, il-kunċett ta’ nation state qed isir ‘absolit’. Nemmen li l-Unjoni Ewropea tista biss tissaħħaħ, anqas ma jkun hemm is-saħħa ta’ nation states. Qal ukoll lid-dinja qed tiżviluppa fi blokki differenti, fosthom il-blokk Amerikan, dak tal-BRIC, ta’ l-Amerika Latina (li nemmen li għadu mhux magħqud) u l-Blokk Ewropew.  Issa nemmen li l-iktar blokka progressiva bi difetti kollha tagħha hi l-Unjoni Ewropea. Eż fi Trattat ta’ Kyoto, kienet l-Unjoni Ewropea li mbuttat il-quddiem ir-ratifikazzjoni ta’ dan it-trattat, taħt il-Kummissjoni ta’ Prodi, bis-saħħa ta’ Gvernijiet li fil-maġġoranza tagħhom kienu Xellugin, b’ħafna minnhom b’alleanza ma’ Greens.

Kompla biex qal li aħjar ikollok Unjoni Ewropea magħquda milli ħafna stati jiġġieldu b’mod nazzjonalista ma xulxin, li finalment din is-sitwazzjoni tiffavorixxi ċ-Ċina u l-Istati Uniti.   Rigward strutturi demokratiċi Ewropej, wieħed jista’ jargumenta, li b’dak li qed iseħħ fil-Greċja u l-Italja, l-istrutturi Ewropej huma anqas demokratiċi, imma dana ma jfissirx li għandna nirrisolvu għal ‘nation states’. Is-soluzzjoni għandha tkun Ewropa aktar demokratika u aktar federalista. Waħda mis-soluzzjonijiet hu li jissaħħaħ il-Parlament Ewropew, li jkollok ‘harmonised tax rate’ minflok ‘tax dumping’, li tikkonċidi mall-proposta Ewropea favur taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji (FTT).

Nemmen li m’għandniex inħarsu lejn il-mudell Amerikan jew dak Ċiniz, li f’ta’ l-ewwel l-gvern investa f’ħafna ħabsijiet privati, minflok investa fis-saħħa u l-edukazzjoni, filwaqt li f’ta’ tieni, iċ-Ċina tibbaża l-ekonomija fuq ‘cheap labour’. Ma għandniex nattiraw l-investiment bi ‘tax dumping’, għax dak jattira investiment volatili, (li jitlaq malajr), imma rridu nattiraw investiment għax ikollok ekonomija u nfrastruttura b’saħħitha u stabbli. Il-loġika f’kuntest ta’ kapitaliżmu globali, għandha twassal biex il-politika tkun waħda globali, mhux politika nazzjonali. Rebħa is-sena dieħla tax-Xellug bl-alleanza ma’ Greens fil-Ġermanja u Franza jistgħu jġibu bidliet kbar fid-dinja.

James saqsa lill-kelliema kif jaraw il-problema ta’ dejn pubbliku u sostenibilita’ ta’ l-ekonomija f’Malta? 

Toni Abela (PL) qal li ċ-ċokon ta’ Malta dejjem kien is-salvazzjoni tagħha. Gvern Laburista fi 70s irnexxilu jegħleb il-kriżi ta’ żejt u xenarju simili, għal li għandna llum. Bid-differenza hi li dak iż-żmien, Malta kienet għadha qed tinbena u ma kellniex flus. Toni kompla biex qal li wara l-elezzjoniji li ġejja, nkunu nafu kemm hi kbira s-sitwazzjoni ekonomika f’Malta u l-problema ta’ dejn pubbliku. Toni saħaq li defecit nistgħu nilgħabu bih, imma mhux bi dejn nazzjonali. Bi ħlas ta’ imgħax ta’ €550,000 kuljum, u dejn nazzjonali riesaq -il 5 biljun Ewro, xi darba jew oħra rridu nagħmlu l-kontijiet. Il-Gvern, li qed jagħmel hu li qed jipposponi l-problema. L-ideja tal-Gvern li jiftaħ bonds tal-Gvern ta’ €140 miljun, jfisser li parti kbira ta’ l-flus li ser jiġi ppompjat fl-ekonomija ġej mhux minn investiment barrani, imma minn aktar self, li jfisser aktar imgħaxijiet. Toni Abela kompla biex qal li fuq livell Ewropew ma għandniex insabbtu saqajna u ngħidu ma rridux għajnuna mingħand pajjiżi oħra kbar, fosthom iċ-Ċina jew Russja.  L-istess nemmen li l-Unjoni Ewropea għandha jkollha ‘audit office’ indipendenti li jara li l-ekonomiji tal-pajjiżi jkunu fuq livell sostenibli u mhux toqgħod fuq figuri li jgħaddulha l-pajjiżi nfushom. Naqbel li m’għandniex ikollna suq Ewropew ibbażat fuq il-prekarjat biex insaħħu l-ekonomija, għalkemm jidher li l’hemm mexjien. Tajjeb wkoll nifhmu li Spanja, il-Ġermanja u Franza għandhom kapital f’assi barranin, li gawdew minn żmien l-era kolonjali, li bih biss, jistgħu jsolvu l-problemi li għandhom il-pajjiżi tagħhom. Ara imbagħad f’Malta jidher li l-Gvern Malti ser jaħfer id-dejn li akkumulat l-kumpanija ‘Palumbo Spa’.   

Wayne Hewitt irrisponda billi qal li jaqbel ma’ ħsieb li ‘small is beautiful’, bid-differenza tibqa’, imma xi strateġija ser naddottaw biex immexxu l-pajjiż il-quddiem. Tajjeb nżommu f’moħħna li l-ebda pajjiż fl-EU ma għandu ‘surplus’. Fl-Unjoni Ewropea bħalissa għaddejja kompetizzjoni ta’ min ser inaqqas id-defecit malajr. Malta l-istess, sa 2013 rridu naqsu defecit taħt 2%.

Michael Briguglio kompla billi qal li fuq livell macro, Malta relattivament sejra tajjeb, imma nisperaw li bil-miżuri tal-gvern kif imħabbra fil-baġit 2012 d-dejn pubbliku ma jiżdiedx.  Għal dak li hi micro, tajjeb inżommu f’moħħna li l-paga minima baqgħet ma żdidietx, filwaqt li l-prekarjat qed jiżdied b’rata allarmanti. Il-miżura tal-gvern għal ‘tax reduction’ għalkemm hija tajba, żgur li mhiex progressiva, imma pjuttost waħda rigressiva. Il-Gvern imissu għin lil dawk bi dħul baxx, ‘low middle income earners’. Fil-baġit il-gvern ikkastiga wkoll lil min ma għandux tfal. Il-prezz ta’ żejt li llum laħħaq –il 95% u gass ser jibqa’ jogħla.  Iktar mal-Gvern jipposponi din il-problema, iktar agħar. Malta mhiex ser tilħaq il-miri Ewropej, bi problemi ekonomiċi għal Malta.

David Pisani, PRO minn Żminijietna – Leħen ix-Xellug qal li wara li issa analizzajna dana kollu, x’ser tkun is-sistema ekonomika li ser naddottaw minn issa l-quddiem biex nsolvu l-kriżi ekonomika u sabiex jkollna sistema ekonomika aktar ġusta. Ser mmorru għal aktar miżuri ta’ awsteritá jew lejn Ewropa Soċjali, aktar deregulazzjoni jew aktar regulazzjoni. Allura jekk qed ngħidu li rridu niġġieldu l-prekarjeta’, dana ma jfissirx li l-istat jilgħab parti mportanti fl-ekonomija biex jiġi miġġieled dan il-fenomenu ġdid.

Kompla biex qal li l-politika ‘neoliberali’ wara li sfruttat kemm felħet ir-riżorsi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, issa qed tippjana li tmaxtar mis-servizzi pubbliċi, b’aktar privatizazzjoni. Tajjeb inżommu f’moħħna li f’Malta bgħetna l-maġġoranza ta’ l-assi statali, artijiet pubbliċi u żidna l-prezz ta’ l-enerġija biex jagħmel tajjeb għall-problema ta’ defecit u dejn pubbliku. Allura wieħed jistaqsi x’politika ekonomika ser nipproġettaw lil hinn minn dik ‘neoliberali'.

Alfred Vella qal li wieħed jitħasseb kemm hi sitwazzjoni tal-qgħad f’Malta, meta ħafna nies qed jinqataw mir-reġistrar. Meta tgħodd kemm hemm nies jirreġistraw ma kemm hemm nisa jixtiequ jirreġistraw, jekk imbaghad tgħodd il-ħaddiema b’xogħol prekarju u part-time, is-somma titla ferm aktar.

Michael Camilleri qal li aħna dejjem naghtu aktar importanza lil avvanz ekonomiku minn dak soċjali. Hemm faxex ta’ familji li bil-baġit m’huma ħa jieħdu xejn, iġifieri dawn marru lura mhux il-quddiem.

Sandro Chetcuti semma li l-burokrazija f’Malta qed tnaffar l-investiment filwaqt li l-MEPA mhiex user friendly. Għamel wkoll referenza għall-problema ta’ dejn pubbliku li llum dan hu aktar minn 65%. Ekonomisti jgħidu li dan ilaħħaq il-85%.

kriziekonomika

     

 

Lura ghall-pagna: Diskussjonijijiet Publici